logo

Atlas Banner

Il-GRTU nhar il-Gimgha 2 ta' Novembru organizzat l-ahhar konferenza minn sensiela ta’ erba konferenzi, fejn spjegat lin-negozjanti x’obbligi ghandhom taht id-Direttivi Ewropew dwar il-gbir, riciklagg u rekupru ta’ skart bhall-kartun, gablo, metal li jaqaw taht id-Direttiva fuq skart ta’ l-ippakketjar u skart iehor bhal fridges, kukers, towsters, radji, televisjonijiet, u affarijiet ohra li jaqghu taht id-Direttiva dwar l-iskart ta’ tamir elettriku u elettroniku  (WEEE: Waste of Electrical and Electronic Equipment)

 


 


Il-Konferenzi kienu indirizzati minn Dr. Joanna Drake - kap tar-rapprezentanza tal-Kummissjoni Ewropeja f’Malta, Vincent Farrugia- Direttur generali tal-GRTU, Joe Attard u Marcel Mizzi, zewg ufficjali tal-GRTU inkarigati li jiehdu hsieb hwejjeg relatati ma' l-ambjent, kif ukoll min Kevin Mercieca, ufficjal mill-MEPA.

 

Barra prezentazzjoni dettaljata dwar x’tghid il-ligi u x’ghandu jaghmel in-negozjant, waste-carrier, jew riciklatur biex ikunu konformi mal-ligi, il-kelliema spjegaw wkoll xi skemi qed tintroduci l-GRTU biex tnehhi minn fuq dahar in-negozjant ir-responsabilitajiet li huma iebsin wisq biex jingarru minn kull negozju individwali. Il-GRTU qed tniedi fuq inizjattiva taghha, skema biex tamministra l-obligazzjoniet li n-negozjanti ghandhom taht id-Direttivi dwar l-WEEE. Il-GRTU infatti qeda tappella lil importaturi tal-prodotti ta' l-EEE biex jirregistraw ma' l-iskema tal-GRTU. Il-GRTU waqfet socjeta` kummercjali non-profit, jisimha GREEN.MT, biex thaddem din l-iskema. L-imprendituri li jirregistraw ma' GREEN.MT jkollhom imbaghad ir-registrazzjoni taghhom imdahhla fir-registri tal-MEPA.

 

Dwar l-ippakketjar il-GRTU wkoll hadet l-inizjattiva li wara konsultazzjoni twila mal-membri u mal-awtoritajiet kif ghamlet fil-kaz tal-WEEE, tfassal skema, li wkoll tiehu minn fuq dahar n-negozjanti ir-responsabilitajiet ewlenin taht il-ligi. Dwar din l-iskema l-GRTU lahqet ftehim mal-Kamra tal-Kummerc, mal-Federazzjoni ta’ l-Industrija u mal-Malta Hotel and Restaurants Association biex l-iskema tal-ippakketjar ihaddmuha l-erba korpi li jirraprezentaw l-industrija, l-kummerc u it-turizmu flimkien.

 

Il-laqghat li zammet il-GRTU biex tispjega dwar l-iskema u l-obbligi taht id-Direttivi Ewropej saru fil-Fair and Convention Centre ta’ Qali, ohra fil-Hilton, ohra go Dar il-Mediterran u l-ahhar wahda fil-hotel ta’ Cenc gewwa Ghawdex. Dawn l-konferenzi kienu possibli bil-kontribuzzjoni u l-assistenza ta’ l-ufficju tar-rapprezentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropeja f'Malta.   

 

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent