logo

Atlas Banner
ï‚· Dalghodu, l-Hadd 11 ta’ Jannar 2004, il-GRTU qed izzomm il-Hamsa u Hamsin Laqgha Generali Annwali.


ï‚· Kopja tad-diskors tal-President Charles J Busuttil u kopja tar-Rapport Amministrattiv ipprezentat mid-Direttur Generali, Vincent Farrugia, qed nghadduhomlok bl-email.

ï‚· Qed nghaddulkom bl-email ukoll kopja tal-mozzjonijiet imressqa mill-Kunsill Ezekuttiv ghall approvazzjoni tal-Laqgha Generali Annwali.

ï‚· Illum ukoll tibda l-elezzjoni ghall-Kunsill Ezekuttiv ghas-sena 2004. L-elezzjoni tibda illum 11 ta’ Jannar u tkompli ghada t-Tnejn 12 ta’ Jannar 2004 u ntitolati jivvutaw il-membri kollha mhallsa sal-ahhar ta’ Dicembru 2003.

Bidla fl-isem tal-GRTU

Il-mozzjonijiet aktar importanti mressqa ghall-approvazzjoni tal-Laqgha Generali huma tnejn wahda:

1. B’effett mill-lum il-GRTU ser tkun maghrufa ukoll hekk:

GRTU: Malta Chamber of Small and Medium Enterprise
GRTU: Kamra tan-Negozji Zghar u Medji ta’ Malta

Il-GRTU tibqa’ tkun maghrufa ukoll bhala General Retailers and Traders Union / Association of General Retailers and Traders.

L-isem il-gdid qed ikun addottat b’rikonoxximent tal-rwol dejjem jikber tal-GRTU bhala l-organizazzjoni nazzjonali li tirraprezenta lis-self employed, w in-negozji zghar u medji minn kull settur tal-intrapriza Maltija. L-isem il-gdid ukoll jidentifika ahjar lill-GRTU fuq sfera Ewropeja fejn il-GRTU illum hi membru attiv tal-UEAPME – l-Organizazzjoni Ewropeja li tirraprezenta l-organizazzjonijiet nazzjonali fl-Istati membri tal-UE li jirraprezentaw l-Inptrapriza Zghira u Medja u li hi rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropeja bhala is-social partner ewlieni li jirraprenzenta lil dawk li jahdmu ghal rashom u lin-negozji zghar u medji.

Il-GRTU qed izzomm l-isem tradizzjonali taghha ukoll, l-ewwelnett ghaliex il-GRTU kienet u tibqa’ r-rapprezentanta nazzjonali Maltija tas-self-employed u negozji mis-setturi tar-retailing, wholesaling u trading u provvedimenti ta’ servizzi.

Ukoll ghaliex f’dan l-irwol il-GRTU hi membru attiv fuq livell Ewropew tal-EUROCOMMERCE – l-Organizazzjoni fuq livell tal-Unjoni Ewropeja li tirraprezenta lis-sidien tan-negozji fil-qasam tat-trading. wholesaling u retailing.

Il-GRTU ukoll tibqa’ registrata bhala Employers’ Association li tirraprenzenta lis-self employed u lin-negozji zghar u medji ta’ pajjizna.

F’dawn it-tlett sferi l-GRTU hi rikonoxxuta wkoll mill-Kummissjoni Ewropea bhala Employers Association u Traders Association nazzjonali li tirraprezenta f’Malta l-interess tan-negozji fl-oqsma li ghalihom tidher l-GRTU.

2. Bidla importanti hi l-approvazzjoni biex il-GRTU tkun tista’ tiftah rapprezentanza fl-Unjoni Ewropeja, waheda jew b’assocjazzjoni ma’ Korpi Kostitwiti ohra Maltin.

Kopja tad-dokumentazzjoni pprezentata fil-Laqgha Generali Annwali 2003 hi wkoll disponibbli mill-GRTU.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent