logo

Atlas Banner
Telfa ta’ Mpjiegi
L-ahhar rapport ta’ l-ETC dwar in-numru ta’ haddiema disponibbli ghax-xoghol sa Awwissu li ghadda juri li l-labour supply naqset b’1,111 persuna fuq is-sena ta’ qabel, bit-total tal-forza tax-xoghol f’pajjizna tkun ta’ 145,080. In-numru ta’ persuni li ghandhom ix-xoghol naqsu b’1,467. In-nies jahdmu f’pajjizna ghalhekk ilahhqu 137,668 persuna.


In-numru ta’ nies registrati bhala self-employed komplew jonqsu minn 15,963 fl-1997, ghal 15,421 fis-sena 2000 u sa Awwissu 2002 nizlu ghal 15,322. Ix-xoghol fis-settur privat tal-produzzjoni kompla niezel bi 344 persuni ohra u t-total ta’ haddiema f’dan is-settur ilahhqu 38,143. Naqsu wkoll l-impjiegi full-time fis-settur tas-servizzi, fejn intilfu 201 impjieg. Is-settur tar-retailing u wholesaling kompla wkoll jitlef l-impjiegi. Bejn is-sena 2000 u s-sena 2001, dan is-settur kien diga naqqas 300 impjieg. Sa Awwissu ta’ din is-sena, dan is-settur kompla jitlef 135 impjieg iehor. Jintilfu wkoll 600 impjieg mid-dipartiment tal-gvern, 83 impjieg fis-settur bankarju u 100 impjieg iehor mill-kumpaniji u korporazzjonijiet tal-gvern.

Dan kollu wassal biex in-numru ta’ dawk li jirregistraw ghax-xoghol tela’ minn 6,529 f’Gunju 2001 ghal 7,412 f’Awwissu 2002. Dan kollu juri li lil hinn mill-kliem sabih u mid-duhhan li jhobbu jitfghu l-politici, is-sitwazzjoni mhix tajba. Ma jiswa xejn li niftahru kemm sejrin tajjeb hawn jew hemm, jekk nibqghu ma nsibux tarf tal-problema tat-telf ta’ mpjiegi. U donnu lanqas m’ahna kapaci nanalizzawha sewwa. Ghax kif illum nghidu li m’ghandniex nies bizzejjed, imbaghad johorgu l-figuri ta’ l-ETC u nsibu li hemm 7,462 jirregistraw ghax-xoghol, u wara johorgu r-rapporti ta’ l-NSO, il-Labour Force Survey, u nsibu li hawn 5,000 ohra ma’ dawn disponibbli ghax-xoghol.

Il-Problema
U mbaghad nisimghu lil min jitlob biex ihaddem lill-barranin, lil min irid jilqa’ lill-klandestini, u ohrajn ighidu li mhux qed isibu nies biex jahdmu. Jien nahseb li d-Dipartiment tax-Xoghol qed jonqos bil-kbir li din is-sitwazzjoni ma jispjegahiex sewwa. L-ETC illum armata sewwa u taghmel studji kontra studji. Izda donnu li l-esperti tax-xoghol aktar huma nteressati jistudjaw cifri ta’ mportanza minuri bhal ma huma dawk tal-granet mitlufa fi strikes milli din il-problema. Qisu l-problema tat-telf ta’ mpjiegi u nuqqas ta’ holqien ta’ mpjiegi godda mhix problema.

Dan kollu wkoll jirrifletti n-nuqqas ta’ serjeta’ fit-tregija ekonomika. Nisimghu lil Ministru tas-Servizzi Ekonomici, l-ekonomista professur Josef Bonnici, jitkellem fuq investimenti godda u jhabbar studji teoretici li fuqhom qed johloq il-Malta Enterprise Board. Izda x’relevanza ghandu dan kollu u x’impatt qed jistenna fuq is-suq tax-xoghol, ma nisimghu xejn. Nisimghu lil Ministru tax-Xoghol, Dr Lawrence Gonzi, jiftahar b'kemm qed isahhah id-drittijiet tal-haddiema u kemm qed jaghmilha difficli ghal employers li jkeccu n-nies, izda qatt ma nisimghuh jghid jew jaghmel xi haga li verament tinkoragixxi lis-sidien joholqu aktar impjiegi u jzommu l-impjiegi li ghandhom. Din hi storja li l-pajjiz ghadda minnha qabel. Kien hawn zmien fil-passat meta l-gvern kien aktar mohhu kif minghalih izomm l-impjiegi li jezistu milli jinkoragixxu l-holqien ta’ mpjiegi godda. Din l-istrategija kienet falliet bil-kbir. Jaghmel tajjeb Dr Gonzi li jsaqsi dwar dan ghax donnu li hu dan insieh. L-employers in-fatti, b’certa ironija jirreferu ghal Ministru Gonzi bhala l-Ministru “taghhom”.

Il-Ministru Dalli izda jizboq lil kulhadd. Biex issib mizura wahdu f’Budget wara l-iehor, li verament tinkoragixxi l-holqien ta’ l-impjiegi u l-inkoraggiment lil dak li jkun jhaddem iktar nies, trid tassew tisforza. Anke fejn jindaqqu t-trombi li hemm mizuri favur is-sidien tista’ tkun zgur li x’hin taghsar ma ssib xejn. Tipprova kemm tipprova tkun pozittiv, tbghati ferm biex tikkonvinci lil min ihaddem li l-Ministru tal-Finanzi jhobbhom. Qed nitkellmu jigifieri fuq it-tlett Ministri l-aktar importanti ghal holqien ta’ impjiegi godda. It-tlieta li huma ftit li xejn jaspiraw fiducja f’min ihaddem.

Politika dwar ix-xoghol
Jien membru ta’ l-Employment Relations Board li ghadu kemm twaqqaf. Nghidha kif inhossha, diga iddejjaqt, ghax il-filosofija tieghi hi li x-xoghol tant hu mportanti li trid bil-fors tibda billi tibza ghal min johloq ix-xoghol. Dan ma jfissirx li tpoggi l-haddiema b’xi sitwazzjoni ta’ anqas importanza. Xejn affattu. Izda, trid bil-fors tifhem li impjieg, hu x’inhu, ma jaqax mis-sema. Wara kull impjieg hemm xi hadd li qieghed jaghmel tajjeb ghalih. Hemm xi hadd li holqu. Mhux tant difficli ghalhekk biex tifhem li kieku jkun hemm aktar inkoraggiment, kieku jkun hemm aktar entuzjazmu biex jinholqu aktar impjiegi, kieku nkunu bdejna nsolvu l-problema. Izda dan l-entuzjazmu mhux talli mhux hemm, izda hafna intraprizi waslu fi stat li kontinwament jahsbu kif jistghu jghaddu b’anqas nies u jahsbuha hafna qabel joholqu impjiegi godda. Possibbli nghid jien li l-Ministri Dalli, Bonnici u Gonzi qatt ma jitkellmu ma’ l-accountant li jehdulhom hsieb il-kotba. Iva ma l-accountants ta’ dawk li dejjem sejrin tajjeb biss jitkellmu?

Bla inkoraggiment
Biex wiehed jifhem kif jahsbuha li l-bicca l-kbira tas-sidien ta’ l-intraprizi, hu x’inhu s-settur fejn jahdmu, trid taghmilha maghhom. Inkoraggiment imkien. Meta titkellem jahsbuk anti-socjali. Anke fuq il-Bord ta’ l-Impjiegi, ir-raprezentanti tas-sidien ihossuhom li mhux posthom. Ghax f’dan il-pajjiz, ghadha tirrenja l-mentalita’ stupida li l-gid ekonomiku jista’ jinholoq mill-Istat. Minn xi hadd li mhux entrepreneur. Ghad ghandha wisq nies f’pajjizna li ghadhom ma jafux li waqa l-hajt ta’ Berlin. Li l-ekonomiji llum huma essenzjalment ekonomiji tas-suq. Li xoghol il-gvernijiet illum huwa li joholqu dawk ic-cirkostanzi u dawk l-istituzzjonijiet u dawk is-servizzi li l-aktar li jghinu lis-sidien u l-entrepreneurs jirnexxu.

Qed niddistingwu bejn sidien u entrepreneurs appost. Ghax illum is-sid nistghu nkunu jien u int permezz tax-shares taghna f’intraprizi. Izda l-entrepreneur jista jkun haddiehor. L-entrepreneur hu dak is-sid, jew manager impjegat, li jaf johloq. Jaf jimmaniggja, jaf ifittex is-suq, jaf isib u jkabbar il-finanzi, jaf jimmotiva lill-haddiema, jaf johloq u jzid l-impjiegi. Bi ftit inkoraggiment jahdem ahjar. B’anqas xkiel, pizijiet u dwejjaq zejda jaf ikabbar u jkattar.

Entrepreneurship
Malta m’ghandhiex politika favur l-entrepreneurship. Din misshom jaraw bis-serjeta’ it-tlett Ministri. Bla politika favur l-entrepreneurship, Malta tibqa titlef l-impjiegi zgur. F’pajjizna din dejjem qed insibuha aktar bi kbira biex nifhmuha. Jaghmel zball min jahseb li ghax ser ikollna l-Malta Enterprise Board, ghax ser nonfqu aktar fl-investment promotion, ghax ser nidhlu fl-Unjoni Ewropeja, allura b’daqshekk ser noholqu aktar impjiegi. L-impjiegi johloqhom l-entrepreneur. L-entrepreneur irid sitwazzjoni li jaf li fiha ser ifendi. Irid sitwazzjoni li jaf li mhux ma kull fejn imiss isib min lest ghalih. Irid sitwazzjoni fejn ihoss li hu miztieq, li hu stmat u li hemm l-ghajnuna hekk kif jitlobha. F’pajjizna din l-atmosfera ma tezistix b’mod generali. Tezisti mhux le fost x’uhud, izda mhux fost il-hafna. L-atmosfera generali hi wahda li tiskoraggik. Kull meta jsir pass tajjeb tista tkun zgur li ser isiru tnejn hziena. Hi kwistjoni ta’ mentalita’. Jekk din il-mentalita’ mhix ser tinbidel, ser inbghatu.

L-aghar hu li tghidha kemm tghidha din qisu kollu ta’ xejn. qisek qed tkellem it-torox. Ghax ghandu wisq nies li jahsbu li geddumhom fix-xghir u jahsbu biss. Ghax fil-verita’ ekonomija moderna li m’ghandhiex politika soda u cara favur l-entrepreneurship hi ekonomija fit-triq tal-falliment. Ghelhekk id-deficits fil-budgets. Ghalhekk il-buzzieqa tad-dejn nazzjonali. Xi darba f’Malta din nifhmuha wkoll. Dan hu l-awguri tieghi ghas-sena 2003. Ejjew flimkien nifhmu aktar x’ihajjar il-holqien ta’ iktar xoghol. Ix-xoghol igib il-gid u l-gid li rridu hu gid mahluq bix-xoghol. Hawn gid li jinholoq bi ftit xoghol u b’hafna hazen. Izda l-bicca l-kbira minnha rridu l-gid li jinholoq bix-xoghol. Ghax il-bicca l-kbira tal-Maltin jahdmu jridu u jridu jahdmu mhux biss ghal paga izda ghax jemmnu wkoll li x-xoghol hu mportanti. Ghalhekk l-awguri tieghi ghas-sena 2003 huwa x-xoghol.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent