logo

Atlas Banner
Wasalna
Issa lesti ghat-8 ta’ Marzu. Wara tletin sena li ilna nitkellmlu dwar l-Unjoni Ewropea. Wara tlettax –il sena li applikajna biex nidhlu. Wara sittax –il sena ta’ liberalizazzjoni, privatizazzjoni u ristrutturazzjoni. Wara sentejn ta’ argumenti. Wara tibdil, giri, studji, argumenti. Fl-ahhar wasalna. Il- famuza mixja ta’ elf kilometru li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li ghandu quddiemu meta ghamel l-ewwel pass f’Lulju tal-1990, issa waslet fl-ahhar. Fit-tmienja ta’ Marzu, il-poplu Malti jiddeciedi jekk iridx li Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel ta’ Mejju 2004. Issa f’idejn il-poplu. Baqalna hames gimghat ta’ argumenti. Izda fl-ahhar nivvutaw.


Dispjacir
Fil-konferenza tal-MIC ta’ nhar il-Hamis 30 ta’ Jannar fin-New Dolmen jien esprimejt id-dispjacir tieghi u ta’ eluf kbar ta’ Maltin li l-mexxejja politici taghhom ma kellhomx il-hila jwassluna ghall-ftehim. Mhux dwar il-kwistjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, din it-tama ilha li ntilfet, izda dwar ir-Referendum u dwar l-Elezzjoni. Jien nemmen li ftehim kien possibli. Jien ghedt li ma nistax nifhem kif hadd mill- kbar nett ta’ dan il-pajjiz ma ndahal biex wassal liz-zewg mexxejja ghal ftehim meta dan kien possibli. U ghadni nsostni li ghadu possibbli anke jekk issa beda l-count-down

Meta wiehed jifli sewwa l-ittra tal-Prim Ministru u r-risposta tal-Kap tal-Oppozizzjoni jsib xrar li fuqu seta’ jinbena ftehim. Negozjati seta’ kien hemm. Ahna li ghandna esperjenza ta’ negozjati, ta’ konciljazzjoni u ta’ arbitraggi, nafu li f’kull sitwazzjoni fejn m’hemmx eskluzjoni assoluta u rigidata akkost ta’ kollox, nafu li il-ftehim ikun possibli. Basta jkun hemm rieda tajba u jkun hemm l-intervent ta’ min ghalih il-ftehim hu l-ewwel u qabel kollox.

Jien ghedt li f’Malta fil-passat rajna cirkostanzi iebsin ferm fejn b’hila kbira wasalna ghal ftehim u ohrajn, fejn, ghax l-intervent b’sahhtu ma kienx hemm bqajna ma wasalniex. Meta ftehemna kien il-poplu Malti u l-pajjiz li gawda, u l-istorja tbierek lil min ftiehem u lil min wassal ghal ftehim. Meta ma ftehmniex kien il-poplu u l-pajjiz li hallas il-prezz.

L-Indipendenza
Fil-konferenza tad-Dolmen fakkart x’kien gara fl-1964, meta Malta waslet ghall-Indipendenza taghha wara sekli ta’ hakma barranija. Dakinhar iz-zewg partiti ewlenin tal-pajjiz, il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista kienu t-tnejn favur l-Indipendenza. Il-Partit Laburista kien militanti f’Malta u barra minn Malta bil-bosta aktar mill-Partit Nazzjonalista mhux kif isostnu dawk li l-istorja ta’ Malta b’konvenjenza jinsewha. Il-Partit Nazzjonalista kien ilu ghomor isostni l-Indipendenza. Fejn iz-zewg Partiti ma qablux u spiccajna b’Referendum kien dwar il-forma tal-Kostituzzjoni ta’ Indipendenza. Il-Partit Nazzjonalista ried Kostituzzjoni bi Gvernatur Generali bhal Kap ta’ Stat li jirraprezenta lir-Regina ta’ l-Ingilterra li effettivament kienet ser tkun il-Monarka ta’ Malta u ma kienx ried li jiddahhlu klawsoli fil-Kostituzzjoni li jinkorporaw sitt drittijiet li il-Partit Laburista emmen li kienu fundamentali biex Malta tkun verament demokratika u hielsa. Il-Partit Laburista ried ukoll Kostituzzjoni Repubblikana bi President maghzul mill-Maltin bhala Kap ta’ Stat.

Meta illum inharsu lura nghidu: ara fuq x’hiex argumentaw il-mexxejja politici ewlenin ta’ pajjiz? Il-famuzi sitt punti illum huma elementi basici li zgur illum kienet tesigi fuqhom l-Unjoni Ewropea kieku ghaxar snin wara ma dahhlux fil-Kostituzzjoni. Izda Malta dakinhar tilfet ghaxar snin u ghaddiet minn storja tal-biki, ta’ inkwiet, kundanni u incertezzi. Ir-rizultat tad-danni ekonomici li dik il-firda kiefra f’pajjizna kienet gabet kien li eluf ta’ familji Maltin emigraw. Iddahhlet mibeghda bejn il-Maltin li min ghixa biss jaf x’sarrfet. Pajjizna tilef snin shah li fihom seta’ sar hafna u hafna gid. Hsara li waqghet fuq pajjizna ghax ma kien hawn hadd kapaci li lil tnejn min nies ta’ hila u genwini kif kienu Dom Mintoff u George Borg Olivier iwassalhom biex f’gieh pajjizna jiftehmu. Ftehim li zgur kien ikun ta’ fejda ghall-poplu Malti li dakinhar kien ghadu qed jistenbah mill-qirda tal-gwerra Mondjali li farkitna. Kien qed johrog minn snin shah ta’ krizi Kostituzzjonali u kien, flimkien mal-kumplament tal- ex-kolonji Inglizi, Francizi, Olandizi, Spanjoli, Portugizi u Belgjani, qed iwarrab il-kolonjalizmu u jersaq lejn il-helsien. Bla ftehim izda tlifna u xellifna ghal dejjem il-ferh tal-Indipendenza.

Republika
Mhux hekk izda gara fl-1974. Malta fl-1971 bidlet il-gvern u tat mandat lil Partit Laburista li jibdel il-Kostituzzjoni f’wahda Repubblikana u jdahhal bidliet li ma dahhlux fil-Kostituzzjoni Monarkika tal-1964. Ghal tlett snin shah ma kienx hemm ftehim. Ghal darb’ohra l-poplu fi zmien li kien difficli hafna minhabba is-sitwazzjoni ekonomika imweghra ta’ pajjizna fejn il-gvern kellu diffikulta sahansitra biex ihallas il-pagi u salarji tal-impjegati tal-gvern, kellu jghaddi minn taqtiegh il-qalb jistenna li l-mexxejja tieghu jifthemu. Din id-darba, izda, ftehim intlahaq. Kien ta’ sodisfazzjon ghal maggoranza assoluta tal-Maltin meta bi ftehim bejn iz-zewg Partiti il-Kostituzzjoni Repubblikana ta’ Malta ghaddiet b’maggoranza ta’ aktar minn zewg terzi biex fl-ahhar pajjizna kellu Kostituzzjoni miftehma. Pajjizna kien immatura.

In-Newtralita
F’Malta izda qiesna li l-krizijiet infaqqsuhom u hu destin kiefer ta’ dan il-poplu li dejjem maqsum fuq affarijiet mill-aktar serji. Hekk gara wara l-Elezzjoni tal-1981 meta l-Partit Laburista b’maggoranza ta’ siggijiet fil-Parlament, izda bla maggoranza ta’ voti fil-pajjiz iddecieda skond il-Kostituzzjoni li jiggverna. Inqalghet krizi serja meta id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista irrifjutaw li jidhlu fil-Parlament. Malta baghtiet. Min ma jifhimx fl-ekonomija u kif jahdem pajjiz ma jafx xi hsara issir. Meta pajjiz jaqa’ f’inkwiet ikun hemm incertezza kbira u l-investitur ma jarax hlief cpar iswed. Meta Malta tbati, l-aktar li jbatu huma dawk li jispiccaw bla xoghol, negozji zghar li jiddependu min haddiehor u negozji bhal hotels u esportaturi u l-impjegati taghhom. Hekk kif Malta tidbengel l-industriji u l-lukandi u maghhom kull min iservihom bin-negozju taghhom jitilfu l-ordnijiet u b’hekk jinqalaghlhom problemi mal-banek u jaqghu lura fl-impjiegi u fil-hlasijiet hekk kif l-ordnijiet jonqsu. F’ekonomija tas-suq hieles u ekonomija bhal taghna li trid minn negozji f’pajjizi li malajr jitfantzu hekk kif jisimghu bi stejjer anti-demokratici u ta’ inkwiet intern, il-ftehim jiswa’ mitqlu deheb. In-nuqqas ta’ ftehim u nuqqas ta’ direzzjoni cara jgib ncertezzi li minnu jbatu hafna nies, l-aktar haddiema li ma jkunu jahtu xejn. Din f’Malta qisna kattivi wisq biex nifhmuha.

Fl-aqwa ta’ din il-krizi izda Malta kellha Presidenti tar-Repubblika li gharfu il-mument storiku, hatfu l-opportunita’ u b’hila waslu lil mexxejja politici Maltin ghal ftehim. Ftehim storiku. Ftehim ta’ gieh. Kemm Agatha Barbara kif ukoll Ugo Mifsud Bonnici hadmu u tal-ahhar wassal ghal ftehim. Ftehim li salva lil pajjizna minn hafna ghawg u wassal biex fi ftit snin pajjizna rega’ qabad il-pass ta’ tkattir tal-gid u tal-progress li tant jixraqlu.

Il-ftehim wassal biex ghal darb’ohra inbidlet il-Kostituzzjoni b’maggoranza ta’ aktar minn zewg terzi. Issa Malta bdiet tgawdi Stat ta’ Newtralita’, stabbiliet bil-Kostituzzjoni wkoll l-assigurazzjoni li qatt aktar ma jigri li Partit Politiku b’manipulazzjoni tad-distretti jew b’mod iehor ma jgibx maggoranza ta’ voti u jibqa bla maggoranza ta’ siggijiet fil-Parlament. Rebhet id-demokrazija. Rebhet Malta.

Unjoni Ewropea
Issa gejna ghal zmienna. Il-gvern igawdi maggoranza fil-Parlament ta’ hames siggijiet u l-Partit Nazzjonalista intrabat b’mandat li jinnegozzja biex idahhal lil Malta fl-Unjoni Ewropea u fl-ahhar tan-negozjati jaghmel Referendum dwar l-ghazla ta’ shubija fl-Unjoni Ewropea. Il-Partit Laburista fl-Oppozizzjoni jsostni li Referendum ma jsolvi xejn ghaliex Malta tidhol biss f’Mejju 2004 u sa dakinhar bil-fors li trid issir Elezzjoni.

Id-diffikulta ghalhekk qamet dwar x’effett ghandu r-Referendum meta l-Elezzjoni tista' taghti rizultat bil-maqlub ta’ dak li jaghti Referendum. Il-poplu sema’ l-argumenti u stenna x’ser jigri. Saru l-ewwel mossi: ittra tal-Prim Ministru u risposta tal-Kap tal-Opposizzjoni u daqshekk. Kull min hu serju staghgeb. Possibbli staqsejt jien fil-Konferenza tad-Dolmen il-kbarat ta’ dan il-pajjiz ma fehmux il-hsara ta’ rizultat mhux accettat u tat-tigdid tal-perjodu ta’ incertezza li diga qed jifni lil pajjizna? Iva possibli min jikkmanda u min imexxi ma jarax li eluf ta’ nies fin-negozji u nies fl-impjiegi diga qed ibatu. Ma jafux li diga ghandna 12,000 ruh jixtiequ jahdmu u xoghol m’ghandhomx u xi nghidu ghall-krizi ta’ cash flow u ta’ nuqqas ta’ ordnijiet f’kull settur? Perjodu ta’ aktar incertezzi u inkwiet ikattar in-numru ta’ nies li qed ibatu.
Staqsejt din id-darba, ghaliex ma garax l-istess bhal ma gara fil-bidu tat-tmenijiet, ghaliex il-President ta’ Malta, bniedem kapaci fin-negozjati u f’posizzjoni ta’ tant awtorita’ ma wassalx liz-zewg mexxejja biex talanqas jidhru li qed jippruvaw jiftehmu? Jien m’ghandiex dubju li kieku l-attentat sar u sar b’determinazzjoni li l-ftehim kien jintlahaq.
Il-Poplu Malti ftehim ried. Bla ftehim ikun x’ikun ir-rizultat tat-8 ta’ Marzu, l-inkwiet ikompli. Il-Poplu izda jibqa’ jittama fi ftehim ghax ma jiflahx aktar inkwiet u firda u jibza mit-tkattir tal-incertezza.

Ftehim biss igib d-direzzjoni.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent