You can download all presentations here :
Aqflu c-cinturini tas-sigurta ghax dehlin f’sena ta’ turbulanza”. Hekk ghidtilhom lil shabi fil-Kunsill tal-GRTU gimgha qabel 10/3. Ghax kien jidher bic-car x’gej. Issa li jidher li l-Elezzjoni General ghal bhal daz-zmien sena, gejja sena ta’ qabel l-Elezzjoni li fiha ser naraw minn kollox. Ghandna naha deciza li trid titla fil-Gvern akkost ta’ kollox. Ghandna Gvern li deciz li mhux ser jaqa’. Handna min fuq naha, u min fuq ohra jaqta mniehru biex jidher helu. U ahna, rridu u ma rridux, ser nisfnu fin-nofs.
Read more: Sena ta' Turbulanza
Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali sa minn meta kien MCED u qbilna fuq l-Income Policy l-uniku intervent ekonomiku signifikanti maqbul mil-imsiehba socjali kollha, fetah mod gdid ta kif jkun amministrat il-pajjiz. Min ma hadimx fuq il-Kunsill ghall-certu zmien u ra certi zviluppi ma jista qatt japprezza dak illi wettaq dan il-forum tripartistiku. Ghax li wettaq mhux vizibbli bhal Bieb tal-Bombi imma l-fatt li pajjizna illum m’ghandhux sistema ta’ Gvern fejn minghandu l-maggoranza tal-Parlament jiddeciedi wahdu imma jaghti kaz dejjem aktar ta’ dak li jghidu l-imsiehba socjali, hu frott ta’ snin ta’ xoghol, l-ewwel mill-MCED, u wara mill-MCESD.
Read more: Il-GRTU twiegeb ghal attakk tal-MHRA fuq id-Direttur Generali tal-GRTU