logo

Atlas Banner

Ghat-tieni darba f’inqas minn xahar l-GRTU l-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji,  regghet appellat lill-Prim Ministru, bhala Ministru tal-Finanzi, biex il-Gvern jiddeciedi issa, qabel id-dhul tal-Euro, dwar il-kontroll tal-hlasijiet imposti mill- banek bhala issuers tad-debit cards u bhala Merchant acquirer tad-ditti ewlenin tal-credit cards,  Master Cards u Visa.


Il-GRTU qed tinsisti fuq erba punti:

 

1.       Debit Cards – Id-debit cards li johorgu l-banek Maltin u li llum qed isiru aktar popolari fl-uzu taghhom mal-konsumaturi ghax–xiri taghhom regolari, m’ghandhomx jibqghu jgorru l-hlas esagerat tat-2% imposta fuq ir-retailers u s-sidien tal-hwienet. Dan hu prezz li l-banek Maltin jimponu minn jeddhom fuq id-debit cards taghhom ghall-uzu lokali m’ghandhom l-ebda obbligi li jridu jhallsu lil xi Master Card jew Visa. Il-Hlas ta’ 2% fuq it-turnover impost lil tal-hwienet fuq dawn id-debit dards lokali hu hlas esagerat u ghandu jitnehha, jekk hemm bzonn b’Avviz Legali. L-Avviz Legali ghandu jimponi limitu ta’ mhux aktar minn 0.02 li hu bizzejjed biex ikopri l-pizijiet zghar amministrattivi. Din decizjoni li tista tittiehed anke qabel id-dhul ta’ l-euro ghaliex tiffacilita hafna transazzjonijiet waqt il-perjodu mportanti tal-bidla.

2.       Credit Cards - Il-Banek bhala l-agenti tal-credit cards ewlenin, l-aktar iz-zewg monopolji kbar Visa u Master Card, jimponu hlasijiet MIF – (Multilateral Interchange Fees) li fuqhom l-istess banek jzidu l-margini addizzjonali taghhom. Dawn il-hlasijiet jimponuhom fuq is-sidien tal-hwienet u n-negozji b’mod diskriminatorju skond is-settur tan-negozju u skond l-kobor u t-turnover  tan-negozju. Id-diskriminazzjoni qawwija hija kontra n-negozji z-zghar. Il-kwistjoni tal-MIF – (Multilateral Interchange Fees), il-GRTU flimkien mal-assocjazzjonijiet l-ohra membri tal-EuroCommerce, qed tiggielidha fuq front Ewropew u qed nistennew li l-Kummissjoni Ewropeja tiddeciedi li timponi hi tnaqqis sostanzjali fuq dawn ic-charges imposti minn ditti bhall Master Card u Visa. Il-hlasijiet agguntivi li jzidu l-banek lokali fuq l-uzu ta’ dawn il-credit cards u l-mod diskriminatorju kif jimponu t-tariffi taghhom hi, izda, suggetta ghall-kotrolli lokali. Il-GRTU qed tappellalek biex fuq dawn il-hlasijiet addizjonali wkoll il-Gvern u l-Regolatur Pubbliku jistabbilixxi rata minima li l-banek u agenti tal-credit cards jistghu jimponu. Il-GRTU tippreferi li l-hlasijiet massimi jkunu stabbiliti ukoll b’Avviz Legali. Dan ghandu jsir fl-inqas zmien possibli, prefferibilment ukoll, qabel ic-changeover ghall-Euro.

3.       Charges Inizjali u Annwali - Il-banek lokali jimponu charges inizjali meta wiehed jiehu credit card u wara dawn l-hlasijiet jsiru annwali. Diga hemm decizjonijiet tal-Kummissjoni Ewropeja kontra l-impozizzjonijiet ta’ charges bhall dawn. Dawn ic-charges hemm oggezzjoni qawwija kontrihom minn Ufficji tal-Kummerc Hieles f’diversi pajjizi Ewropej u barra l-Unjoni Ewropeja. Pajjizi ohra diga llegislaw dwar it-tnehhija taghhom. Il-GRTU tistenna li Malta wkoll tiehu passi simili. Fil-kas ta’ Malta, hu mportanti aktar, ghax dawn ic-charges extra kienu ddahhlu meta s-suq ta’ l-interessi bankarji kien ghadu ristrett. Illum ghalhekk m’hemmx posthom u huma pizijiet ghal kollox zejda. Ir-Regolatur ghandu jordna t-tnehhija ta’ dawn ic-charges jew ahjar it-tnehhija ghandha tkun inkluza wkoll fl-Avviz Legali.

4.       Taxxa - Piz ghal kollox zejjed impost fuq il-credit card users hija t-taxxa li kien impona l-Gvern ghaxar snin ilu bil-ghan li jrazzan l-uzu tal-credit cards. Illum din hija taxxa ghall-kollox zejda u diskriminatorja, ghaliex il-konsumatur ghandu dritt ta’ l-ghazla bejn li jhallas cash jew b’card ta’ kreditu jew debitu. Il-GRTU ghall-darba ohra tappellalek biex telimina din it-taxxa

 

Il-GRTU qed tesigi li l-Gvern jimplimenta d-decizjoni tieghu bla aktar telf ta’ zmien ghaliex kull jum li jghaddi li fih tibqa s-sistema tal-hlasijiet li hemm illum ikunu qed jaghmlu tajjeb ghalihom in-nies tan-negozju u l-konsumaturi.

 

Hon. Lawrence Gonzi, K.U.O.M.,LL.D.,M.P

Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi

Auberge de Castille,

Valletta CMR 02

 

11 ta’ Dicembru 2007


Ghaziz Prim Ministru,

 

 

Il-Kwistjoni tac-Charges Esagerati mill-Banek fuq Credit u Debit Cards

 Il-GRTU ghall-darba ohra tappellalek biex issib soluzzjoni, preferibbilment qabel id-dhul ta’ l-euro, ghall-problema tal-hlasijiet bla kontroll li l-banek, bhala l-agenti jew l-issuers tad-debit cards u credit cards l-aktar popolari fis-suq, jimponu fuq ir-retailers u n-nies ohra tan-negozji u minghand dawn, u wkoll direttament, fuq l-konsumaturi.

 

Il-kwistjoni, kif kelli l-opportunita li nispjega fid-dettall lis-Segretarju Parlamentari l-Onor. Tonio Fenech u lill-Professur Joe Bannister Chairman tal-MFSA – (Malta Financial Services Authority) bhala r-Regolatur Pubbliku, tinqasam fit-tlieta:

 

1.       Debit Cards – Id-debit cards li johorgu l-banek Maltin u li llum qed isiru aktar popolari fl-uzu taghhom mal-konsumaturi ghax–xiri taghhom regolari, m’ghandhomx jibqghu jgorru l-hlas esagerat tat-2% imposta fuq ir-retailers u s-sidien tal-hwienet. Dan hu prezz li l-banek Maltin jimponu minn jeddhom fuq id-debit cards taghhom ghall-uzu lokali m’ghandhom l-ebda obbligi li jridu jhallsu lil xi Master Card jew Visa. Il-Hlas ta’ 2% fuq it-turn over impost lil tal-hwienet fuq dawn id-debit dards lokali hu hlas esagerat u ghandu jitnehha, jekk hemm bzonn b’Avviz Legali. L-Avviz Legali ghandu jimponi limitu ta’ mhux aktar minn 0.02 li hu bizzejjed biex ikopri l-pizijiet zghar amministrattivi. Din decizjoni li tista tittiehed anke qabel id-dhul ta’ l-euro ghaliex tiffacilita hafna transazzjonijiet waqt il-perjodu mportanti tal-bidla.

2.       Credit Cards - Il-Banek bhala l-agenti tal-credit cards ewlenin, l-aktar iz-zewg monopolji kbar Visa u Master Card, jimponu hlasijiet MIF – (Multilateral Interchange Fees) li fuqhom l-istess banek jzidu l-margini addizzjonali taghhom. Dawn il-hlasijiet jimponuhom fuq is-sidien tal-hwienet u n-negozji b’mod diskriminatorju skond is-settur tan-negozju u skond l-kobor u t-turnover  tan-negozju. Id-diskriminazzjoni qawwija hija kontra n-negozji z-zghar. Il-kwistjoni tal-MIF – (Multilateral Interchange Fees), il-GRTU flimkien mal-assocjazzjonijiet l-ohra membri tal-EuroCommerce, qed tiggielidha fuq front Ewropew u qed nistennew li l-Kummissjoni Ewropeja tiddeciedi li timponi hi tnaqqis sostanzjali fuq dawn ic-charges imposti minn ditti bhall Master Card u Visa. Il-hlasijiet agguntivi li jzidu l-banek lokali fuq l-uzu ta’ dawn il-credit cards u l-mod diskriminatorju kif jimponu t-tariffi taghhom hi, izda, suggetta ghall-kotrolli lokali. Il-GRTU qed tappellalek biex fuq dawn il-hlasijiet addizjonali wkoll il-Gvern u l-Regolatur Pubbliku jistabbilixxi rata minima li l-banek u agenti tal-credit cards jistghu jimponu. Il-GRTU tippreferi li l-hlasijiet massimi jkunu stabbiliti ukoll b’Avviz Legali. Dan ghandu jsir fl-inqas zmien possibli, prefferibilment ukoll, qabel ic-changeover ghall-Euro.

3.       Charges Inizjali u Annwali - Il-banek lokali jimponu charges inizjali meta wiehed jiehu credit card u wara dawn l-hlasijiet jsiru annwali. Diga hemm decizjonijiet tal-Kummissjoni Ewropeja kontra l-impozizzjonijiet ta’ charges bhall dawn. Dawn ic-charges hemm oggezzjoni qawwija kontrihom minn Ufficji tal-Kummerc Hieles f’diversi pajjizi Ewropej u barra l-Unjoni Ewropeja. Pajjizi ohra diga llegislaw dwar it-tnehhija taghhom. Il-GRTU tistenna li Malta wkoll tiehu passi simili. Fil-kas ta’ Malta, hu mportanti aktar, ghax dawn ic-charges extra kienu ddahhlu meta s-suq ta’ l-interessi bankarji kien ghadu ristrett. Illum ghalhekk m’hemmx posthom u huma pizijiet ghal kollox zejda. Ir-Regolatur ghandu jordna t-tnehhija ta’ dawn ic-charges jew ahjar it-tnehhija ghandha tkun inkluza wkoll fl-Avviz Legali.

4.       Taxxa - Piz ghal kollox zejjed impost fuq il-credit card users hija t-taxxa li kien impona l-Gvern ghaxar snin ilu bil-ghan li jrazzan l-uzu tal-credit cards. Illum din hija taxxa ghall-kollox zejda u diskriminatorja, ghaliex il-konsumatur ghandu dritt ta’ l-ghazla bejn li jhallas cash jew b’card ta’ kreditu jew debitu. Il-GRTU ghall-darba ohra tappellalek biex telimina din it-taxxa.

 
Il-GRTU ma tarax ghaliex ir-retailers u s-sidien ta’ negozji ohra ghandhom jibqu jsofru telf mill-profitti limitati taghhom biex jadduhom lill-banek u lid-ditti tal-credit cards. Il-GRTU wkoll thoss li fiz-zmien meta kullhadd qed jitkellem dwar l-impatt ta’ nfieq zejjed fuq ir-retailers u li dawn m’ghandhomx triq ohra  hlief li jghadduhom lill-konsumaturi, hu mportanti li l-Gvern jiehu passi. Hadd ma ghandu jippretendi li tal-hwienet u s-sidien tan-negozji jibqghu jsofru dawn il-hlasijiet kollha minn bwiethom meta l-piz fuq it-turnover taghhom huwa ghall-kollox esagerat. Illum dawn ic-charges kollha qed jimponu wisq  fuq il-prezzijiet li jaslu ghand il-konsumaturi ghal-prodotti u s-servizzi ghaliex l-volum ta’ xiri li jsir permezz ta’ credit card u debit cards qieghed jaccellera b’ mod rapidu.

 

Ghalekk li l-GRTU qed tesigilek b’enfazi  li tiehu l-mument opportun tal-bidla ghall-euro u twettaq l-passi mehtiega.

 

 

Inselli ghalik,

Vince Farrugia

Direttur Generali

GRTU

 

c.c.       Hon. Tonio Fenech – Segretarju Parlamentari – Ministeru tal-Finanzi

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent