logo

Atlas Banner

IL-GRTU TWIDDEB LIL MINISTRU "ISMA X'INHUMA JGHIDULEK IS-SIDIEN TAN-NEGOZJI"

 

Il- GRTU tqies li l-ordni li ta l-Ministru Jesmond Mugliett lil kuntrattur biex minn nhar l-Erbgha jibda jkisser l-korsija li s'issa kien ghaddej it-traffiku minnha wara li kienet issahhet ghal ta’ l- apposta biex tiflah it-traffiku, bhala decizjoni zbaljata u arragonanti. Hi decizjoni  ta' sfida lis-sidien tan-negozji kollha ta’ San Gijan, Paceville u l-inhawi tal-madwar.

 

'Inkredibbli li bla ma l-anqas kellu d-dicenza jitkellem maghna, il-Ministru qabad u ha decizjoni bhal din", ikkummenta Vincent Farrugia, Direttur Generali tal-GRTU. "Jien tkellimt mar-rapprezentanti tal-hwienet ta' Bay Street u tat-toroq fejn hemm l-aktar hwienet, u Philip Fenech, Vici-President tal-GRTU, tkellem mas-sidien tal-postijiet tad-divertiment, ma’ tal-bars u tar-restoranti u kollha fehma wahda, jghid Vincent Farrugia.

"Tkissirna s-sena l-ohra u s-Sajf kollu, issa mhux behsiebna nsoffru matul il-festi li gejjin wkoll ghax il-klijenti jevitaw li jigu dawn in-nahat".

"Hekk jitkellmu s-sidien tan-negozji", ikompli Vince Farrugia.

 

Il-GRTU tqies li l-Ministru Mugliett u l-ADT abbuzaw mill-fiducja tas-sidien tan-negozji. Huma emmnu zbaljatament li l-Ministru u l-ADT kienu kapaci jmexxu dan il-progett kif originarjament ippjanat. Sfortunatament kien jidher car mit-tqanzieh u lajma li bih beda jsir ix-xoghol, li l-progett kien se jibqa’ jgebbed bl-aktar mod insapportabbli u stennew li l-awtoritajiet jiccaqilqu bis-serjeta. 

 

Issa hi vera bla sens ghalhekk li l-Ministru flok li japologizza mas-settur privat ghall-hsara bla qies li ikkawzalu b'dan id-dewmien kollu li l-Ministru minn fuq jghid li la s-sidien qaghdu ghaliha qabel issa jkollhom ikomplu jissaportu aktar. Din hi insensittivita ghall-wegghat tan-nies li l-ebda Ministru m'ghandu jhaddem.

 

"Il-GRTU tistenna li l-Ministru bla aktar telf ta' zmien jitkellem mal-GRTU qabel jibda jkisser l-korsija u jara kif jhaddem iz-zewg korsiji matul iz-zmien tal-festi u wkoll  jiftiehem kif minn issa l-hemm idahhal is-settur privat fil-monitoring tal-progett biex ix-xoghol jsir u jitlesta sa data miftehma. Jekk il-Ministru jonqos li jaghmel hekk, il-GRTU twiddbu pubblikament li ser ikollu l-inkwiet mal-GRTU.

 

"ll-Ministru l-fiducja tal-GRTU fuq dan il-progett tilifha. Issa jrid jerga’ jakkwistaha b'azzjoni miftehma u accettabbli. ll-bqija l-konsegwenzi ghalih" iwissi Vince Farrugia f'isem il-GRTU u l-komunita kummercjali ta’ San Giljan u l-inhawi.

 

 

 

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent