logo

Atlas Banner
Il-biccerija, li nhar ta’ Tnejn issoltu tkun attiva hafna ghax ir-rahhala jtellghu l-baqar, l-erieh u l-ghoggiela ghall-qatla u jsir l-qtil u l-bejgh tal-laham tac-canga, il-lum it-Tnejn 26 ta’ Jannar 2004 il-biccerija kienet kwieta. Il-bicciera (slaughterers & distributors of local fresh beef) ma tellghux bhejjem ghall-qatla. Ir-raguni hi li l-bicciera, membri tal-GRTU, qed isibuha mpossibli li jixtru bhejjem minnghand ir-rahhala bil-prezzijiet li l-produtturi qed jimponu.


Skond il-ftehiem li ntlahaq f’Ottubru 2002 wara li kienet tnehhiet l-assistenza lill-bicciera mill-gvern, u din l-assistenza bdiet tinghata direttament lir-rahhala, l-produtturi kellhom jbieghu l-bhejjem ghal qatla skond prezzijiet miftehma. Dawn kienu prezzijiet li jwasslu c-canga friska ghand il-mara tad-dar bi prezzijiet li jhajru lill-konsumatur jippreferi c-canga lokali friska minn dik tal-friza mportata.

Il-GRTU illum issostni li r-rahhala ma zammewx ma dan il-ftehiem u qeghdin kontinwament jghollu l-prezzijiet. L-ahhar talba tar-rahhala hi meqjusa mill-bicciera bhala esagerata. Il-bicciera jsostnu li huma ma jistghux jghaddu din iz-zieda lill-hwienet tal-laham ghax il-hwienet ma jifilhux jghaddu din iz-zieda qawwija lill-konsumatur. Il-bicca l-kbira tal-konsumaturi tac-canga friska huma l-familji Maltin (95% of the market).

Il-GRTU qed taghmel kull sforz biex jibdew in-negozjati biex jintlahaq ftehiem qabel ma jasal il-jum tal-qatla li jmiss. Il-GRTU issostni li f’nuqqas ta’ ftehiem il-gvern u l-Kummissjoni Ewropeja ghandhom jirrikonsidraw s-sussidju li jaghti lir-rahhala. Dawn is-sussidji li llum jaghmel tajjeb ghalihom it-tax payer Malti, il-quddiem jibdew jinghataw mill-fondi li l-Unjoni Ewropeja tghaddi lil Malta. Dawn is-sussdiji huma mmirati biex il-prezzijiet tal-halib u tac-canga lokali ma joghlewx b’dannu ghal istess produtturi (minhabba il-kompetizzjoni minn barra) u fuq kollox biex il-konsumatur Malti ma jsofriex zidiet fil-prezzijiet.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent