logo

Bhala r-rapprezentanta tal-maggoranza tas-sidien tal-ispizeriji kollha, Il-GRTU tinsab mhassba u urtata bl-agir xejn responsabbli  mid-Divizjoni  tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni li qeghda tilhaq ftehim fuq il-prezzijiet mal-importaturi tal-Medicini  u tigi taqa’ u tqum  mill-fatt li s-sidien ikun ghad baqalhom stokkijiet qawwijin ta’ medicina li jkunu xtrawha bi prezz hafna ghola.

Illum diversi nies minn din id-divizjoni bdew iduru l-ispizeriji, u b’certa arroganza u prepotenza bdew jordnaw lis-sidien biex ibaxxu il-prezzijiet ta’ dawk il-medicini li s-sidien kienu xtraw qabel ma sar l-ftehim mal-importatur biex jorhsu.

 

Il-GRTU talbet  lis-segretarju permanenti  tal-Ministeru tal-Kompetittivita diversi drabi biex kull meta jintlahaq xi ftehim mal-importatur, l-Importatur jaghti “refund” ta dak l-istokk li l-ispizerija jkollha fuq l-ixkaffa. Hafna mportaturi qed jirrifjutaw li jaghmlu dan, bil-konsegwenza li s-sidien qed ikollhom johorgu d-differenza minn buthom.

 

Ghalhekk, minn issa l-GRTU qed taghti direttiva lil kull sid tal-ispizerija biex minnufih ma jrahhsux bl-ebda mod l-ebda prezz ta’ l-ebda prodott hlief fejn jinghataw rifuzjoni mill-importatur  ta’ dak il-prodott biex ikun jista jrahhas. Is-sidien ghandhom ibieghu bil-prezz imrahhas biss meta jispiccalhom l-istokk l-antik u jibdew jiextru bil-prezz imrahhas mill-importatur.

 

Barra minn hekk, il-GRTU qeghda minn issa twissi il-Gvern li lesta tiehu il-passi kollha necessarji biex ma thallix il-pajjiz jerga jaqa fir-redikolagni taz-zminijiet koroh fejn kien ikun il-Gvern li jiddetta l-prezz tas-suq. Dawn kienu zmien il-kontroll tal-prezzijiet a’ la’ Karl Marx u zminijiet tal-hekk maghrufa “Difensuri tax-Xerrejja”.  Dawn il-mezzi antikwati li qed jintuzaw biex jigu kkontrollati l-prezzijiet juru kemm il-Gvern Malti m’huwiex qed jafda lill-operaturi ekonomici fil-pajjiz u mhux qed jaghti hin bizzejjed halli tkun il-kompetizzjoni stess li ggib bidliet fil-prezzijiet. Meta l-Gvern ikun qed jiftiehem ma xi operator dominant fis-suq ikun qed jaghmel hekk  a skapitu ta’ operaturi ohrajn izghar. Ikun qed jaghti s-sahha lill-kbir u jdajjef iz-zghir.

 

Il-GRTU ghalhekk qeghda twissi li ser tibqa tiddefendi lill- membri taghha “retailers” kull fejn hemm bzonn minn dawk il-burokrati u funzjonarji li jhobbu jbaghbsu mas-suq fil-pajjiz minghajr ma jifhmu ghakka f’dak li qed jaghmlu.

 

 

 

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent