logo

Atlas Banner
Referendum
Baqa’ ftit gimghat ghar-Referendum. Din tar-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea izda hi xi haga li tibqa’ maghna. Ghax Malta trid wisq mill-pajjizi msiehba fl-Unjoni Ewropea. Din il-htiega tizdied hekk kif tal-Unjoni jsiru 25 pajjiz. Jew 24, jekk Malta tghid le.


Izda l-Unjoni hi mhux biss importanti izda essenzjali ghal Malta. Niddeciedu x’niddeciedu l-Unjoni Ewropea tibqa’ importantissima ghal Malta. L-Unjoni Ewropea mhux bhal xi gvern ta’ pajjiz singolu, li illum ikun immexxi minn Prim Ministru mod u snin wara minn Prim Ministru iehor, jew minn Partit Politiku elett u wara minn Partit iehor. It-tmexxija tal-Unjoni Ewropeja hi kostanti. Ma tinbidilx skond ix-xejra tal-politika jew skond il-popolarita’ ta’ xi hadd. Din ftit nies jifhmuha. Meta tiddilja mal-UE mhux qed taghmilha ma’ politici li tithabbeb maghhom f’xi konvenzjoni tal-partiti politici u tirranga b’xi mod. Jew politici li timpressjonhom b’kampanji politici. Mhux hekk jahdmu l-mekkanizmi tal-Unjoni Ewropea. Mhux gvern Federali lanqas. Mhux bhal Amerika jew il-Germanja li meta ma tinqediex fil-Lokal, fl-Istat jew fir-Regjun tappella b’xi mod lil xi Senat jew lil xi Ministru Federali. Kuntrarjament dak li mdorrijin naghmlu ahna f’Malta, mal-Unjoni Ewropea ma taqbadx u ccempel xi Ministru jew Prim Ministru u tirranga. Mhux hekk jahdmu.

Kif jahdmu

Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea huma eletti, izda eletti mill-pajjizi taghhom. Il-Kummissjoni Ewropea hi maghzula mill-gvernijiet tal-pajjizi membri. Dawn il-gvernijiet huma eletti, izda il-Kummissarji, ghalkemm maghzula minn gvernijiet u parlamenti nazzjonali eletti huma stess mhumiex eletti. Is-sistema ta’ tregija imbaghad hi bir-roster. Illum immissu r-rapprezentant ta’ gvern nazzjonali mod, u ghada ta’ gvern iehor. Ghalhekk ma tistax tqabbel is-sistema tal-Unjoni Ewropea ma’ wahda ta’ gvern Federali lanqas ma’ wahda ta’ gvern Nazzjonali. Ghax verament mhux gvern m’hemmx. Lanqas Opposizzjoni. Min imdorri biss jirreferi ghal gvernijiet u ghal kif jahdmu l-gvernijiet din ma jifhiemix.


Anke il-Lobbying, il-pressjoni li l-ghaqdiet, unions u korpi kostituti jaghmlu mal-Unjoni Ewropea hi differenti minn dak li jsir ma’ gvernijiet Nazzjonali. Fejn mal-gvernijiet eletti ssir hafna pressjoni biex ikun influwenzat l-elettorat u l-opinjoni pubblika. Ma’ tal-Unjoni Ewropea din it-tip ta’ pressjoni mhiex tant effettiva. Ma jfissirx li d-dirigenti tal-Unjoni Ewropea ma jaghtux kaz u mhumiex konxji tal-opinjoni pubblika, izda ma taffetwahomx bhal ma taffetwa lil politici li l-hin kollu jridu jiffacjaw il-pressjoni tal-elettorat li minnu jridu. Din ukoll hafna ma jifmuhiex.

Sistema differenti

Pero meta twaqqfet is-sistema tal-Unjoni Ewropea, precisament dan li l-gvernijiet ippruvaw jaghmlu. Ippruvaw joholqu sistema li ghalkemm tkun accountable lilhom bhala gvernijiet eletti mill-poplu tal-pajjizi msiehba, izda tkun tista’ tahdem minghajr il-pressjoni tal-elettorat li hafna drabi f’demokrazija ma jhallux lill-gvernijiet jamministraw sewwa. Dan ghaliex mohh il-Ministri u Deputati jkun aktar kif ser ikunu popolari. Din narawha anke f’pajjizna fejn jintefqu hafna flus u jsiru hafna gabirjoli u stramberiji ghaliex tkun wasslet elezzjoni jew biex jiehu vantagg politiku deputat politiku jew iehor. Fis-sistema tal-Unjoni Ewropea din il-haga ftit tahdem. Wkoll fl-Unjoni Ewropea m’hemmx bidla bhal ma jsir f’bidla ta’ gvern meta l-ligijiet jistghu jinbidlu, il-linja politika tinbidel, in-nies jinbidlu u jkun hemm hafna skossaturi kull meta jinbidel il-gvern. Fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea hu anqas difficli li ggib il-bidla u fl-istess waqt hemm aktar progettazzjoni fit-tul. Mhumiex marbutin bit-terminu ta’ snin minn elezzjoni ghal ohra u ghalhekk jistghu jharsu fit-tul.


Konsultazzjoni

L-Unjoni Ewropea mill-bidu taghha bhala Komunita Ekonomika Ewropea (EEC) u wara bhala Komunita Ewropea (EC) u issa bhala Unjoni Ewropea, mxiet bil-mod. Ghax haga ohra li mill-bidu, skond it-Trattat ta’ Ruma li waqqaf l-Unjoni, thaddmet fl-Ewropa hi li id-decizjonijiet iridu jittiehdu wara process ta’ konsultazzjoni. Mhux konsultazzjoni kif naghmlu ahna f’Malta fejn il-konsultazzjoni ssir meta jfettillu Ministru jew Kap ta’ Korporazzjoni. Fejn l-istess Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku sa sena ilu lanqas biss kien istitwit b’mod legali. Le fl-Unjoni Ewropea l-konsultazzjoni trid issir bilfors. Bl-Economic and Social Committee, mwaqqaf that it-Trattat ta’ Ruma, mhu marbut bl-ebda mod ma’ Partiti Politici. Xoghlu huwa li jaghti pariri lit-tlett istituzzjonijiet l-aktar importanti fis-sistema tal-Amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea: il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummisjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew.

Fil-Europe Economic and Social Committee (ECOSOC) hemm 222 membru maqsumin fi tlett gruppi. L-Imsiehba Socjali, l-Employer u il-Haddiema, huma rapprezentati mill-Assocjazzjoni li jirraprezentaw lis-Sidien u mit-Trade Unions. It-tielet grupp jinkludi interessi mill-gruppi varji fosthom rapprezentanti tal-artigjani, tal-bdiewa, tas-self-employed u tal-professjonisti. L-ECOSOC jirrifletti is-socjeta civili fl-istati membri. L-iskop tal-ECOSOC hu li jkun hemm djalogu u konsultazzjoni strutturata u permanenti. Mhux haga ta’ darba u tal-okkazzjoni skond kif jiddeciedi gvern jew ministru partikolari. Le sistema istituzjonalista fejn kull ma jinkiteb u jrid isir bhala regolament, direttiva jew ligi, jrid l-ewwel jigi mgharbel mill-Imsiehba Socjali. L-azzjoni originata hi minn fejn hi, irid ikollha l-parir tal-Imsiehba fl-ECOSOC. L-Assemblea primarja tal-ECOSOC huwa bhal parlament tal-imsiehba socjali. Mhux erba’ minn nies fuq agenda mfassla minn xi hadd izda analisi bir-reqqa u diskussjoni fuq stil parlamentari fejn il-partecipanti mhumiex politici izda imsiehba socjali u rapprezentanti tas-socjeta civili. Suppost f’Malta l-Kunsill Malti ghal Izvilupp Ekonomiku u Socjali hekk ghandu jizviluppa wkoll.

Mhux Unjoni

Dan kollu jwassal biex decizjonijiet qabel ma jkunu implimentati jiehdu fit-tul u d-dokumenti fl-ahhar jkun twal u dettaljati. L-ghazla l-ohra izda hi li taqta’ l-konsultazzjoni u thalli l-Imsiehba Socjali barra haga li fl-Ewropa illum hadd ma jridha. U ghalhekk m’hemmx Gvern u Opposizzjoni. Ghax mhux sistema ta’ wiehed jaghmel u l-iehor kontra. Lanqas il-Parlament Ewropew ma jahdem hekk. Ahna il-Maltin drajna bis-sistema ta’ gvern u opposizzjoni u nahsbu li kollox u kullimkien hekk. Zgur li fl-Unjoni Ewropea mhux hekk.

Ghaliex jghidulha Unjoni, ma nafx, pero, l-Unjoni mhi Unjoni xejn. Hemm hafna u hafna interessi diversi, nazzjonali, settorali, msiehba socjali, socjeta civili li kollha juzaw il-mezzi ta’ influwenza u ta’ rapprezentazzjoni taghhom biex l-affarijiet isiru kemm jista’ jkun sewwa u li jinkludi lil kulhadd. Ghalhekk umbaghad allura mhix lakemm terga’ tibdel u twaqqa’. Ghalhekk allura mhux lakemm tmur tghidilhom din ma rridix u dik le. Il-mod kif tahdem l-UE taghmilha difficli li tikkonvinci u tbiddel. Jekk naraw biss dak li qed isir bhalissa fuq il-kwistjoni tal-Iraq malajr nifhmu li l-Unjoni mhi fil-fatt xejn, izda grupp ta’ pajjizi li fejn jaqblu jorbtu, izda fejn ma jaqblux kulhadd ghal rasu. Mhux ghax huma xi allat, izda tant hemm sistema li kollox irid jghaddi minn kumitati u skond ir-regoli li hafna drabi tehel. Izda dejjem il-mistoqsija: x’taghmel thalli lil min jikmanda kif irid hu? Kif issib il-bilanc bejn demokraziji u accountability? Mhux facli. Li hu zgur hu li ahjar sistema partecipattiva fejn issir konsultazzjoni wiesgha milli sistema fejn ghax wiehed popolari, gab il-voti, hu poter u beda jmexxi, jifhem u ma jifhimx, u wara waqa’ hu, gie iehor, u rgajna bdejna. Il-verita hi li l-ahjar xi haga bejn it-tnejn: kif ser ikollok demokrazija li tkun verament accountable u sistema amministrattiva konsultattiva li ma ssirx super barokkratika.




Mhux Imperu

Meta wiehed jipprova jifhem allura jinduna li mhux la kemm tghid li l-Ewropa maghquda hi xi Imperu gdid. Jew li xi hadd irid jiddomina lil haddiehor u li jintuzaw termini ta’ zmien il-kolonjalizmu . l-UE ma tmurx tipprova tikkopparra it-territorju l-pajjizi izda huma l-pajjizi li japplikaw biex jidhlu. Li hu zgur hu izda li “ it’s a different ball game” kif jghidu l-Inglizi. Il-pruzuntuzi biss jitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea bla ma studjawha u pprattikawha. Mhux qed naghmlu gid lilna nfusna f’Malta meta nparlaw bl-addocc. Aktar u aktar meta jintuzaw frazijiet li jweggghu lil dak li jkun. Wiehed jista’ ma jaqbilx ma li Malta tissieheb izda ma jsirx sew meta lil Unjoni Ewropea xi hadd ipengiha qiesha xi tirann jew xi Imperu.

L-Ewropa mhi Unjoni xejn. Lanqas f’terminu ta’ xi forza federali. Mhiex bhal Amerika u ftit hemm cans li tkun. Huma Taljani, Germanizi, Inglizi, Olandizi, Belgjani, Svedizi ecc li kollha jghassu u josservaw lil xulxin u lil barranin. Kliemna jaslilhom u jferrahhom jew iweggaghhom skond kif jinghad. Huma nies u pajjizi kollha hbieb taghna u rridu minnhom, tkun xi tkun l-ghazla tar-relazzjonijiet li l-Maltin iridu maghhom.

Min ikun fil-gvern, hu min hu, jrid jahdem ma’ l-Unjoni Ewropea. Jrid jahdem mal-Kummisarji, u l-individwi fid-diversi oqsma. Irid jahdem ma’ ambaxxati u mal-gvernijiet tad-diversi pajjizi membri, u mal- gvernijiet taghhom. Taghmel x’taghmel l-Unjoni huma li l-aktar li jikkmandaw. U fuq kollox irridu mill-Ewropej – nies bhalna li jigu hawn bhala turisti u jixtru l-prodotti taghna u jsibulna l-investiment f’pajjizna li rridu hafna minnu. Mal-Ewropa nieklu. Niddeciedu x’niddeciedu minnhom irridu.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent