logo

Atlas Banner

Wara li l-GRTU giet infurmata mis-sidien tal-spizeriji li mhux l-agenti kollha li jimpurtaw u jqasmu l-medicini ghall-bejgh mill-ispizeriji fil-komunita’ kienu qeghdin jaghtu r-refunds tad-differenza fil-prezz fuq dawk il-medicini, li skond il-ftehiem mal-gvern kellhom jitnaqqsu, il-GRTU hadet il-passi mehtiega biex din is-sitwazzjoni titranga fl-ahjar interess ta’ kulhadd. 

 


 


Fl-laqgha mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Kompettivita u l-Kommunikazzjoni, is-Sur Marcel Pizzuto, li saret illum it-Tnejn 29 ta’ Ottubru, sar qbil fuq pjan kif dak li gie mifthiem bejn il-gvern u l-importaturi ewlenien tal-medicini jithaddem biex il-konsumaturi jgawdu mit-tnaqqis fil-prezzijiet ta’ numru ta’ medicini ewlenien sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Novembru.  U dan minajr ma jinholqu problemi zejda lill-ispizeriji fil-komunita’.

 

Bis-sahha ta’ dan l-arrangament issa l-ispizeriji kollha ser jiehdu ir-refunds fuq il-medicini li huma ghandhom in stock u li prezz taghhom qed jitnaqqas.  B’rizultat ta’ arrangamenti fuq bazi volontarja li l-GRTU lehqet mal-agenti u importaturi individwalment, l-ispizeriji issa ser ikunu jistghu jamministraw il-prezzijiet il-godda bla telf ghalihom.  Is-sidien tal-ispizeriji issa qedghin jinfurmaw b’effett immedjat lil kull agent jew importatur ta’ medicini l-ammont ta’ stock li kull spizerija baqghala bil-prezz gholi, biex dawn il-prezzijiet ikunu jistghu jitnaqqsu wara li jkun assigurat lilhom ir-refund tad-differenza bejn il-prezz l-antik u l-prezz il-gdid.  Is-sitwazzjoni kollha ghandha tkun f’postha sat-3 ta’ Novembru 2007 biex il-konsumaturi/pazjenti ikunu jistghu jgawdu mill-arrangamenti li lahaq il-Gvern mal-importaturi ghat-tnaqqis fil-prezzijiet ta’ numru ta’ medicini ewlenien.

 

 

 

 

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent