logo

Atlas Banner

Bis-sahha ta’ partnership li gie ffirmat bejn l-GRTU u t-Transfinance issa l-GRTU tkun tista tghin lin-negozjanti Maltin biex f’metodu semplici jkunu jistghu jaghmlu l-applikazzjoni ghall-infieq fuq taxxa li ghandhom dritt jehduh lura.

 


Dalghodu l-GRTU habret skema li ser tkun disponibbli ghall-imsiehba tal-GRTU u negozji ohra li jaghmlu nfieq fi vjaggar, akkomodazzjoni, fieri, konsulenzi u nfieq iehor li fuqhom tinqabad l-VAT u fejn in-negozjant Malti isibha bi tqila biex jitlob refund.

 


Il-President tal-GRTU, Paul Abela spjega li dan hu servizz iehor fis-sensiela ta’ servizzi li l-GRTU qed tipprovdi lill-komunita kummercjali biex tghinhom dejjem aktar jiffacilitaw l-integrazzjoni taghhom fis-suq kbir ewropew. Dr. H.J.H Linneman membru tal-International VAT Association u fundatur tat-Transfinance spjega kif fil-prattika negozjant Malti permezz ta’ dan l-partnership jista issa jibda jiehu lura hlasijiet li jkun ghamel fuq taxxa anke f’hafna cirkustanzi fuq taxxa li thallset u ma gietx migbura fix-xhur u s-snin li ghaddew.

 

L-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari ghan-Negozji z-Zghar spjega l-importanza ta’ ftehim bhal dan ghaliex issa jkun zball jekk wara x-xoghol kollu li sar biex Malta tintegra s-sitemi taghha ma dawk ta’ l-Unjoni Ewropeja n-negozjant Malti joqghod lura ghax ma jkollux l-ghodod adatti li jghinuh jikkompeti b’mod effettiv.

 

Il-Konferenza ta’ dalghodu li nzammet fil-kwartieri tal-GRTU fil-Borza l-Qadima Triq ir-Republika, l-Belt Valletta, tkellem ukoll id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia fejn spjega kif il-GRTU illum qed tibni organizzazjoni li trid twassal n-negozjant Malti biex ikollu l-assistenza professjonali kollha mehtiega u bi prezz adekwat biex jirristruttura l-istruttura ta’ nfieq tieghu halli jkun jista jikkompeti b’mod aktar effettiv. Il-GRTU ser tibqa l-vuci qawwija tal-SMEs ta’ pajjizna imma ser issir dejjem aktar ukoll organizzazjoni ta’ sostenn lill-Business Malti biex ikun iktar kompetittiv.

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent