logo

Atlas Banner
Din hi s-sitt sena li qieghed nindirizza f’Laqgha Generali Annwali bhala President. Dawn kienu snin ta’ importanza kbira ghall-GRTU. Mhux biss rajna u ppartecipajna fl-akbar ezercizju ta’ bidla li qatt rat Malta mill-eghluq tal-bazi militari brittanika f’Malta izda wkoll rajna it-tibdil b’mod fundamentali u rriversibbli lejn ekonomija tas-suq.


Id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja hu pass li l-impatt shih tieghu ghad irridu narawh. Il-lum rajna impatt konsiderevoli izda dan l-impatt s’issa kien aktar negattiv milli posittiv. Li pajjiz zghir bhal taghna jintegra s-sistemi kollha tieghu ma dawk ta’ l-24 pajjiz iehor u flimkien jghamlu suq wiehed komuni u jhaddan sistema centrali f’diversi oqsma tirraprezenta sfidi enormi. Xi hadd darba qal li trid mill-anqas popolazzjoni ta’ 10 miljuni biex tgawdi sew mis-shubija fl-Unjoni Ewropeja dan ghaliex l-infieq amministrattiv ikun kbir per capita ghal pajjiz zghir u wkoll l-produzzjoni ma tkunx qawwija bizzejjed biex pajjiz jiehu l-vantaggi ekonomici ghall-massimu.

Dan kollu jfisser li x-xoghol taghna bhala pajjiz hu relattivent akbar ghax b’anqas nies u mezzi, irridu nlahhqu ma hafna. Jfisser wkoll li haddiehor ghandu l-lussu ta’ hafna nies kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat biex jippjana sewwa, jikkkunsulta b’mod effettiv u jgharbel l-alternattivi u jwaqqaf l-istituzzjonijiet bla ma jghabbi z-zejjed f’burokrazija u f’taxxi li relattivament huma pezanti . Ahna f’Malta l-piz qed insibuh relattivament gholi u l-process fih wisq skossi, nuqqas ta’ diskussjoni u xoghol impost bi ftit studji u bla ebda kejl tal-impatt ekonomiku. Dan qed ifisser li s-sidien tal-intraprizi llum huma mghaffga taht muntanja ta’ burokrazija, regolamenti, hlasijiet u mposizzjonijiet li qatt ma rajna bhalhom u daqshom. B’danakollu n-nies tal-kummerc mhux qed joghtru ghalkemm it-tgergir hu hafna, l-profitti sparixxew u l-entuzjazmu hu hafna u hafna anqas milli kien fil-bidu ta’ dan il-process ta’ bidla.

Ix-xoghol li wettaqna hu immens. M’ghandniex ghalfejn naghtu rendikont ta’ kemm l-laqgha u kemm il-proposta saret li tinvolvi lill-GRTU. Nghidu biss li hadna granet shah u sieghat twal biex niddiskutu direttament mall-Gvern u ma l-imsiehba socjali l-ohra biex possibilment l-bidla issir bl-inqas effett negattiv fuq is-sidien tan-negozji. Pero mhux facli u l-burokratici tal-gvern mhux kollha ghandhom l-kapacita mentali u l-esperjenzi li jwasslu biex dak li jridu jwettqu, jwettquh bi ftehim u bil-galbu. Hawn wisq min jahseb li jaf hafna. Hawn wisq min m’ghandux pacenzja ghall-konsultazzjoni. Hawn wisq min jghoxa jimponi ghax jahseb li r-regolamenti u l-multi jsolvu l-problema.

Il-GRTU ssostni li l-Gvern ghandu jiehu stokk tas-sitwazzjoni ghax mhux sewwa li minhabba li bejn ic-cokon taghna u bejn in-nuqqas ta’ hila ta’ certi nies fis-sistema burokratika lil pajjiz qed inkomplu aktar ngharquh. Il-problema tan-nuqqas ta’ tkattir ekonomiku hi serja u serja hafna u m’ahniex konvinti li l-gvern qed jiehu mizuri bizzejjed biex ifejjaq din l-problema akuta. Il-problema tal-budget deficit hi ukoll kbira u jekk l-gvern mhux ser isib irkabbtu tal-infieq pubbliku mhux ser naslu. Stinkajna biex nilhqu Patt Socjali halli dawn iz-zewg problemi kbar nirkbuhom. Izda ma wasalniex.

Huwa ghax l-gvern li ha pass wiehed, din tat-tnaqqis tal-festi pubblici, qam dan il-plejtu kollu meta kulhadd jaf li jekk ma nahdmux aktar m’hemmx cans li ser insiru aktar kompetittivi. Meta kulhadd jaf li f’Malta l-uniku risorsa importanti li ghandna huwa ix-xoghol u allura jekk irridu nkunu kompetittivi aktar fl-industrija ghall-esportazzjoni u fit-turizmu bilfors li rridu nipproducu aktar b’anqas spejjes li jfisser, iktar iva, milli le, anqas spejjes f’pagi, ma rnexxilniex nwettqu bi ftehim mizura wahda. Allura kif ser naslu biex niftehmu fuq mizuri ohrajn forsi aktar iebsin? U x’Patt Socjali jkun jekk flok ftehim fuq sagrificji biex lill-pajjizna mpogguh fit-triq it-tajba, niftehmu fuq l-intietef? Il-pajjiz mhux paroli fil-vojt u storbju fit-toroq irid izda fatti konkreti. Min hu bla xoghol jew ix-xoghol tieghu mhedded fatti li jcaqilqu lill-pajjiz l-quddiem irid mhux duhhan. Min hu geddumu fix-xghir facli jpacpac. Min jinvesti u jrid ihabbat wiccu mas-suq u jrid jaqlaghha biex ikun jista’ jhallas il-pagi u l-infieq iehor li dejjem jizdied, fatti jrid.

In-nies taghna xebghu mill-weghdiet u mill-kliem fil-vojt. Xebghu jisimghu priedki mill-politici u mit-trade unions. Issa bdejna wkoll bil-paroli kontra l-employers. X’ser nghamlu, ser nitfghu l-pajjiz lura flok il-quddiem? Iz-zaghzagh qed ituna risposta ghax qed jaqtghu qalbhom minn dan il-pajjiz u qed jemigraw lejn fejn hemm il-gid. X’ser inhallu jfendi f’Malta l-ispekulaturi tal-art biss; in-negozji li jhaddmu n-nies huma mdamdma bil-burokrazija u attitudni hazina ta’ certi burokratici u ta’ xi pulitici u dawn bir-ragun kollu qed jibzghu joholqu opportunitajiet godda ta’ xoghol.

Ahna fil-GRTU nghidu kif nifmuha. Nafu ta’ min hu t-tort tal-gway li qeghdin fih. Imma nafu wkoll li parti mill-htija hi taghna stess ghax il-businessman Malti jafda. Jafda fil-pulitici. Jafda fil-partiti. Jafda fil-holm. Isibha bi tqila biex ikun organizzat sewwa. Biex inzommu l-ghaqda taghna b’sahhitha irridu naqdfu u nistinkaw ghax ghad hawn sidien ta’ negozji li jahsbu li l-affarijiet isiru wahidhom. Li l-gvern u l-awtoritajiet wahedhom jaslu biex jifhmu x’inhu l-ahjar ghall-industrija u l-kummerc. Ghax jahsbu li la l-ohrajn ihallsu biex ikunu maghquda u jkollhom min jitkellem ghalihom allura huma jistghu jixxahhu u ma jkunu membri ta’ xejn.

Dejjem b’xi skuza biex joqghudu lura. Nafu bl-amment il-litanija ta’ skuzi li jsibu min jibza jdahhal idejh fil-but. Jekk nibqghu hekk ser imbaghtu aktar. Il-gvern wahdu mhux ser jasal. It-trade unions jahsbu li l-gid jigi mis-sema u s-sidien jahsbu li jistghu joqghodu cicci jgorru u ma jghamlu xejn.

L-appell tieghi hu wiehed. Ahna responsabbli lejn in-negozju taghna, lejn l-impjegati taghna, lejn il-klijenti taghna u lejn il-familji taghna. Ma nistghux inhallu lill-pajjizna sejjer ghan-nizla. Mhux il-Partiti Politici bil-paroli fil-vojt biex jigbdu warajhom l-akbar numru ta’ voti ser isolvu l-problemi ta’ pajjizna. Irridu nkunu ahna. Irridu din is-sena naghmlu risoluzzjoni qawwija bhala sidien tal-intraprizi li ma nibqghux aktar gwejda. Il-GRTU lesta biex tmexxi. Ahna ma nharsux lejn wicc hadd u ma naraw il-kulur pulitiku ta’ hadd. Mhiex kwistjoni ta’ President, Kunsillier jew ta’ Direttur Generali din. Tajbin kemm hemm tajbin dawn in-nies wahedhom ma jaghmlu xejn. Is-sahha tal-mexxejja tal-GRTU hi s-sahha li jtuhom is-sidien tal-intraprizi Maltin. Minghajr din is-sahha ftiti li xejn jista’ jsir aktar milli qed isir. Biex infejqu lil pajjiz irridu nkunu b’sahhitna.

Wasslu l-messagg tieghi lin-negozji kollha li tafu. Ejjew fl-2005 nahdmu aktar u nissahhu aktar. Jien kburi bix-xoghol li tajt fil-GRTU fis-snin li ili President u jiddispjacini li ma ghamiltx aktar. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li hadmu mieghi fil-GRTU u lil dawk fl-awtoritajiet li ghenuna. Izda issa irridu nwettqu aktar. Jien nawgura li wara l-elezzjoni tal-lum u ta’ ghada jkollna Kunsill Ezekuttiv aktar b’sahhtu u mimli energija biex jilqa’ l-isfidi kbar li ghandu quddiemu. Biex nfejqu lil pajjizna u nkunu f’posizzjoni li x-xoghol kbir li qed nghamlu biex nintegraw is-sistema ta’ pajjizna ma tal-kumplament tal-Unjoni Ewropeja irridu nwettqu hafna u hafna xoghol.

Il-gvern irid jifhimna aktar. Ma jistax ikun li nibqghu naraw mill-Ministri praspar bhal din taz-17% Surcharge fuq Elettriku u l-Eco Taxation. Irridu nahsbu bil-galbu. Izda biex nwasslu lil haddiehor biex flimkien maghna nikkonvincu lill-awtoritajiet li kif inhuma mexjin hsara qed jaghmlu lin-negozju u mhux gid, irridu nkunu b’sahhhitna aktar. Is-sahha li ghandna illum qed insarrfuha sew, izda mhux nbizzejjed ghax il-gvern qed jibqa’ ghaddej f’cirkustanzi fejn ghandu jieqaf ghax hu zbaljat u miexi fuq pariri hziena ta’ n ies li qatt ma investew xejn u qatt ma ipproducew xejn.

Ghalhekk illum dan hu l-messagg tieghi “bis-sahha taghna nsewwu l-pajjizna. Pajjiz b’sahhtu negozju b’sahhtu. Fejn in-negozju hu b’sahhtu ix-xoghol ma jonqosx u l-ekonomija tikber u jikber il-pajjiz kollu. Jekk flok tfixkil insibu ghajnuna ahna nahdmu aktar u maghna jahdmu l-ohrajn. In-negozjant Malti min jaghmillu kuragg irid ghax xebgha bil-qtugh tan-nifs. Jalla s-sena li gejja tkun l-ahhar sena ta’ qrusa u tkun s-sena li nibdew bi dritt ingawdu mill-gid li lkoll ghadna nittamaw li hu taghna bhala msiehba fl-Unjoni Ewropeja.

Nawgura lilkom u lil familji taghkom sena ta’ risq u barka.









0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent