logo

Atlas Banner

Fi zmien l-Budget, kull naha tispara l-figuri. Ahna hrigna studju interessanti dwar l-ekonomija biex nuru it-triq li Malta ghandha taqbad jekk irridu nkabbru l-ekonomija u jizdiedu il-flus fl-idejn. Ic-cifri ekonomici juru li l-Prodott Gross Nazzjonali jiddependi, u tajjeb li kontinwament nishqu dan, l-aktar mill-industrija li tesporta l-prodotti taghha u mis-servizzi li nesportaw, l-aktar mit-turizmu. Li ma jurux sewwa izda hu l-valur mizjud ekonomiku li jibqa f’pajjizna. Dan jiddependi hafna minn dak li kapaci nzommu f’Malta bhala parti mid-dhul li jkollhom l-industrija u t-turizmu. Jigifieri mhux naqbdu kollox qiesu l-qliegh kollu baqa’ hawn, ghax mhux kull ma jidhol minn barra jizdied mal-valur mizjud ekonomiku li fuqu hu mibni l-GDP.



Jekk inharsu lejn ic-cifri li hadmilna l-professur tal-ekonomija, insibu, perezempju, li mill Lm126 miljun li Malta iddahhal mit-turisti ghal hlas ghal l-akkomodazzjoni f’pajjizna, il-valur mizjud ekonomiku ta dan is-settur hu biss, 41%. Jigifieri 59% ta’ li jhallsu it-turisti jerga johrog il-barra ghax ma ghandniex attivita ekonomika ohra li zommu hawn. Fl-avjazzjoni minn Lm76 miljun inzommu biss 33.6% bhala valur mizjud; mill- infieq tat-turisti fuq l-ikel u x-xorb, ghaliex bis-sahha tal-biedja u sajd taghna u biss sahha li f’dan il-qasam hawn hafna xoghol ta hafna self employed, u hafna haddiema fir-restoranti, bars u catering establishments, il-valur mizjud li jibqalna f’pajjizna hu ta 55.5%. Mit-turizmu wkoll, mill-infieq tat-turisti fil-hwienet jibqalna valur mizjud ta 30%. Bejn postijiet tad-divertiment u hwienet Malta iddahhal Lm 51 miljun, li kif ghidt izda hafna minn dan jerga johrog il-barra. Mill-handling u mid-divertiment Malta idahhal Lm25.8 miljuni u jirnexxiela izzomm 58% minnu bhala valur mizjud.

Meta tghodd dawn il-figuri kollha nsibu li mit-turizmu, skond l-ahhar cifri ghal-2005, Malta iddahhal Lm320 miljun izda jirnexxielna nzzommu biss Lm152.1 miljun. Jigifieri dak li jibqa f’Malta mit-turizmu, jekk dan tiehdu bhala proporzjoni tal-Prodott Gross Nazzjonali, li fl-2005 kien Lm1941 miljun, insibu li l-kontribuzzjoni tat-turizmu fil-GDP taghna hu ta 7.83%. Il-Prof. Birgulio l-ewwel qal li l-kejl tieghu juri 13.5%, izda gimgha wara tilef Lm20 miljun u gabghhom 12.5%. Skond il-Prof Joe Falzon izda il-figura korretta hi 7.8%. Id-differenza hi li l-Prof. Falzon hadem fuq l-valur mizjud ekonomiku filwaqt li l-Prof. Brigulio ha il-gross u naqqas l-importazzjoni. Jien nghid li l-valur mizjud hu aktar relevanti u c-cifra ta’ 7.8% hi aktar relevanti. Mhux tajba, anzi, hazina hafna, imma hi aktar reali.

X’ifisser dan kollu? Dan ifisser li fil-qasam li l-aktar li Malta ghandha vantagg ekonomiku b’paragun ma oqsma ohra fl-ekonomija taghna u bhala vantagg komparattiv ma pajjizi ohra., Malta kuntrarju ghal li jghid min ic-cifri juzhom qieshom gugarell, Malta waqghet lura bil- kbir. Ghaxar snin ilu l-kontribuzzjoni tat-turizmu fl-ekonomija taghna kienet aktar min 10%. Biex illum nilhqu il-livell li kellna fl-1995 irridu 360,000 turist iehor mill-anqas u rridu nzommu bejn wiehed u iehor l-istess rata ta nfieq ras ghal ras ta kull turist.

Jew inkella irridu ninkoragixxu aktar attivita ekonomika f’pajjizna li tghollilna l-valur mizjud ta kull lira li t-turizmu jkollu f’Malta. Nistudjaw jigifieri kif inqallghu lira lil Maltin aktar u ma nhalluhiex tohrog tigri l-barra. Mhux “import – substitution” u sikkaturi, biex ma niftehmux hazin, izda nkoraggiment u ffukar ta’ policies.

Issa biex naghmlu hekk il-Gvern irid ikun hafna aktar intelligenti u jrid jibda jisma aktar minn nies bhalna. Mhux li taqbad ic-cifri, izda li taghsarhom u tippjana kif tkattar il-gid li kapaci nohorgu minn dak li diga ghandna.

Per ezempju dwar il-low cost airlines, jien ma nistax nifhem ghaliex l-Gvern ma sfurzax aktar biex Ryanair jaghmlu dak li pproponew li jaghmlu. Ryanair kienu pproponew li jirregistraw l-ajruplani taghhom f’Malta, jaghmlu bazi ghalihom f’Malta, jzommu regolarment bbazati f’Malta sitt ajruplani, jirregistraw il-“gaming” li riedu jintroducu fuq l-ajruplani kollha taghhom f’Malta u mill-profitti taghhom f’Malta jiffinanzjaw il-bini ta’ terminal iehor fl-ajruport biex jintuza ghall-low cost airlines. Dan kollu kien ifisser boost enormi ghall- valur mizjud li it-turizmu jhalli f’Malta. B’liema logika dan hadd ma rah minn naha tal-Gvern u lil tar-Ryanair hlejnilhom sena u nofs jien ma nifhimhiex.

B’ mod ingenerali izda jekk ninkoraggixxu l-lokal, il-propozzjon tal-valur mizjud ekonomiku li jibqalna f’Malta jista’ joghla. Izda rridu niffukaw fuq dan ghax xejn ma jsir wahdu.

Issa semmejt it-turizmu fid-dettal biex insemmi settur. Izda hemm hafna attivita’ ekonomika ohra li l-Gvern jista’ jinkoragixxi lis-settur privat Malti jghamel biex il-valur mizjud ekonomiku li jibqa f’Malta mill- oqsma kollha jizdied. Niddubita izda hemmx xi hadd fil-Gvern kollu li ghandu Pjan ghal dan.

Ma semmejtx imbghad problema ohra. Dik li il-haddiem Malti maghtul dawn l-ahhar sentejn ha zidiet fil-pagi li ma jkopprux l-valur mizjud li l-haddiema ras m’bras ikkontribwew ghall-ekonomija Maltija. Dwar dan nikteb darb ohra. Nghid biss illum, li jekk mhux ser nahdmu bis-serjeta biex nghollu l-valur mizjud li jibqalna f’Malta, settur b’settur, ser ikollna problemi aktar serji. Ghax x’jiswa li neqirdu pajjizna b’aktar bini, aktar spregju u aktar ghawg, biex imbghad f’pajjizna jibqalna dejjem anqas. Zgur li mhux ghalhekk dhalna fl-Unjoni Ewropeja.
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent