logo

Atlas Banner
Kliem il-Gvernatur
Il-Gvernatur tal-Bank Centrali ghal darb’ohra hareg jikkummenta, kif inhu d-dmir tieghu, dwar l-ekonomija Maltija u kif qe ihares lejn l-izviluppi matul is-sena 2003. Il-kummenti tas-Sur Michael Bonello huma mahsuba sewwa u l-Gvernatur joqghod ferm attent li jghaddi messagg minghajr ma jgerrex jew iwerwer jew jonfoh u jfahhar. Ir-raguni hi li kliem il-persuna l-aktar awtorevoli dwar dak li ghandu x’jaqsam ma’ ekonomija u finanzi fih inniffsu jista’ jinfluenza l-istess andament ta’ l-ekonomija, l-isfel jew il-fuq, skond it-ton ta’ dak li jintqal. Il-kliem tal-Gvernatur iwasslu wkoll messagg kemm lill-awtoritajiet kif ukoll lill-operaturi fis-suq.


Prospetti
Il-Gvernatur tkellem dwar kif ihares lejn il-prospetti ekonomici. Huwa ma dahalx fil-kwistjoni ta’ x’effett ikollha s-shubija fl-Unjoni Ewropea, izda hares lejn fatturi ta’ kummerc u finanzi nternazzjonali. Huwa esprima ottimizmu li l-ekonomija Maltija tkompli tingabar mill-waqa’ lura tas-sena 2001. Importanti kif l-esperti jharsu lejn is-sena 2003 u s-sentejn ta’ wara. Ma ninsewx li hafna mill-pjanijiet li tkellem dwarhom il-Ministru Dalli fil-Budget dwar kemm ser jonqos il-Budget deficit u kemm ser jirnexxielna nghollu l-livell ta’ l-investiment u ta’ l-infieq fil-pajjiz kien jiddependi fuq l-ottimizmu li l-Ministru kellu li din is-sena u fis-sentejn li gejjin l-ekonomija Maltija kienet ser tikber b’rata ghola milli rajna s’issa. Dan meta f’Malta u fil-pajjizi li maghhom nikkummercjalizzaw l-affarijiet kienu sejrin aghar milli kienu ppjanaw l-esperti bhal dawk tal-Bank Centrali Ewropew u l-esperti ekonomici ta’ Brussell.

Malta hu pajjiz b’ekonomija miftuha u bil-fors li dak li jigri barra jinfluenza lilna. Dan ghalhiex kull ma nixtru hafna minnu gej minn barra. Nixtru minn barra l-materja prima ghall-industrija taghna u dak li nipproducu rridu nbieghuh barra u rridu wkoll mit-turisti li jigu minn barra. Dan barra l-fatt li l-Maltin ghandhom hafna investiment barra minn Malta. Fil-bidu tas-sena 2001 l-ekonomija mondjali kienet diga qed tnaqqas fir-ritmu u din is-sitwazzjoni kompliet taggrava wara dak li gara f’Settembru tas-sena 2001. Dan ikkawza waqa’ notevoli fil-kummerc mondjali. L-effett ta’ dan hassejnieh f’Malta l-aktar fil-waqa’ tax-xoghol ghad-ditta l-kbira ta’ l-ST Microelectronics li wahidha gibdet l-ekonomija Maltija. L-istess ukoll bil-waqa’ li sofra s-settur tat-turizmu u l-gwaj li ffaccjaw hafna industriji ohra. U ma ninsewx li dak li gara fis-sena 2001 kien kontinwazzjoni ta’ dak li kien qed isir fis-sena 2000 meta l-ekonomija Maltija kienet diga bdiet tnaqqas fir-ritmu ta’ tkattir. Malta, kif dejjem nghid, anki b’rati ta’ tkattir baxxi tkun fil-fatt mhux tlahhaq biex tirkeb il-problemi li ghandha, ahseb u ara meta taqa’ lura.

M’hemmx dubju li l-ekonomija Maltija fis-sena 2001 waqghet lura, xi haga li meta ntqalet il-Ministru Dalli canfar lil min qala u wara issemmiet bhala r-raguni ghalhiex it-targets finanzjarji tal-gvern ma ntlahqux. Is-sena l-ohra izda l-ekonomija Maltija wkoll regghet bdiet tikber bil-mod dovut l-aktar ghalhiex is-settur ta’ l-elettronika u xi industriji ohra regghu rnexxielhom jakkwistaw l-ordnijiet u t-turizmu razzan il-waqa’ li kien sofra s-sena ta’ qabel. Il-fatt izda li l-ekonomija baqghet rezistenti ghall-izviluppi hziena li laqtu lid-dinja u malajr regghet bdiet tirpilja wera li bid-difetti kollha taghna l-ekonomija taghna illum ghandha certu sahha li ghalkemm tnaqqret izda hi bizzejjed biex tiflah ghal daqqiet li ma jkunux tant fit-tul.

Il-Gvernatur tal-Bank Centrali jghid li matul is-sena 2003 huwa qed jara li bhal ma gara s-sena l-ohra ser ikun difficli li wiehed ibassar x’ser jigri matul ix-xhur tas-sena 2003. Is-sena l-ohra kienet difficli li xi hadd ibassar li kienet ser tkompli l-waqa’ fis-sweiq ta’ l-ishma u hadd ma mmagina li kienu ser jitfarrku socjetajiet kummercjali enormi bhal Enron u Worldcom. Din is-sena bdejna bl-istennija ta’ gwerra ohra fl-Iraq. Diga rajna fl-ahhar xhur li t-tbassir dwar it-tkattir ta’ l-ekonomiji ewlenin li maghhom l-aktar li nikkummercjalizzaw jigi mnaqqas. Ir-rati tat-tkattir tal-pajjizi l-iktar industrijalizzati fid-dinja wkoll gew imnaqqsa. Il-Gvernatur tal-Bank Centrali xorta izda jemmen li ghalkemm it-tbassir ta’ tkattir ta’ bejn 3.1% u 3.8% li qed jistenna l-gvern fit-tlett snin li gejjin jista jkun ottimist, li l-ekonomija Maltija ghandha tkompli tirpilja mid-daqqa li sofriet fis-sena 2001.

Id-Deficit
Il-Gvernatur tal-Bank Centrali jibqa’ jqis li l-kwistjoni tal-Budget Deficit Strutturali ta’ Malta hi kwistjoni serja u bil-fors iridu jibqghu jsiru l-isforzi kollha biex din il-problema tissolva. Kuntrarjament ghal pajjizi ohra fejn deficit jghin biex ekonomija ticcaqlaq meta jkun hemm waqa’ fid-domanda u aktar infieq mill-gvern jghin biex l-industrija ssib aktar bejgh, fil-kas ta’ Malta hafna mill-flus li jinfirxu kawza ta’ l-infieq aktar tal-gvern imur fuq l-importazzjoni u b’hekk l-industrija Maltija ftit li xejn tgawdi. Ghalhekk li l-iskema ta’ ghajnuna lill-industriji u l-intraprizi jridu jkunu iffukati sewwa ghax inkella nispiccaw nehlu l-flus tat-taxpayers Maltin f’infieq zejjed u f’sussidji li jmorru biex isostnu l-industrija barra minn Malta u mhux f’pajjizna.

Il-Gvernatur iqis li s-soluzzjonijiet fit-tul li finalment isolvu l-problemi tal-Budget Deficit Strutturali ghad irridu nsibuhom. Nibqghu ma nsibuhomx jekk nibqghu ma nifthemux fuq soluzzjonijiet dejjiema ghal problemi li ghandna fil-qasam tal-welfare socjali, specjalment fejn tidhol is-sistema tal-penzjonijiet. B’mod partikolari wkoll jekk nibqghu ma nsolvux il-problemi ta’ l-allokazzjoni u ta’ l-uzu b’mod iktar efficjenti tar-rizorsi disponibbli ghas-settur pubbliku, l-aktar dawk disponibbli ghas-settur tal-parastatali. Jien nghid li din is-sitwazzjoni tidher izda li fis-snin li gejjin ser tkompli tiggrava hekk kif ser nergghu naqghu ghal-livelli ta’ sussidji lil setturi bhal biedja u anke lil setturi tal-bejgh u lill-konsumaturi li f’dawn l-ahhar snin konna b’mod determinat warrabna. Il-kwistjoni tas-sussidji lil parastatali diga hi wahda kbira bizzejjed u sakemm nibqghu bis-sussidji lil dawn il-korporazzjonijiet u istituzzjonijiet tal-gvern u nibqghu infaqqsu Awtorita’ wara Awtorita’, il-Budget Deficit ftit jista’ jitranga. Issa x’effett jista’ jkollhom sussidji ta’ miljuni kbar ta’ liri lil setturi li sal-lum fendew b’livell ta’ sussidji maniggjabbli u li kienu qed jitnaqqsu, wiehed ghad irid jara. Ma nafx, jien personalment, li sar xi studju dwar dan u x’impatt dan kollu ser ikollu fuq il-programm tal-gvern. Dawk l-istess bdiewa u rahhala li kien ilhom is-snin jisimghu kemm ma jaghmlux sens is-sussidji, issa ma jistghux jifhmu kif f’daqqa wahda l-gvern qed jitkellem fuq tant miljuni ta’ sussidji. U mhux ta’ b’xejn li ma tantx qed jemmnuha din tas-sussidji.

Cashflows
Hafna negozji qed jorbtu t-tama taghhom li jsolvu l-problemi tal-cashflows li ghandhom fit-tkattir previst ta’ l-ekonomija Maltija. Il-Gvernatur tal-Bank Centrali wkoll jikkummenta fuq din il-kwistjoni tal-Cashflows. Huwa jikkastiga lill-proprjetarji ta’ l-intraprizi Maltin li meta d-daqqa kienet tajba huma ghagglu kabbru u ziedu fl-infieq. Dan issa rrizulta li l-Banek Kummercjali llum qed igorru proporzjon gholi ta’ self li m’ghandux prospetti li jkun mifdi bl-attivita’ kummercjali li suppost irid jiggenera, bil-konsegwenza li l-Banek issa qed ikunu ferm attenti qabel ikattru aktar self u qed jimponu kundizzjonijiet aktar iebsa fuq iz-zieda fil-krediti. Ir-rass li hawn fuq il-likwidita’ disponibbli ghal kummerc gejja minn hafna regunijiet u wiehed m’ghandux ihawwad il-kwistjoni ghax jara certu nvestimenti f’certu bonds li nhargu dan l-ahhar. Il-kwistjoni kollha hi jekk l-ekonomija Maltija hiex tiggenera aktar qliegh. Il-verita’ hi li mhix, u z-zieda fit-tkattir ekonomiku mhux kbir bizzejjed biex ikun hawn aktar flus fl-idejn iggenerat mit-tkattir fil-gid.

Dan qed jikkawza issikkar u l-issikkar zgur li qed ikompli jgharraq is-sitwazzjoni ta’ cashflow ta’ hafna negozji. Dan kollu meta r-rati ta’ l-interessi fuq is-self f’Malta bhalissa huma l-anqas li qatt kienu ghal hafna snin. Hafna negozjanti xorta wahda jsostnu li fic-cirkostanzi prezenti r-rati ta’ l-imghax f’Malta huma gholjin. Izda l-Gvernatur tal-Bank Centrali jsostni li huma fl-ahjar livell possibbli biex minn banda wahda tinzamm rata gusta ta’ kambju tal-lira Maltija u mill-banda l-ohra ma jkollniex interessi bankarji li jsostnu l-inflazzjoni. Il-Gvernatur ma tantx jemmen li aktar tnaqqis jista’ jiggenera aktar investiment.

Is-soluzzjoni
Li jsostni l-ekonomija aktar u li jaghmilha aktar possibbli biex Malta tkun aktar kapaci li tgawdi mill-espanzjoni tas-suq Ewropej huma riforma strutturali u accelerazzjoni taz-zieda fil-gwadann tal-produttivita’. Biex jirnexxielna nirristrutturaw b’pass aktar determinat u biex jirnexxielna nkattru l-produttivita’ izda baqalna hafna u hafna x’naghmlu. Bla ristrutturar serju mhux ser jirnexxielna b’mod determinanti nzidu l-kompetittivita’ ta’ l-ekonomija Maltija. Hija din il-kompetittivita’ li trid taghtina prezenza ahharija fis-swieq Ewropej. Ma jkun jiswa xejn li nissiehbu f’suq wiehed Ewropew taht forma ta’ arrangament jew iehor imbaghad ma nkunux kompetittivi biex inbieghu. U ghazla ta’ swieq ohra hekk kbar m’ghandniex.

Nerga nsostni dak li ilni nghid, naghmlu zball kbir jekk nalludu ruhna li Brussell ser issolvilna l-problemi taghna. Brussell bi Shubija jew b’Partnership jifthilna l-bibien aktar ghal dan is-suq hekk kbir izda mhux ser isolvilna l-problemi taghna. Dawn ahna rridu nsolvuhom u aktar ma nsolvuhom malajr aktar ahjar ghalina lkoll. Dwar dan jalla nibdew nitmashnu u nargumentaw.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent