logo

Atlas Banner

Il-GRTU – Malta Chamber of SME’S tqies z-zieda ta’ erba u tletin prodott iehor fil-lista ta’ prodotti li fuqhom qed tigi mposta l-Eco Tax bhala affront gdid u serju lil konsumaturi Maltin fi zmien meta jidher bic-car li d-domanda totali ghall-prodotti u servizzi fil-pajjiz ghada baxxa hafna.

Il-GRTU – Malta Chamber of SME’S tqies z-zieda ta’ erba u tletin prodott iehor fil-lista ta’ prodotti li fuqhom qed tigi mposta l-Eco Tax bhala affront gdid u serju lil konsumaturi Maltin fi zmien meta jidher bic-car li d-domanda totali ghall-prodotti u servizzi fil-pajjiz ghada baxxa hafna.

Il-GRTU ma temminx li din l-imposizzjoni bl-addocc ser taghmel xi differenza mmedjata u kbira fuq l-ambjent u li l-iskop ta’ din z-zieda qawwija fit-taxxi mhux ghajr mezz iehor ta’ aktar gbir ta’ flus minn fuq l-konsumaturi bis-sidien tan-negozji jghamluha ghal darb’ohra bhala gabbara tat-taxxi f’isem l-gvern.

Il-lum s-sidien tan-negozji u l-accountants imhallsa minnhom saru qieshom impjegati tal-gvern bla hlas jigbru t-taxxi, jimlew l-formoli u mall-icken zball jehlu multi fuq multi.

Dawn it-taxxi qed ikunu mposti fl-istess jum li rega ghola d-diesel. Iz-zidiet tad-diesel f’sena issa lahqu 30%. Dawn iz-zidiet qed igorruhom l-aktar, l-bicca l-kbira tal-impredituri u s-self employed zghar u kbar li ghalihom id-diesel hu element importanti.

Il-GRTU tqies li l-gvern qed juri nsensittivita assoluta lejn proprjetarji tan-negozji z-zghar u s-self employed. Dan fi zmien meta l-istrategija urgenti kellha tkun dik ta’ kif fl-iqsar zmien inqajjmu l-ekonomija mill-istat hazin li qeghda fih.

Il-Gvern irid jiddeciedi: jew jemmen li l-intraprizi z-zghar huma l-mutur tal-ekonomija tal-pajjiz u bis-serjeta jghinhom, jew nkella jammetti li ghalih l-SME’s mhux importanti, l-aqwa li jzomm l-burokratici ta’ madwaru kuntenti.

Il-Gvern qed ikun dejjem aktar influwenzat minn buroklratici li qatt ma pproducew xejn f’ghomorhom u dejjem anqas mill-entrepreneurs li jipproducu, jinvestu u jhaddmu lin-nies.

Il-GRTU issostni li jekk il-gvern ser jibqa’ ddominat b’din l-mentalita’ burokratista l-ekonomija ta’ Malta tibqa fl-istat hazin li hi u jkun inutli s-sagrificcju tal-hafna li lesti li jahdmu aktar u jinvestu aktar biex lil pajjizna jpogguh fit-triq it-tajba.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent