logo

Atlas Banner
Il-kriterji li l-GRTU uzat biex tivvaluta dak li hu propost fil-White Paper huma dawn:

ï‚· Kemm ser titnaqqas l-burokrazija
ï‚· Kemm ser ikun aktar cost-effective s-servizz
ï‚· Kemm ser ikun aktar apert ghall-konsultazzjoni u consensus ma l-imsiehba socjali
ï‚· Kemm ser ikun strument ta’ aktar zvilupp ekonomiku u
ï‚· Instigatur ta’ aktar rabbta (cohesion) socjali


1. Dwar l-ewwel kriterju ma nemmnux li l-White Paper qed tindika direzzjoni cara li dan ser jissuccedi. Ghalkemm qed tissahhah l-istruttura tal-process ta’ tehid ta’ decizjonijiet, mhux qed jithaffef ix-xoghol u l-istruttura ser tibqa top heavy. M’hemm l-ebda indikazzjoni li ser jkun imsahhah l-entrepreneurial spirit li jwassal lejn decizjonijiet prattici aktar milli burokratici.

2. M’hemm l-ebda ndikazzjoni li l-cost effectiveness ser ikun kriterju importanti. Il-White Paper inkitbet minn burokratici ghall-burokratici. Qisu min fassal il-White Paper ma ta l-ebda kaz tal-problema akuta ta’ finanzjament lis-settur pubbliku. Il-White Paper mhix tirrikonoxxi l-ftehim ma l-imsiehba socjali fi hdan l-MCESD li l-kontijiet pubblici ewlenin ser jibdew jithaddmu bil-partecipazzjoni diretti tan-nominazzjonijiet tal-istess MCESD biex tinholoq forma gdida ta’ accountability fejn tidhol in-nefqa pubblika imhaddma mis-servizz pubbliku.

3. Il-White Paper timmira b’mod realistiku lejn aktar trasparenza, izda dejjem fuq il-principju ta’ “ahna gewwa” u “intom barra”. Jidher li ghadna lura biex nifhmu li fl-Unjoni Ewropea li dehlin fiha kwazi xejn ma jsir bla konsultazzjoni f’kull stadju mal-imsiehba socjali rikonoxxuti, settur b’settur, livell bl-livell, sa mad-dokument ikun fl-ahhar approvat. Is-servizz pubbliku qisu ghadu ma rrikonoxxiex illi hadd f’pajjizna,inkluzi dawk maghzula biex imexxu s-servizz pubbliku, m’ghandhom monopulju fuq l-abilita’, l-inteligenza u l-kriterji ta’ x’inhu l-ahjar li jsir biex pajjizna jimxi ‘lquddiem skond l-ghanijiet miftehma.

4. Is-servizz pubbliku fih innifsu ma jzidx il-gid nazzjonali hlief bhala kontribuzzjoni ghall-prodott gross nazzjonali f’dak li hu infieq fuq pagi, materjali u servizzi. Il-hlas ghas-servizz pubbliku jigi mis-settur produttiv li jrid jaghmel tajjeb ghas-servizz pubbliku, hu x’inhu il-kontribuzzjoni ekonomika li s-servizz pubbliku jaghti ghat-tkattir tal-entrepreneurship u lejn t-tkattir tal-investiment dirett, u lejn it-tkattir tax-xoghol produttiv u l-holqien ta’ opportunitajiet godda ekonomici. Ma qed ikun propost l-ebda kejl li bih is-servizz pubbliku jkun jista’ jitkejjel skond kriterji ekonomici. It-tkattir tal-gid ekonomiku jibqa, finalment, l-bazi l-aktar importanti ghaz-zieda fil-kwalita’ tal-hajja tal-Maltin u s-success tas-servizz pubbliku jrid bilfors jitkejjel skond kemm qed imexxi biex dawn il-kriterji jirnexxu.

5. F’pajjiz zghir bhal Malta l-koezjoni socjali ghandha valur kbir ghax mhux bizzejjed li nikbru ekonomikament izda importanti li nzommu l-ghaqda socjali f’ritmu ta’ zvilupp ekonomiku kontinwu. Il-koezjoni socjali hija fiha innifisha kriterju importanti biex l-ekonomija tkun success. Hu ghalhekk li l-GRTU temmen li se-servizz pubbliku ghandu jkollu dan il-kriterju ukoll bhala kejl tas-success tieghu. Dan hu kejl iehor li ma jidhirx fil-White Paper.

Il-GRTU, bhala rapprezentanta tal-akbar firxa ta’ sidien ta’ negozji zghar f’pajjizna, tqis li dawn il-kriterji huma mportanti hafna ghaliex ghall-imprenditur iz-zghir mhux bizzejjed li jkun hemm servizz pubbliku izda importanti li l-piz finanzjarju tas-servizz ma jkunx sproporzjonat ghal dak li jiflah s-settur produttiv u li dak li jiddeciedi s-servizz Pubbliku jkun konsistentament imkejjel skond kriterji stabbiliti u miftehma u mmirat lejn it-tkattir tal-gid.

Il-GRTU temmen li l-ebda settur ma jinqata’ lura ghaliex mhux kkunsidrat kbir u ta’ importanza aktar u aktar fi zmien meta l-messagg diehel b’aktar forza li l-intrapriza z-zghira hija is-sinsla tal-ekonomiji ewropej. Il-GRTU trid servizz pubbliku li jkun accountable skond dawn il-kriterji u tidhol sistema effettiva li tizgura li min fis-servizz pubbliku ifalli ikun irid jaghti kont ta’ ghemilu.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent