logo

Atlas Banner

X’esagerazzjoni!” Meta nisma dan ir-riklam li vvintaw tal-MTA, nghid il-vera laqtugh tajjeb il-karattru Malti. X’fissazzjoni ghandna li nahsbu li d-dinja kollha qed tiggustana. Id-dinja kollha qed thabtilna il-bieb! Imma kif jista’ jkun li Francis Zammit Dimech jittollera dawn il-purcinellati?

Kull min hadem biex igib ix-xoghol lejn Malta – Prim Ministri, Ministri, Malta Enterprise, MTA innifisha, Ambaxxaturi u Konsli u kull salesman li hadem barra jaf li m’hemm hadd ihabtilna l-bieb. Ix-xoghol ahna rridu nfittxuh. L-ghazzien biss jirraguna li x-xoghol qieghed hemm u kull ma trid taghmel hu li tiftahlu l-bieb. Imma aghar minn hekk dan ir-riklam jimmira lejn ir-ras kbira li ghandhom certi Maltin. Ghax ghandna hafna x’noffru f’Malta u lkoll kburin b’pajjizna imma f’gieh Alla ejjew naqtughha din li nahsbu li ahna xi haga specjali. Li d-dinja kollha ma tghaddix minghajrna. L-ewwel kien Mintoff li bellaghalna li ahna xi “super power next door”, issa ghandna dawn ir-ruxmata kull fejn tara li tieghom jiddandnu u juzaw is-superlattivi kollha immaginabbli biex jimpressjonaw lil hmir. U jahasra hemm barra m’hemmx hmir. Ghalhekk it-turizmu niezel. U ghalhekk l-esportazzjoni niezla. Ghalhekk illum pajjizna, f’termini reali jaqla’ inqas illum milli kien jaqla’ ghaxar snin ilu.

Ghax ilna ghaxar snin zaqna mimlija li d-dinja kollha qed thabtilna il-bieb! U ahna sempliciment kemm nifthula. U l-miljuni ta’ turisti u mahhhom l-investituri barranin jidhlu jimlewna. U biex naxquha aktar hargu il-bravi tal-“carrying capacity” biex iwiddbuna li ara meta jhabtulna ma ndahluhomx kollha ghax ninfaqghu. Tad-dahk kieku mhux qed jilghabu bl-impjieg u l-qliegh ta’ tant nies li hajjithom tiddependi mit-turizmu. Din tal-“carrying capacity” li ffissaw fuqha xi whud ma taghmilx sens illum. Kieku jigu xi 3 miljun turist u nibdew nimlew ukoll id-djar vojta u d-djar kbar taghna bil-lodgers nifhimha, imma meta zoni shah ta’ Malta qatt ma jaraw turist u l-hotels qed jaghlqu din mhix ghajr hanqa u maghha marbuta din li kulhadd imxennaq biex jigi.

Imma din mhux biss kwistjoni ta’ turizmu. Anki il-Prim Ministru Gonzi qed jiehu l-lala li jitkellem bis-superlattiv. Ahna l-aqwa fid-dinja fis-sahha, l-aqwa fl-investiment barrani, l-aqwa fl-ewropa ghall-assistenza mil-EU. Insomma, dhalna fl-EU il-bierah u diga sirna ic-Champions ta’ l-Ewropa.

Meta ser nitghallmu? Meta ser insiru ftit umli u naccettaw ir-realta? Ahna pajjiz ckejken, bi ftit rizorsi u bis-sahha ta port splendidu fic-centru tal-Mediterran meta l-Mediterran kien ic-centru tad-dinja antika ahna gbidna lejna nies u poteri, li ghinuna nsiru nies. Kollha ghalmuna u zviluppawna – il-fenici, ir-rumani, l-gharab, l-ispanjoli, il-francizi, l-inglizi, imma l-aktar, il-kavallieri. Infatti ftit li xejn ghandna x’nuru lit-turisti li jzuruna hlief il-wirt fantastiku li hallielna il-barrani. Il-Malti tas-seklu ghoxrin infatti ftit li xejn halla warajh. Tbati meta jkollok l-barranin xi ddawwar ma’ Malta, biex turihom xi haga spettakolari xoghol il-Malti taz-zmienna. Dejjem naqghu ghall-kavallieri.

Ma rridx nesagera ghax it-toroq fl-irhula taghna li ghadna ma kissirniex huma kollha x-xoghol tal-Maltin, l-istess il-knejjes u djar antiki taghna. Ghad ghandna hafna gawhar, arkitettonikici frott il-lavur Malti li jaghmlulna gieh. Imma l-monumentali, l-ispettakolari, ftit li xejn. Zgur mhux tal-ahhar 60 sena!

Is-sabih ta’ pajjizna hu li fic-cokon taghna ghandna hafna. Dan is-sabih johrog aktar meta nkunu ftit aktar umli u nhallu l-barrani jinnota s-sabih taghna u mhux irridu bil-fors nghidu li taghna hu isbah, aqwa u ikbar. Is-superlattiva tirredikolana.

U din qed nuzawha f’kollox. Anke meta nitkellmu fuq l-ekonomija. Il-hin kollu jfajjrulna s-superlattivi. Il-verita izda hi li mhux biss fit-turizmu, imma fl-ekonomija kollha ghandna problemi. M’hemmx problemi li b’rieda tajba u b’policies intelligenti mmirati biex jeggeneraw l-espanzjoni fejn hemm il-potenzjal u r-restrizzjoni fejn hemm il-hela tar-rizorsi mhux kapaci nsolvuhom. Is-sabih tas-sitwazzjoni tal-lum hu li m’ ghandniex ingorru fuq dahrna l-piz ta’ deficit strutturali li jipparalizzana. Il-lum nistghu nsuqu u mmexxu policies li jaghtu l-frott. Imma rridu nkunu umli. Ma nistghux minn banda nbellugha lin-nies li qed immissu s-sema b’idejna mbghad nghidu li ghandna problemi serji li jekk ma nsolvuhomx jistghu jerquna.

Ghax pajjiz li qed ibghati biex jaqla bizzejjed biex jaghmel tajjeb ghall-htigijiet kollha tieghu mhux pajjiz li ghandu biex tant jiftahar. Pajjiz li ghaz-zidiet li jaghti lil haddiema mhux qed jiehu minnhom tkattir ta’ gid aktar milli qed itiehom mhux qed jimla l-ixkora tal-gid nazzjonali. Pajjiz fejn l-investitur fl-intraprizi li jhaddmu n-nies mhux qed jibqalghu profitti bizzejjed biex jahdem, biex jinvesti aktar, jimmodernizza u jibni l-gdid, mhux ezattament sejjer tajjeb.

Dan kollu u aktar issa nafuh ghax l-istudji saru. Imma ghandna bis-superlattivi, ghadna nahsbu li mhux sempliciment dorna l-kantuniera imma li wasalna fl-art imweghda. Le, jahasra, baqalna hafna x’naghmlu. M’hemm hadd wara l-bieb ihabbat biex jidhol. Kull min gie, investaturi, fl-industrija, investaturi fit-turizmu, l-istess turisti, tas-Smart City, tal-Lufthansa Technique, kollha gew ghax konna kapaci nfitxuhom u ngibuhom hawn b’sagrificcju u b’hila ta dawk li bil-kwiet u bi prefessjonalita’ jahdmu biex igiebu x-xoghol lejn Malta.

Hafna drabi dawn in-nies aktar tfixkil isibu milli ghajnuna. Ghax problema ohra li ghandna hi li m’ahniex kapaci nillistjaw il-prijoritajiet taghna sewwa u nikkoncentraw bis-serjeta fuq dak li hemm bzonn li naghmlu. Ghax minghalina li l-opportunitajiet qeghdin wara l-bieb u kemm inehhu jdejna minn fuq zaqqna u nifthulhom.





0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent