logo

Atlas Banner
Il-KPH -Il-Koperattiva tal-Produtturi tal-Halib - il-bierah it-Tnejn 9 ta’ Frar 2004 tellghat ghall-qatla l-biccerija 65 bhima. Is-soltu nhar ta’ Tnejn jinqatlu bejn 90 u 110 bhejjem.

Il-GRTU, f’isem l-Bicciera li n-negozju normali taghom hu li jixtru l-bhejjem, jtellghuhom ghall-qatla u jaraw li c-canga titqatta skond d-domanda u jizguraw li l-laham tal-bhejjem maqtula jinbiegh kollu, ma intervjenietx bl-ebda mod. Il-membri tal-GRTU nfatti nghataw l-parir li ma jostakolawx l-lavranti taghhom milli jghinu biex ix-xoghol isir normali. Il-GRTU dan ghamlitu ghax temmen li meta l-KPH tidhol ghall-qatla direttament hi, l-membri tal-KPH jindunaw li ma jaghmilx sens ghar-rahhal li jkisser n-negozju tal-bicciera biex fl-ahhar mill-ahhar fil-but jibqghalu anqas flus minn dak li lest li jhallas l-biccier.


Il-kwistjoni bejn l-bicciera u r-rahhala nqalghet wara li l-gvern hames xhur qabel Malta tidhol fl-Unjoni Ewropeja, qabad u nehha l-assistenza li kien jaghti lill-bicciera biex dawn jixtru, jqattghu w jbieghu l-laham tac-canga kollu li r-rahhala jpoggu fuq is-suq.

Il-GRTU issostni li d-decizjoni tal-gvern hi zbaljata u l-Ministru George Pullicino naqas bil-kbir li waqt li ltaqa’ mar-rahhala ma kienx dispost jiltaqa’ mall-bicciera. Kien zbaljat ukoll li halla lill-KPH li filwaqt li tgawdi s-sussidji mhallsa mit-taxxi tal-Maltin tabbuza mill-pozizzjoni ta’ monopolju li ghandha u timponi prezzjiet li jkissru n-negozju tal-bicciera.

Il-KPH imponiet prezzijiet take it or leave it fuq il-bicciera ghax l-Ufficcju tal-Kummerc Gust baqa’ rieqed.

Xorta wahda l-GRTU temmen li ftehim jista’ jintlahaq ghaliex id-differenzi mhux kbar. Issa, li l-KPH taf li dak li qalet l-GRTU meta ipprezentat il-costings tal-bicciera lil Ministru tal-Affarijiet Rurali kien gust, ghandha tkun f’pozizzjoni li tuza s-sahha ta’ momopolju li ghandha illum biex toffri lil bicciera prezzijiet gusti li ghandhom jwasslu ghal ftehim.

Il-GRTU issostni li hu l-obligu tal-Ministru George Pullicino li jara li ftehim isir u li ma jhallhux lil min jabbuza mis-sussidji li jaghti l-Ministeru tieghu biex jitkissru negozji zghar li dejjem taw servizz genwin u professjonali kemm lir-rahhala kif ukoll lis-sidien tal-hwienet tal-laham.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent