logo

Atlas Banner

Illum il-GRTU resqet talba formali lill- Prim Ministru bhala wkoll Ministru tal-Finanzi biex fl-iqsar zmien qabel tiddahhal l-Ewro, jillegisla biex jitnehhew charges li l-banek u d-ditti tal-credit cards jimponu fuq il-hrug u l-uzu tal-Credit Cards. Il-GRTU issostni li dawn ic-charges huma abbuzivi. Il-GRTU qed tirreferi ghac-charges li l-banek jimponu fuq l-konsumaturi fuq kull credit card kull sena u fuq ic-charges li l-banek u d-ditti tal-credit cards jimponu fuq is-sidien tan-negozji fuq kull transazzjoni ta’ bejgh li ssir bl-uzu tal-Credit Cards.

Il-GRTU wkoll qed toggezjona ghat-taxxa ta’ Lm7 fuq kull credit card mhallsa kull sena mill-credit card holders. Il-GRTU tqies din it-taxxa abbuziva u tirraprezenta piz ingust impost mill-Gvern fuq il- konsumaturi.

 

Il-GRTU trid li jsiru t-tibdiliet fil-ligijiet issa biex verament tkun facilitata il-bidla ghall-ewro.

 

Il-GRTU tqies illi aktar milli jghaggel jghabbi lin-negozji b’penalitajiet esagerati ghal caqliq fil-prezz ta’ ftit millezmi, il-Gvern u l-awtoritajiet regolatorji ghandhom jaraw li l-banek kummercjali u d-ditti tal-credit cards u l-Gvern innifsu ma jimponux fuq tal-hwienet u fuq il-konsumaturi pizijiet u spejjez zejda li jaghmilhom biss min ghandu s-sahha li jimponi. Kwistjoni ta’ onesta u gustizzja minn min jiddetta.

 

 

For Release 

November 16,  2007

 

 

Onor. Lawrence Gonzi, K.U.O.M.,LL.D.,M.P

Prim Ministru

Auberge de Castille,

Valletta CMR 02

 

15 ta’ November 2007

 

Ghaziz Prim Ministru

 

Legislazzjoni Immedjata biex jitnehhew l-abbuzi ta’ Charges fuq l-uzu ta’ Credit Cards

 

Dak li qed isir f’ Malta dwar il-Credit Cards hu inaccetabbli. Il-konsumaturi u r-retailers qed ikunu imgeghla jhallsu charges li l-Gvern haqqu jehlishom minnhom. Ghalhekk il-GRTU qed titlob azzjoni decisiva.

 

L-ewwel nett ic-charge ta’ mill-anqas Lm9 li klijent jigi mitlub ihallas darba biex johorgulu card, fl-opinjoni tal-GRTU hi abbuziva. Hemm sentenza tal-Kummissjoni Ewropeja li tghid li dawn ic-chargescredit card firms ma jistghux jaqbdu u juzaw is-sahha dominanti taghhom biex jimponu charges bhal dawn.  Aghar minn hekk, imma dawn ic-charges  jinqatghu mill-kont tal-card holder kull sena. Jidher li l-ebda Regulatur ma jinvestiga. huma abbuzivi u li

 

Ta’ dwejjaq kbar hu l-fatt li l-Gvern imbaghad jimponi taxxa ta’ Lm7 fuq kull card, wkoll suppost darba, imma tkun imposta kull sena. Jigifieri l-Gvern mhux biss jissanzjona l-piz li d-ditti tal-credit cardsover and above! Meta l-Gvern Malti ha l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropeja ta’ din it-taxxa li l-GRTU tqies zejda u abbuziva? X’jigifieri ahna nitolbu lid-ditti privati jiffacilitaw l-uzu tal-credit cards billi jnehhu l-imposizzjonijiet zejda u l-Gvern innifsu jimponi huwa? jghabbu fuq il-konsumatur imma biex il-konsumatur ibati aktar, jghabbi t-taxxi tieghu

 

Ghar-retailer l-aghar izda hu li biex jghin lill-banek izidu l-profitti taghhom, flok li l-banek jaghtu lil tal-hwienet talli jaghmluha ta’ agenti tal-bejgh ghal banek, minfuq il-banek u d-ditti tal-Credit Cardscharges ezorbitanti  lis-sidien tan-negozji u s-sidien bilfors ikollhom izidu dawn ic-charges (1% to 5%) mal-ispejjez tan-negozju. Dawn ibatihom il-konsumatur, jew inkella jsoffrihom is-sid hu mill-qliegh tieghu. commission jiccargjaw

 

Pajjizi ohra qed jiehdu passi serji dwar dan. Fl-Awstralja l-Gvern qabad u illegisla u ordna lill-Credit Card firms biex ic-charges lil konsumaturi jnehhuhomlhom u c-charges lir-retailers u service providerscharges taht xi forma ohra. L-Unjoni Ewropeja miexja wkoll lejn din id-direzzjoni u s’issa diga ttiehdu passi importanti. Il-Gvern Malti x’inhu jaghmel? X’pozizzjoni ha? inaqqsuhom bin-nofs u jaraw, taht penalitajiet kbar, li ma jghaddux ic-

 

Il-GRTU trid li l-Gvern jiccaqlaq issa u jillegisla. Il-Banek Kummercjali jaghmlu profitti sproporzjonati mar-rata tat-tkabbir tal-ekonomija Maltija, u l-konsumatur u n-negozjant jitghabba bi hlasijiet esagerati u ma jistax ikun li nibqghu nibbazaw  fuq il- bona volonta tal-banek u tad-ditti tal-credit cards. M’hemmx serjeta li Gvern jimponi fuq iz-zghar u lil min qed jaqla il-miljuni b’kapricc ihallih ghaddej. Fl-Awstralja l-ligi saret u hadd ma falla. Gawdew n-negozji, gawdew l-konsumaturi, gie ffacilitat aktar il-bejgh u l-banek flok naqsu ziedu l-profitti. Saru ligijiet simili fil-Polonja u f’pajjizi ohra biex id-ditti tal-credit cards ma jimponux li jfetlilhom basta jzidu l-profitti taghhom.

 

Malta issa waslet ghal EuroChangeover u l-Banek u n-NECC qed jippretendu li kullhadd jibda juza l-Credit Cards biex ikomplu jihxienu l-profitti tal-Banek ghas-spejjez tal-konsumaturi u tan-negozjanti.Ghalhekk il-GRTU trid azzjoni issa ghax mhux sewwa li l-Banek u d-ditti tal-Credit Cardschangeover. jiehdu rikba mic-

 

Il-GRTU diga qalet lil tal-hwienet u negozji ohra biex ma din l-kampanja bla sens ma jikkoperawx. Ghax ghandhom tal-hwienet jitwikkew bi spejjez aktar biex igawdu l-banek u jbatu huma u l- konsumaturi?Dan x’tahwid hu? In-NECC min qabbadha ssir agenta tad-ditti tal-credit cards?

 

Il-GRTU tistenna li l-Gvern jiccaqlaq. Mhux b’weghdi fierha izda b’azzjoni f’waqtha. B’legislazzjoni. Il-Banek ghandhom ikunu mgeghla b’ligi jtajjru c-charges zejda li jimponu bla skruplu fuq l-konsumaturi u fuq in-negozjanti fl-uzu ta’ credit cards. Bla charges, iva,  ic-changeover tkun iffacilitata aktar ghax tal-hwienet ma jsoffrux telf biex jimbuttaw l-uzu tal-Credit Cards. Imma is-sitwazzjoni kif inhi llum igawdu minnha bil-kbir biss il-banek u d-ditti tal-Credit cards. Il-GRTU ssostni li dan qed isir b’mod abbuziv u ghal kollox inaccettabbli.

 

Il-GRTU ghalhekk trid azzjoni mmedjata.

 


c.c.      Hon. Tonio Fenech – Segretarju Parlamentari Ministeru tal-Finanzi

            Mr. Michael Bonello – Gvernatur Bank Centrali

            Prof. Joseph Banister – Chairman – MFSA

            Dr. Joanna Drake – Head of the EC Representation in Malta

         Dr. Mirielle Vella – Kap Ufficju tal-Kummerc Gust u tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent