logo

Atlas Banner
  1. Il-GRTU tipprezenta claim lill- Gvern f’isem il-kuntratturi tal-gbir ta’ skart

  2. Tapplika biex thaddem skemi ta’ mmanigjar ta’ skart f’isem l-kummercjanti

 

Zvilupp interessanti u importanti li Malta hi obbligata li tghaddi minnu mil-bidu tas-sena d-diehla, hu dak tat-twettiq tad-direttivi tal-UE, dwar separazzjoni, riciklagg u uzu iehor ta’ skart, b’mod partikulari skart taht forma ta’ pakkeggjar ta’ kull prodott u wkoll skart ta’ prodotti ta’ natura elettronika jew elettrika.

 

Filwaqt li l-Gvern ipprepara l-qasam legislattiv u qed johloq l-istutizzjonijiet bir-responsabbilita ghat-twettiq ta’ dawn id-direttivi ambjentali, s-settur privat ukoll qed jorganizza ruhu biex ihaddem skemi li jamlugha iktar facli ghan-negozjant Malti li jippartecipa fix-xoghol li jrid isir minghajr piz kbir ghan-negozju tieghu u minghajr piz addizjonali fuq l-konsumatur.

 

Il-GRTU f’isem is-setturi kummercjali u ta’ servizzi li tirraprezenta, hadet inizjattivi biex jibdew jithaddmu zewg skemi, wahda dwar l-iskart elettroniku u elettriku, bhall computers u televizjonijiet, fridges, washing machines, cookers, ecc, u skema ohra, imfassla flimkien mal-FOI, l-Kamra tal-Kummerc u l-MHRA, dwar skart bhall ma huma kaxxi, fliexken tal-plastik u kontenituri ta' birer u minerali u ohrajn ikklassifikati bhala ippakkegjar. Is-sena l-ohra l-GRTU kienet ghamlet kampanja kontra l-introduzzjoni ta' skemi ta’ gbir ta' skart bhall dan marbuta ma hlas ta’ depositu minn naha tal-konsumaturi bil-ghan li l-konsumaturi jkunu mgghela jiehdu dan l-iskart lura ghand tal-hwienet biex ma jitilfux id-depositi li jkunu thallsu. Il-GRTU f’pakkett ta’ kontro-proposti li pprezentat lill- Gvern izda pproponiet skemi fejn l-kummercjanti jidhlu huma ghal-thaddim ta’ gbir ta’ l-iskart isseparat u fejn il-gbir isir bieb, bieb. L-ghan tal-GRTU kien li tal-hwienet jigu issalvagwardjati mill-ingombru u l-ixkiel zejjed li jgibu maghhom skemi ta' depositu, filwaqt li l-familji Maltin ikun iffrankat lilhom l-iskarigg b'boroz tal-iskart kull darba li jmorru jiextru u fl-istess waqt il-familji Maltin jkunu nkorragguti li jisseparaw l-iskart taghhom kif jitolbu d-direttivi Ewropej. Il-proposti tal-GRTU wkoll jahsbu ghall-gbir ta' l-iskart elettroniku u elettriku (WEEE), u ghar-riciklagg ta' l-iskart kemm dak tal-pakkeggjar kif ukoll dak elettroniku u elettriku. Bil-proposti tal-GRTU il-familji Maltin igawdu ukoll minn skema gdida ta' gbir ta’ skart b'ingenji ta' kwalita' ahjar milli ghandna llum.

 

L-iskemi li qed tipproponi l-GRTU jiddependu sistema ta' gbir ta' skart fejn il-kuntratturi privati jfendu u jkun jaqblilhom li jinvestu f'ingenji ta' kwalita u f'nies imharga ghall ta' l-apposta. Biex tizgura li l-Waste Carriers – l-operaturi tal-gbir ta’ l-iskart - ikunu f’pozizzjoni illi jilhqu dan il-grad billi jaghmlu qliegh xieraq mhux biss li jhaddmu sistemi moderni u efficjenti imma wkoll li jinvestu f'ingenji godda ta’ kwalita, il-GRTU resqet ukoll pjan lill-Gvern ta’ x'ghandu jsir biex dawn l-operaturi jittellghu fuq grad aktar dicenti. L-ghan tal-GRTU hu li dan il-pjan jibda jithaddem fil-ftit xhur li gejjin.

 

B’risultat ta’ dan kollu l-Gvern bhalissa qed ihaddem Task Force maghmula minn rapprezentanti tal-Gvern u tal-Privat biex dak li qed ikun propost mill-GRTU flimkien mal-imsiehba socjali l-ohra jkun jista jibda jithaddem.

 

Il-GRTU laqqet l-operaturi kollha tal-gbir tal-iskart fis-sala tal-Kazin tal-Banda ta’ San Pawl il-Bahar biex tispjegalhom xinhu jsir u xinhi tipproponi l-GRTU f'isimhom. F’din il-laqgha d-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia nforma lill- operaturi li l-GRTU kienet ipprezentat stima ta’ l-ispejjez tal-operat ta’ garr ta’ skart f’Malta u f’Ghawdex u pprezentat rimedji ghall-problemi li jezistu. L-aktar rimedju qawwi, u li fuqu qed tinsisti l-GRTU bis-support shih tal-Waste Carriers kollha li fil-maggoranza assoluta taghhom huma kollha msiehba fil-GRTU, hu li b’effett immedjat il-Gvern johrog suppliment ta’ Lm4.17 fuq kull vjagg li jaghmel kull trakk go kull distrett. Dan il-claim il-GRTU qed titlobha biex il-Gvern jikkumpensa ghaz-zieda qawwija li kien hemm fil-prezz tad-diesel bejn Jannar 2003 u Dicembru 2007.

 

Vince Farrugia sostna li kull vjagg kien qed iqum Lm6.22 fil-bidu ta’ 2003 u issa fl-ahhar tal-2007 sar Lm10.39.

 

“Din hi zieda qawwija ferm biex l-operatur jgorruha u jsoffruha minn buthom,” qal Vince Farrugia, “Jekk din il-problema l-Gvern ma jsolvijiex fl-iqsar zmien possibli s-sitema ta' gbir ta' skart prezenti tikkrolla”.

 

“Illum ghandna sistema ta’ gbir ta’ skart fejn l-Gvern mhux talli ma jistax jibni fuqha l-progetti ta’ gbir ta’ skart li huwa obbligat li jwettaq mil-2008 skond kif qed tesigi l-Unjoni Ewropeja, izda ghandu sistema li jekk mhux ser tkun imsahha u sostnutha l-hemm b’interventi mill-Gvern Centrali  fil-ftit xhur li gejjin il-Gvern ser jiffaccja problemi dwarha. L-informazzjoni li gabret l-GRTU wara li kellmet lill-kuntratturi ta' l-igbir tal-iskart wiehed, wiehed turi li terz ta' l-operaturi qed jahsbuha biex izarmaw fit-tlett xhur li gejjin u nofs il-kumplament qed jghidu li huma decizi li jekk il-kwistjoni tad-diesel il-Gvern ma jsolvijiex huma jieqfu mix-xoghol fi zmien sitt xhur, qal id-Direttur Generali  tal-GRTU.

 

“Ikun inutli li l-Gvern johlom li jrid jaghti l-poplu Malti sistema efficjenti u moderna ta’ gbir bieb, bieb u separazzjoni ta’ skart jekk ma jizgurax li dawn l-operaturi jibdew jaqilghu dak li hu xieraq ghalihom u ma jkunux konstretti li jzarmaw” enfazizza Vince Farrugia.

 

It-talba ta’ Lm4.17 ghal kull vjagg ghandu jaghmel tajjeb ghaliha l-Gvern Malti u barra minn hekk il-Gvern ghandu jizgura li l-flus kollha li l-Gvern Centrali jghaddi kull sena lill-Kunsilli Lokali ghall-gbir ta’ skart bieb, bieb  fil-fatt tmur kollha ghand il-kuntratturi u mhux sa 15% minnha tinzamm minn l-istess Kunsilli Lokali.

 

“Il-Pjanijiet tal-GRTU huma bbazati fuq sistema ta’ gbir bi trakkijiet moderni u adatti ghall-gbir ta’ skart separat u b’operaturi mharga u mhallsa sewwa li jizguraw servizz ta’ kwalita. Dan hu li Malta jixirqilha fis-snin li gejjin u dan hu l-ghan li ghalih qed tahdem l-GRTU,” ikkonkluda Vince Farrugia.

 

“It-83 operatur li honqu s-Sala tal-Kazin tal-Banda ta’ San Pawl il-Bahar kollha qablu li joqghodu ghal kull direttiva li taghtihom il-GRTU biex fl-aqsar zmien possibli tigi rimedjata l-problema akuta, li qed jiffacjaw dawn l-kuntratturi biz-zieda enormi fil-prezz tad-diesel. Jien cert li l-Gvern illum ghandu f'idejh il-fatti kollha, ghandu wkoll ir-rieda politika li jwettaq progetti ta' gbir ta' skart serji, u ghalhekk ma narax ghaliex il-Ministri koncernati ma ghandhomx jikkonkludu din il-kwistjoni mal-GRTU fi zmien qasir”, bassar Vince Farrugia.

 

 

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent