logo

Atlas Banner

Ghall-darba ohra s-Super 5 baqghet ma ntrebhitx. Dan ifisser gimgha ohra ta’ tkissir tal-bejgh ghall-hwienet u postijiet tad-divertiment ma Malta kollha hekk kif aktar flus ikomplu jintefqu f’din il-gennata nazzjonali.

Il-GRTU qatt ma giet ikkunsultata meta b’daqqa ta’ pinna l-Ministru responsabbli nehha l-klawsola li kienet tillimita s-somma tar-rebh li tista titla s-Super 5. Din il-klawsola kienet iddahhlet fuq insistenza tal-GRTU u l-Gvern ghalhekk kellu jerga’ jikkonsulta qabel nehhieha. Nehhieha biex dahhal ftit flus aktar wara il-bejgh lil privat tas-sistema tal-lottu pubbliku.

 

Litteralment ghall-ftit flus l-Gvern holoq din l-problema kollha. Il-GRTU issa qed issaqsi b’enfasi “X’inhu jistenna il-Gvern biex jintervjeni? L-effetti negattivi ta’ din id-decizjoni zbaljata mehudha minn wara dahar kulhadd issa hu evident.

 

 “Ahna tkellimna ma sidien tal-grocers, supermarkets, hwienet tal-laham, hwienet tal-hwejjeg u zraben, bars, restoranti, pizzeriji u mportaturi tal-ikel u bzonnijiet ohra tal-familja u kollha qalulna li din il-fernezija ta’ infieq fuq il-loghob tas-Super 5 affettwathom bil-kbir u taffetwa kull darba li Super 5 taqbez il-limiti,” ikkummenta Vince Farrugia, Direttur Generali tal-GRTU.

 

“Hu ghalhekk li l-GRTU trid azzjoni. Jien nistghageb kif ghall-darb’ohra l-Gvern mhux qed jisma dak li trid l-opinjoni pubblika, ghax ma kull min tkellimna kullhadd jghidilna li ghandna ragun.” temm jghid Vince Farrugia.

 

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent