logo

Atlas Banner

Imtlejna bihom. Kif tejd xi haga li ma togghobhomx, johorgu ghalik qishom klieb ta’ l-ghassa. Fil-politika u fil-hajja Pubblika issa drajnijhom. Jew tejd li jghodd ghall-widnejhom jew jikxfu sninhom ghalik

Jien drajthom. Il-bierah kienu n-Nazzjonalisti u ma nafx x’ ma qalux dwari. Illum il-Laburisti. Ara kif tista, min hu bhali, toqghod tikkalkula l-hin kollu x’ser jejd dak jew l-iehor ghall-kull frazi li tlissen? Ghad hawn min jahseb li jikmanda l-imhuh. Ghawn min ma jistax jifhem li l-mexxejja tal-korpi kostitwiti mhuma suggetti ghall-ebda iddettar ta’ l-ebda ras kbira fil-Politika. Iblah il-mexxej li jkun ikkundizjonat minn dak li ser jghidu l-Politici. Sfortunatament l-intimidar tal-Politici izomm lill- hafna milli jersqu l-quddiem u jiehdu pozizzjoni determinanti fit-tmexxija tal-korpi kostitwiti u tas-socjeta civili. Hafna ihossuhom intimidati minn dawn l-irrabjati.

Hemm min ir-rabja juriha b’mod dirett u qawwi bhall ma gara fl-episodju ta Bormla li wassal ghall-krizi tal-Gvern fl-1997. Izda hemm ohrajn u okkazzjonijiet ohra fejn ir-rabja tibqa mistura u tinhass biss mil-azzjoni li tinfirex. Ghax iqabbdu lil haddiehor iwassal il-messagg tar-rabja.

In-Nazzjonalisti huma experts ta din it-tattika. Thossha mal l-ewwel. Icempel xi Segretarju, jistidnuk ghall xi café, jew iqabbdu lil xi hadd qrib tijek iwassallek messagg u dejjem l-istess; irrabjat ghalik. Itini d-dahk meta nara xi Ministru jew xi ras kbira tipprova tintimidani b’ dan il-moghod. Possibli, nejd jien, li dawn in-nies ghadhom ma ndunawx li min izomm pozizzjoni bhali, u ilhu li waqghet f’zokortu, ma tindimidahx? U kieku min hu fil-pozizzjoni tieghi jkun suggett ta l-intimidazzjoni, tahsbu li ser isaddad fil pozizzjoni tieghu? Jaghmlu gurnata wahda biss mieghi u jkunu jafu kemm in-nies li nirraprezenta jien huma attenti ghal kull ma jsir.

Semmuhom lis-Segretarji Generali jew lid-Diretturi Generali ta’ l-Unions jew tal-Korpi Kostitwiti li damu s-snin fil-pozizzjoni taghhom u li qatghu figura, u araw jekk kienux jibzghu jew jaccettaw li jkunu intimidati? Liema organizzazjoni Nazzjonali b’sahhita trid li jkolla l-ghola ufficjal taghha suggett ghat-tigbid ta l-ispaga?

Il-gimgha l-ohra fil-programm ta Dr. Georg Sapiano, Doksa, f’intervista ckejkna editjata mid-Dottor. Sapiano, ddeskrivejt lil Alfred Sant bhalha rrabjat. Angry Man - sejjahtlu. Mamma Mia x’rabja qajjimt. Bdew it-telefonati mill- inkarigati forsi jintimidawni naghmel stqarrija u “Nbengilha”. Meta s-sur Jason Micallef ma rnexxilux, kessksuli lil Manwel Cuschieri fuq Super One. Cuschieri nqeda b’wiehed miskin li sa ftit ilu kien fil-Kunsill tal-GRTU. Dan ma kienx kapaci jifhem ir-responsabbilita’ tieghu bhala membru ta’ l-Ezekuttiv ta Korp kostitwit Nazzjonali ewlieni u litteralment kakka f’qalzietu, u uza l-gideb, mizinformazzjoni u hmerijiet li qal dan l-individwu biex jippruvaw jintimidawni. Il-messagg kien car: Naqalawlek balla nkwiet, halli tkun taf min ahna Sur. Direttur Generali.

Issa, ghawn xi hadd li jrid ibellahhili li Manwel Cuschieri ddecieda minn jeddu li jiftah attakk sfrenat fuq l-GRTU? Mela hasbuna tan-nuna?

X’ taghmillek ir-rabja! Il-logika tejdlek li biex tirbah trid izzomm l-ahjar imhuh on board. Imma f’ attakk ta’ rabja llum titlef wiehed kapacissimu, ghada titlef iehor, pit ghada iehor. U tibda tirrabja inqas. Ghax li jibqalek madwarek jew poodles jew klieb ta’ l-ghassa. Tibqa ma tindunax bil-hsara li tamillek ir-rabja u ssarrafha f’nuqqas serju ta tolleranza ghall- oppinjoni ta min mhux mieghek u mhux kontrik u tibda tintimida. Imma possibli ser nibqghu b’din il-marda, f’pajjizna? Ghax allura m’hemmx cans li nitfejqu. Is-soluzzjoni hi wahda: min irid imexxi l-pajjizna jrid jifhem illi it-tolleranza twassal ghall-rizultati ahjar.

Il-ferh tiji hu kemm illum huma dawk fil-poter li jafu jahdmu bla rabja. Nahdem maghhom bil-qalb, jaccettaw il-fehmiet tieghi u l-proposti tieghi b’genwinita’ u flimkien insibu soluzzjonijiet ghall- hafna problemi li jdawruna. Ghax verament pajjizna m’ghandux problemi insormontabbli. Pero, l-problemi ma ssolvihomx bir-rabja.

L-irrabjati ma jibnu relazzjonijiet tajbin ma hadd. U biex tmexxi trid relazzjonijiet tajbin ma hafna. Ghalekk l-irrabjati, tellifa.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent