logo

Atlas Banner

Il-GRTU din il-gimgha ffirmat zewg ftehiem li jizguraw li zewg servizzi mportanti fil-kommunita, dak tad-distribuzzjoni tal-gas bieb, bieb u l-iehor tal-gbir ta' skart bieb, bieb jkunu msahha billi l-kumpens li jiehdu l-operaturi jkun adekwat ghaz-zminijiet tal-lum

Il-ftehiem tad-distributuri tal-Gas bejn l-GRTU u l-Enemalta jghati lid-distributuri z-zieda fil-hlas dovut lilhom li tikkorrispondi maz-zieda fl-ispejjez ta' dawn is-self employed  biex joffru s-servizz taghhom bi qliegh. Din iz-zieda mhux ser taffettwa l-konsumaturi b'xi zieda fil-prezz tac-cilindri.

It-tieni ftehiem sar bejn l-GRTU u l-Ministru tal-Finanzi. B'dan l-ftehiem l-waste carriers li jhaddmu s-servizz ta' gbir ta' skart bieb, bieb ser jkunu kkompensati ghaz-zidiet fl-ispejjez taghhom biex huma jkunu f'pozizzjoni li jiffaccjaw ahjar x-xoghol il-gdid li ser jirrizulta hekk kif tibda tahdem l-iskema ta' gbir ta' skart separat.

Il-GRTU qed tikkopera bis-shieh u b'mod effettiv mal-awtoritajiet biex tizgura li l-waste carriers, l-importaturi, id-distributuri u l-hwienet u s-servizzi jkunu f'pozizzjoni ahjar biex ikun zgurat li Malta tilqa' l-obbligi mposti mill-waste management framework miftiehem fuq livell ewropew.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent