logo

Atlas Banner

Rapport Amministrattiv 2004
Vincent Farrugia – Direttur Generali



1. Ftuh

L-2004 kienet sena specjali. Bdejna b’analizi dettaljata tal-programm tal-gvern biex iwettaq il-pakkett kollu miftiehem mall-Unjoni Ewropeja qabel l-appuntament importanti tal-1 ta’ Mejju 2004. Dan l-avveniment mhux biss kien ta’ importanza assoluta ghall-pajjizna izda kien, u ser jibqa’, jghodd hafna ghall-imsiehba kollha taghna. Mhux biss ghax Malta issa hadet linja rriversibbli li jeja bilfors trid tiggerja l-ekonomija taghha, izda ghalina ta’ importanza kbira minhabba l-impatt tad-dhul ta’ hafna direttivi u regolamenti godda u l-ftuh berah tas-suq taghna u l-liberalizazzjoni kompleta tal-kummerc. Dan barra l-importanza kbira u mghaggla li Malta tfittex issolvi l-problemi ekonomici li qed ixekkluha milli tkun kompetittiva bizzejjed biex tkun f’pozizzjoni tajba biex tahtaf l-opportunitajiet li s-suq enormi ewropew joffri lill-pajjiz ckejken bhal Malta.

2. Preparattiva

Il-GRTU fl-ewwel stadju riedet tara kif kienu ser jitnehhew l-levies, kif kienet ser issir ir-riforma fid-dwana u tghasses ghal xi manuvri li setghu jsiru biex jostakolaw il-kummerc bl-iskuza tal-protezzjoni lill-prodott Malti l-aktar dak agrikolu. Il-GRTU fil-fatt illum kburiha li wahidha ghamlet sforz kbir biex ma thalliex lil min bl-iskuza ta’ protezzjoni lil xi settur Malti jivvinta xi rigididajiet godda. Shaqna fuq li shaqna li filwaqt li nissapportjaw kull ghajnuna lil prodott u lil lavur Malti ghax hekk hu xieraq u jaqbel biex l-valur mizjud ekonomiku Malti jinzamm gholi, izda ma konniex ser naccettaw l-ebda mposizzjoni taht l-ebda skuza. Kellna diskussjonijiet kontinwi mall-kapijiet tad-Dwana, tal-Free Port, tal-Ministeru tal-Affarijiet Rurali (Biedja) u mall-Ministeru responsabbli mill-Kummerc u zgurajna li ma jkunx hemm loghob burokratiku. Uzajna sewwa l-kuntatti taghna fil-EuroCommerce biex rajna li Malta timxi verament mar-regoli Ewropej. Dak li qed isir minna f’dan il-qasam hu ezempju haj tax-xoghol il-gdid tal-GRTU. Ghalhekk hu mportanti li nkunu armati mhux biss biex f’Malta nghassu u nikkontribwixxu biex dak li jinbena u jithaddem isir bis-sens u verament b’rispett lejn il-mudell ta’ kompetizzjoni kif imhaddem fl-Unjoni Ewropeja, izda wkoll b’kuntatti tajbin fi Brussels biex, flimkien ma ghaqdiet bhalna li jirraprezentaw lill-SME’s u lis-settur kummercjali, l-ewwelnett naraw li l-Kummissjoni Ewropeja ma timponiex aktar regolamenti zejda fuq l-intraprizi z-zghar u wkoll biex l-GRTU tkun assistita kull meta tkun tinhtieg b’pariri dwar kif ghandha tisgura li dak li jsir f’Malta jkun konformi ma dak li hu approvat mill-Kummissjoni Ewropea.

3. Rapprezentanza

Il-lum il-GRTU hi membru shih tal-EuroCommerce li hi l-aktar organizazzjoni influenti fi Brussels li tirrapprezenta lis-settur tal-wholesale, retail u trading u l-GRTU hi membru tal-Kumitati l-aktar influenti ta’ din l-organizzzjoni. Il-GRTU hi wkoll membru shih tal UEAPME li tirraprezenta l-organizzjonijiet nazzjonali fl-istati membri li jitkellmu f’isem l-SMEs u l-intraprizi tal-crafts. Fil-UEAPME il-GRTU ghanda nfluenza kbira u diga hadmet ma msiehba ohra Ewropej fuq progetti f’isem l-SMEs tal-pajjizi membri. Il-GRTU hi wkoll membru tal-CONFIAD - Pan European Network li tigbor fiha lil Agenti tad-Dwana operaturi ohra li jhaddmu negozji marbuta mall-operat tal-moviment tal-kummerc bejn il-pajjizi msiehba fl-Unjoni Ewropeja. Id-Direttur General tal-GRTU hu wiehed mill-Vici-Presidenti ta’ din l-organizazzjoni Ewropeja u s-Sur Paul Abela Membru tal-Kunsill hu membru tal- Board Ezekuttiv. fi Brussels wkoll illum ghandna rapprezentanza qawwija fil-European Economic and Social Council fejn Ms Sylvia Sciberras membru tal-Kunsill tal-GRTU hi wahda miz-zewg rapprezentanti Maltin li jirraprezentaw lis-sidien tal-intraprizi Maltin. Hi mhux biss membru tal Assemblea Plenarja tal EESC izda wkoll membru ta’ tlieta mill-hames kumitati mportanti tal-EESC.



4. Taxxi Godda

Wara l-1 ta’ Mejju 2004 l’rwol l-gdid tal-GRTU beda jithaddem hekk kif l-gvern beda b’ghagla jimponi ligijiet godda biex, kif qal, ikunu konformi mall-Unjoni Ewropea. Il-Ligi li l-aktar holqot inkwiet kienet l-Eco Tax. Mhux biss din kienet ligi mposta bl-ghagla u mahduma hazin izda ddahhlet f’sena fejn l-konsumatur kien diga tghabba b’piz kbir zejjed wara z-zieda tal-VAT minn rata ta’ 15% ghall-rata ta’ 18% u dhul tal-VAT fuq lista gdida ta’ prodotti. Il-GRTU ghamlet glieda iebsa biex zgurat li l-Eco Tax ma tkunx imposta fuq prodotti li kienu diga fis-suq qabel id-dhul. Ghall-GRTU dan hu principju fundamentali ghaliex qatt m’hu accettabbli li taxxa gdida tidhol ukoll fuq prodotti fis-suq.

L-Eco Tax hi ta’ nkwiet partikulari ghaliex tinvolvi principji godda: fuq il-karta jidher skop tajjeb, izda fit-thaddiem hemm inkwiet serju ghal kull min hu fin-negozju dan ghaliex il-bniedem tan-negozju m’hux espert fir-reciklagg u fil-gbir tal-iskart u meta l-flus qed jingabru centralment wiehed kien jistenna li min qed jigbor l-flus jerfa aktar u mhux jippretendi li jghabbi fuq haddiehor.Ghall-GRTU din hi ligi sfaccata li qed tinqeda bl-ambjent biex tigbor miljuni ta’ liri minn fuq il-kunsumatur b’dannu kbir ghall-kummerc u b’pizijiet u responsabbiltajiet mghobbija fuq is-sidien tan-negozji.

Iz-zieda fil-VAT kienet daqqa kerha hafna lill-kummerc f’sena meta l-ekonomija mhiex tikber. Il-GRTU wahedha kienet ilha tghid li Malta waqghet f’cirku ikrah ta’ no growth u bit-tnaqqis reali fir-rata ta’ tkattir ekonomiku u ta’ dan qlajna hafna kritika ngusta. Il-verita hi li l-pajjiz mhux jikber m’hawnx qliegh bizzejjed ghal kulhadd u z-zieda fil-VAT u dhul tal-Eco Tax komplew gharqu l-biegha. Dan barra l-hafna pizijiet ohra li qed jiddahhlu bla pjan u bla kontroll. Dan kollu qed jokkupa u jippreokkupa lil GRTU hafna ghax jidher car li l-gvern dejjem lest biex jisma lil burokratici ta’ madwaru u mhux jisma bizzejjed lil msiehba socjali li jirraprezentaw lill-intrprizi zghar Maltin.




5. Kunsultazzjoni

Dan kollu jweggana ghaliex illum l-GRTU ghandha l-post li jixirqilha fuq l-Bordijiet u Awtoritajiet kollha fejn is-settur privat hu rikjest li jippartecipa. Jigifieri konsultazzjoni hemm. Ahna kuntenti b’din il-fiducja li l-awtoritajiet qed juru fil- GRTU u qatt qabel il-GRTU ma kellha daqshekk say f’daqshekk Bordijiet importanti. Ir-rapprezentanti taghna qed jinvestu sieghat u granet shah f’laqghat ta’ konsultazzjoni u l-GRTU qed tinvesti hafna f’ezercizzji ta’ studji u nfieq f’surveys u f’pariri professjonali biex inkunu ppreparati sewwa ghal kull fejn is-sehem taghna, f’isem is-setturi rapprezentati minnha, hu rikjest u mehtieg. Jidher izda li dan ix-xoghol qed ikun stmat fqir wisq mill-gvern u mill-awtoritajiet. Jidher li fis-sistema mhaddma f’pajjizna l-kuncett ta’ partecipazzjoni u kunsultazzjoni mall-imsiehba socjali ghadu mhux dak li hu pprattikat fl-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni Ewropea. F’Malta ghad hawn minn jahseb li ghax fil-gvern mela l-importanti biss li jisma u mhux li jwettaq b’kunsens u bi ftehiem. Nifhmu li ghadna bidu u kullhadd irid jitghallem aktar izda z-zmien hu kontrina u kull twettieq bla kunsens qed jitfana lura

Irridu nahdmu hafna aktar biex l-gvern u l-awtoritajiet ikunu aktar enterprise driven u mhux regulation driven. Din is-sena aktar mis-snin ta’ qabel il-GRTU f’kull okkazjoni ghamlet sforz kbir biex tenfasizza dan il-messagg. Hu importanti hafna ghalina dan ghax inkella qed naghsqu fl-ilma. Illum il-President u l-Ufficcjali u b’mod partikulari u eccezzjonali d-Direttur Generali, huwa impenjat f’hafna u hafna laqghat. Dan isir b’sagrificcju kbir kemm ghall-persuni, l-aktar l-Ufficjali li huma kollha voluntieri u kull siegha li jaghtu jehduha minn fuq n-negozzju taghhom, izda wkoll ghall-organizazzjoni tal-GRTU innifisha. Dan ghaliex aktar ma ninvestu f’dawn l-attivitajiet anqas jifdal hin ghall-attivitajiet l-ohra tant importanti ghall-GRTU: attenzjoni ghall-kazijiet individwali, laqghat tal-Kumitati tas-sezzjonijiet, laqghat fid-distretti u laqghat tal-gruppi.





6. Sezzjonijiet

Xorta wahda izda din is-sena kienet sena attiva hafna ghall-GRTU b’numru ta’ sezzjonijiet li zammew ritmu kontinwu ta’ laqghat u bit-twaqqif ta’ sezzjonijiet godda. Ir-ritmu sfortunatament izda baqa’ dejjem marbut mall-issues kurrenti u ftit huma dawk is-sections li jiltaqghu anke bla issues ghax jaraw li jkun jaqbel li jiltaqghu regolarment biex jghassu l-posizzjoni tas-settur taghhom, jlahhqu mall-ligijiet u regolamenti godda u biex jippjanaw strategija ghall-quddiem. Il-GRTU hawn trid tara kif tinstiga lill-membri jinvestu ftit aktar biex sezzjonijiet fejn jista’ jkun hemm is-sahha u hemm skop ghall-organizazzjoni aktar professjonali jkollhom segretarjat apposta mhallas mis-sezzjoni biex il-piz ma jaqax kollu fuq id-Direttur Generali li jrid jaghmilha ta’ Segretarju Generali tal-organizazzjoni kollha u Segretarju u ko-ordinatur ta’ kull Kumitat u kull sezzjoni filwaqt li jrid ikun amministrant u konsulent fuq l-oqsma kollha ewlenin li jolqtuna.

Din is-sena bdejna b’din is-sistema ta’ dicentralizazzjoni u rridu nkomplu aktar fis-sena li gejja. Xorta wahda izda jibqa li x-xoghol fis-sezzjonijiet irid aktar pacenzja u dedikazzjoni u jiddependi hafna mill-persuna jew persuni li jidhlu ghat-tregija tas-sezzjonijiet. Kull fejn ghandna tregija tajba fis-sezzjoni x-xoghol jimxi u r-rizultat jinhass. Irridu nissahhu hafna aktar f’dan il-qasam u irridu nissahhu wkoll fil-qasam tal-loklalitajiet.

7. Kwistjonijiet

Din is-sena l-Kunsill haseb biex iwaqqaf Kumitati ghall-numru ta’ divizjonijiet li jigbru flimkien numru ta’ sezzjonijiet b’interessi komuni jew vicini bhal ma huma ir-retailers, it-traders, is-services, u l-produtturi lokali. Izda ghal darb’ohra dawn il-kumitati ma hadmux. Bqajna li nahdmu l-aktar fejn hemm issues, fejn hemm krizi. Kellna hafna min dawn, x’uhud minnhom li jolqtu lill-hafna negozji bhal ma hi dik tar-regolamenti tat-tipjip fil-postijiet tan-negozju.

Fuq din il-kwistjoni sensittiva l-GRTU hadmet hafna u kkoperat bis-shih biex idahhlet sistema biex fejn fuq post tax-xoghol u f’postijiet fejn l-individwu jidhol ghax ma ghandux ghazla ohra ma jkunx hemm tipjip. Ikkollaborajna hafna ukoll biex fil-hwienet ma jkunx hemm tipjip. Stennejna lill-Ministru tas-Sahha jikkolabora maghna x’hin jigi biex jimponi fuq il-postijiet tad-divertiment.

Ahna konna ippreparati sewwa b’pariri ta’ nies teknici biex nisguraw li filwaqt li l-konsumatur li ma jpejjipx u ma jridx duhhan ta’ haddiehor meta jidhol f’restaurant, café, bar jew post iehor tad-divertiment fl-istess waqt nghozzu d-dritt tal-ghazla u wkoll noholqu xoghol gdid lil min jimporta u jisservizzja s-sistema tal-purifikazzjoni tal-arja. Kieku l-Gvern ried bis-serjeta’ jwettaq progett bis-sens u bla ma jghaffeg lil hafna negozji zghar seta hadem mill-qrib maghna kif offrejnielu ahna. Ahna ridna nahdmu biex l-maggoranza tiehu ambjent nadif mit-tipjip minghajr ma jbaghtu n-negozji fil-qasam tad-divertiment. Il-proposti taghna kienu mmirati biex noholqu xoghol gdid ghall-fornituri tal-apparat tad-tindif tal-arja u ghat-teknici tal-maintenance u naghtu ghazla lill-konsumatur bejn postijiet fejn it-tipjip jista’ jsir u ohrajn fejn it-tipjip ma jsirx jew isir biss taht kundizzjonijiet teknikament accettabbli. Izda l-Ministru tas-Sahha pprefera l-pariri tal-burokratici fil-Ministeru tieghu u fil-Malta Standards Authority u njora lill-GRTU li wahedha tirraprezenta lis-setturi kollha milquta. Ir-rizultat hu ikrah hafna.

Il-kwistjoni tat-tipjip laqtet l-aktar lil settur fejn l-GRTU hi organizzata sewwa. F’dan is-settur il-GRTU hadmet hafna fuq il-progett ta’ Paceville u fuq il-progett tal-Bajja ta’ San Gorg u l-President tas-Sezzjoni, Philip Fenech li jirraprezenta lis-settur fil-Malta Tourism Authority u hu nfluenti hafna bhala rapprezentant ta’ dan is-settur. Dan hu settur li jiddependi hafna mit-turizmu. Hu ghalhekk li l-GRTU personalment tirsisti fuq pulitika aktar aggressiva biex it-turizmu bejn Malta jikber u niehdu hsieb aktar il-prodott turistiku Malti.

8. Prioritajiet

Il-lum l-bicca l-kbira assoluta tas-setturi milquta qed isoffru telf kbir u huma wahdiet li rraportaw zieda fix-xoghol. Li qed idejjaq hafna lil GRTU hu li ghalkemm huma hafna l-problemi mportanti fil-pajjiz li lkoll irridu soluzzjoni – ambjent, sahha, toroq, lokalitajiet, dawl u ilma - izda il-gvern jidher li hu mitluf f’dawk li huma prijoritajiet. Qiesu ghadu mhux konvint li l-ekonomija l-ewwel: l-ewwel trid taqlaghha mbaghad tonfoqha. Il-gvern irid il-hin kollu jiehu min fuq min l-kapital iridu biex jinvesti, jahdem u jhaddem u jaqla u jqalla l-flus lil haddiehor bir-rizultat li kulhadd qed ikollu inqas u d-deficit tal-gvern flok jonqos jikber, id-dejn nazzjonali flok jonqos jghola u l-qaghad flok jinzel jitla.

Il-GRTU ghalhekk temmen li hu importanti ghas-settur taghna li ahna kontinwament insemmghu lehinna fuq il-kwistjonijiet kollha socjali u ekonomici biex kontinwament inficcu bilanc ta’ opinjonijiet f’pajjiz fejn lehen l-intrapriza u lehen in-negozji iz-zghar mhux b’sahhtu bizzejjed hdejn dak tal-ghaqdiet tal-haddiema u tal-politici. Irridu nkunu ahna li nisguraw li l-interesi tan-negozji iz-zghar ta’ pajjizna jkunu kontinwament fuq l-agenda tal-pajjiz. Jekk il-lum huma l-hafna li huma konxji taz-zghar ta’ pajjizna zgur li dan hu dovut ghall-pressjoni bla qies li taghmel il-GRTU fuq skala nazzjonali. Irridu nkunu ahna li nfakkru l-gvern x’inhuma l-prijoritajiet vera ekonomici tal-pajjiz. Haddiehor jahseb li l-gid jigi wahdu. Ghar min hekk jahseb li l-gid jigi b’aktar taxxi u regolamenti.

9. Pubblicita

Il-GRTU din s-sena wkoll zammet r-ritmu qawwi u prezenti fil-media kollha permezz ta’ kummenti, media releases, media conferences, events, artikli w intervisti kontinwi. Waqajna lura fil-pubblikazzjonijiet, r-Retailer u n-Newstring li s-sena l-ohra hargu regolari u din s-sena ma hargux. Esperimentajna bl-email u bdejna mpoggu aktar informazzjoni fuq l-website u nibghatu aktar emails ta’ nformazzjoni lill-firxa wiesgha ta’ negozji li huma email connected. Izda ghalkemm investejna biex kabbarna il-lista ta’ negozji bl-email, ghadna lura. Is-sistema mhiex organizzata sewwa u ghad m’ghandniex l-apparat adattat biex nofru servizz modern u efficjenti.

Din is-sena zammejna sewwa r-ritmu ta’ laqghat ghal hafna membri u wzajna diversi drabi s-sala Markiz Scicluna tat-Trade Fair. Ta’ dan nirringrazzjaw lill-Kunsill tal-Fiera ta’ Malta. Zammejna wkoll ir-ritmu ta’ konferenzi fuq temi partikulari fejn spjegajna sitwazzjonijiet partikulari bl-ghajnuna ta’ esperti fuq s-suggett. L-aktar importanti kienet il-Konferenza Nazzjonali li organizzajna bis-support tal-UEAPME
u tal-European Savings Bank Group fuq is-suggett Access to Finance for SME’s. Il-Kelliema distinti gew mill-European Commission, mill-UEAPME, mill-European Savings Bank Group flimkien mall-Bank of Valletta u l-MFSA u bil-partecipazzjoni distinta tal-Prim Ministru ta’ Malta Dr Lawrence Gonzi.

10. Progetti

Il-GRTU din is-sena wkoll hadet sehem attiv ferm fil-Malta Council for Economic & Social Development (MCESD) fejn konna minn ta’ quddiem nett bl-isforzi biex f’pajjizna naslu ghall-Patt Socjali miftiehem mall-imsiehba socjali kollha u fejn b’rabbta kuntratwali naslu biex npoggu l-ekonomija taghna fuq ritmu gdid ta’ tkattir ekonomiku. Hdimna hafna ukoll fuq is-sotto kumitati tal-MCESD dwar l-Kompetittivita, dwar ir-Riforma fis-Sistema tas-Sahha u dwar ir Riforma fis-Sistema tal-Welfare u tal-Penzjonijiet.

Hadna sehem wkoll fid-diskussjonijiet dwar it-twettiq tal-Consumer Credit Control Directive u dwar it-thaddiem f’Malta tas-Services Directive. Hdimna hafna wkoll fuq l-addottazzjoni ta’ numru ta’ direttivi li jolqtu lis-setturi rapprezentati minna. Hdimna hafna wkoll fuq ir-riforma ppjanata ghat-thaddim ta’ skema ta’ Pharmacy of Your Choce fit-tqassim tal-medicini b’xejn taht l-iskema nazzjonali tas-Sahha. Hdimna wkoll biex wasalna ghat-tibdiliet importanti fit-tmexxija tal-Freeport Gate tal-Freeport Terminal u fuq diversi skemi li jolqtu lis-setturi tal-kostruzzjoni u tas-servizzi.

11. Ringrazzjament

Difficli hafna li naghtu d-dettalji qasam b’qasam tax-xoghol kollu li wettaqna din is-sena. Ix-xoghol hu kbir u dejjem jizdied u zgur li nkun qed nonqos jekk ma nirringrazzjax lil dawk kollha li matul is-sena joffru l-ghajnuna taghhom f’rapprezentanza ta’ shabhom. Ghalkemm min ghandi spiss jisimghu kritika, izda nirringrazzja wkoll u min ta’ quddiem lil hafna kapijiet u ufficcjali f’hafna Dipartimenti u Awtoritajiet tal-istat li jghinuna kontinwament biex inwettqu x-xoghol li ma jieqaf qatt u li mieghu jrid ihabbat wiccu d-Direttur Generali tal-GRTU, Ufficjali u assistenti taghna fl-Ufficini tal-GRTU.

Fuq kollox nirringrazzja lill-President u l-Ufficcjali li dejjem insibhom disposti li joffru hafna mill-hin taghhom ghall-GRTU. Zgur fl-ahhar u mhux lanqas li irrid nirringrazzja lil istaff taghna, lill-Carmen Borg, Office Manager u lil Elizabeth Said, Membership Secretary li tant jirsistu s-sena kollha biex ikunu ta’ servizz ghall-membri taghna u li, aktar iva milli le, jahdmu bil-qalb taht pressjoni kontinwa.

Nirringrazzja lil Kunsilliera kollha u lil membri kollha tal-Kumitati Sessjonali tax-xoghol siewi li jghamlu.

Il-Kunsill Ezekuttiv ghas-Sena 2004

Wara l-Laqgha Generali 2003, il-Kunsill Ezekuttiv ghas-sena 2004 gie elett hekk (fil-bracket jidher in numru ta laqghat li kull kunsillier attenda minn total ta’ 17):

President Mr Charles J Busuttil (15/17)
Vici-President Anzjan Mr Joe Tabone (16/17)
Vici-President Mr Marion DeBono (15/17)
Segretarju Generali Onorarju Mr Philip Fenech (16/17)
Tezorier Onorarju Mr Patrick Cutajar (13/17)
Assistent Segretarju Onorarju Mrs Sylvia Sciberras (9/17) Tkun nieqsa ghax tkun Brussels fuq xoghol tal-GRTU

Assistent Tezorier Onorarju Mr Paul Abela (15/17)
President Gozo Division Mr Maurice Borg (12/17)
Membri Mr Peter Abela (7/17)
Mr Manuel Aquilina (4/17)
Mr Alfred Barthet (12/17)
Mr Anthony Camilleri (9/17)
Mr Sergio Camilleri (4/17)
Mr Carlo Cini (7/17)
Mr Vincent Farrugia (17/17)
Mr Hubert Agius (13/17)
Mr Marcel Mizzi (15/17)
Mr Joseph Zerafa (8/17)




Nirringrazzjokom


0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent