logo

Atlas Banner
Is-Seklu 20

L-Istorja tad-dinja, iz-zminijet kollha li fihom ghex il-bniedem, jirriflettu l-effett tal-gwerer u ta’ kull forma ta’ vjolenza. Ghalkemm is-seklu ghoxrin ma kienx differenti mis-sekli ta’ qablu, kien differenti izda fuq livell ta’ skala tal-gwerer. Kien is-seklu li fih id-dinja ghaddiet minn konflitti li verament firex mad-dinja kollha. Il-gwerer tal-ahhar seklu kienu gwerer li laqtu pajjizi minn kull parti tad-dinja. U mhux gwerra wahda mondjali izda tnejn.


Xi skolari tal-istorja jsostnu li fil-fatt iz-zewg gwerer mondjali tas-seklu ghoxrin kienu verament wahda b’intervall ta’ numru ta’ snin ta’ paci. Mill-lat tal-pajjizi Ewropej dan probabli li hu vera, izda t-tieni gwerra mondjali tant involviet pajjizi ohra mid-dinja kollha li f’ta’ l-ewwel ma kienux mdahhla u il-fatt li l-Gapan, f’wahda kien fuq naha u fl-ohra kien fuq in-naha l-ohra, li fil-fatt juri li s-seklu ghoxrin jitnizzel bhala s-seklu taz-zewg gwerer mondjali. L-argument ta’ gwerra wahda izda hu b’sahhta ghaliex effetwa tlett kwarti mis-seklu ghoxrin. Is-seklu li ghadda kien f’tenzjoni wahda twila li kienet tinkludi l-perjodu ta’ qabel l-ewwel gwerra, il-perjodu ta’ bejn il-gwerer, it-tieni gwerra u l-perjodu kollu tal-“cold war”, il-gwerra bierda, li baqa prattikament ghaddej sal-waqgha tal-hajt ta’ Berlin u t-tmiem tal-Kommunizmu. Il-gwerer l-ohra kollha mad-dinja kollha matul dan il-perjodu, dik tal-Korea, tal-Vietnam, tal-Kombodju, gwerrer fl-Afrika u fl-Amerka Latina, kienu fil-fatt kollha episodji mdemma tat-tenzjoni li kienet tezisti bejn il-forzi ewlenin fid-dinja tas-seklu ghoxrin.



L-Ewropa
L-ahhar gwerra mondjali giet imwaqqfa b’mod li r-rivalita’ enormi bejn il-forzi opposti li rrizultaw mit-tmiem tal-gwerra giet aktar kristallizata. Stramba din ghaliex fl-ahhar gwerra l-forzi rivali ta’ wara l-gwerra, l-Amerka u l-Unjoni Sovjetika, kien fil-fatt fuq l-istess naha. It-tmiem tal-ahhar gwerra mondjali tefa’ lil hafna pajjizi Ewropej, fic-Centru tal-Ewropa, fil-Lvant tal-Ewropa u fil-Balkani fi stat ta’ okkupazzjoni mir-Russi u taht sistema li ma kienetx l-ghazla tal-poplu u l-ghazla li ghalija kienu soffrew fl-ahhar gwerra. It-tragedja ta’ dawn il-popli li ggieldu n-Nazzizmu biex jirbhu l-liberta u d-demokrazija u spiccaw taht regimi kommunisti baqghet ghaddejja sal-bidu tad-disghinijiet. Ghalhekk hafna jitkellmu fuq il-gwerra bla tmiem tas-seklu ghoxrin. Ghax gwerra mhux l-imwiet, it-tifrik u l-hruxijiet ta’ waqt l-azzjoni biss, izda wkoll it-tbatijiet u t-tenzjonijiet li l-popli jghaddu minnhom waqt il-perjodu kollu tal-kunflitt. Generazzjonijiet shah ta’ nies u popli shah isoffru bil-kbir b’rizultat ta’ gwerrer u tenzjonijiet u konflitti li jkunu mgebbda fuq ghexieren ta’ snin. L-Ewropa ghandha storja ta’ dmija, hruxija u tbatija kkawzata mill-firda fost il-popli Ewropej, li tizboq lil regjuni ohra.

Gwerer u mwiet
Is-seklu ghoxrin taghna gwerer u dittetorjali li ma jibqghux mfakkra biss minhabba ragunijet ta’ konkwisti u problemi geografici. Dawn il-gwerer kienu differenti jekk mhux wkoll innovettivi f’dak li hu livell enormi ta’ mwiet li ikkawzaw. It-tabella li qed nuri, mehuda mill-ktieb ta’ R.J Rummel “Death by Government” turi n-numru enormi ta’ persuni li gew maqtula fil-gwerra tas-sekli li hrigna minnu. Vera li n-numri huma stimi ragonevoli, ghax hadd fi gwerra ma joqghod jaqta’ l-ismijiet ta’ dawk li jmutu u hafna mwiet isiru f’pajjizi fejn ir-regim li jmexxi jkollu interess li jahbi l-verita. Il-figuri, izda, juru ndikazzjoni cara tal-orrur bla qies ta’ dak li gara fis-seklu ghoxrin.
Meta il-figuri juru n-numru ta’ dawk “associated with war”, in-numri juru nies li gew maqtula mill-gvernijiet taghhom stess (per ezempju l-qtiel minn Nazisti fil-Germanja) jew qtiel li sar mill-gvernijiet li invadew u okkupaw pajjizi ohra (per ezempju n-Nazisti Germanizi) waqt, jew qabel, jew wara l-gwerra. Juru wkoll l-imwiet li graw fi gwerrer civili, f’konflitti interni msahhna bl-effett tal-kunflitti internazzjonali (per ezempju dak li gara fic-Cina fit-tletinijiet). Juru wkoll in-numru ta’ nies li mietu bil-guh li gie kkawzat bil-gwerrer. Dawn l-imwiet jigru mhux ghax ma jkunx hemm ikel, rari jsir hekk, izda l-imwiet jkunu kkawzati mit-tkissir u tharbit tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-ikel li jissucidi mill-azzjoni tal-gwerra u mill-azzjonijiet tal-gvernijiet u l-awtoritajiet militari.





















L-azzjonijiet li ghalihom jkunu responsabbli l-gvernijiet tal-pajjizi mdahhla fil-gwerrer jirraprezentaw l-akbar kategorija ta’ mwiet. Il-figura ta’ 97 miljun ruh li mietu fl-Unjoni Sovjetika u fic-Cina Kommunista minhabba ragunijiet marbutin mal-gwerer hi verament allarmanti. Vera li hemm argument dwar kemm hi korretta din l-istima, hemm min jghid li hi baxxa hafna u min jghid li hi gholja wisq, izda verament jekk mietu 60 miljun jew hux 140 miljun, il-fatt jibqa’ li hi cifra devastanti.
Guh u sfrattu

Il-mexxej Kommunista Stalin darba qal li “mewt ta’ bniedem wahdu hi tragedja, mewt ta’ miljun ruh hi biss statistika”. Pero din hi l-istatistika li taghti verament is-sens ta’ orrur li ggib maghha il-gwerra. Kien hemm imwiet li saru direttament fl-azzjoni tal-gwerra. Ohrajn qtil ordnat mill-gvernijiet, ohrajn imwiet fil-kampijiet ta’ koncentrament u ohrajn (bhal fil-kaz tar-Revoluzzjoni Kulturali ta’ Cina li grat bejn l-1996 u l-1976) imwiet ikkawzati mill-anarkija organizzata mill-istess gvern. Pero l-akbar numru ta’ mwiet ta’ nies innocenti rrizulta mill-guh li hakem l-Unjoni Sovjetika u c-Cina fiz-zminijiet differenti meta l-azzjonijiet tal-gvernijiet rivoluzzjonarji ta’ dawn il-pajjizi enermi gabu konfuzjoni u kaos totali fil-produzzjoni u distribuzzjoni ta’ ikel minhabba decizjonijiet u strategiji politici ghal kollox zbaljati.

Kien hemm gwerer u tragedji kefrien bhal dawk tal-Kambodja fejn ir-regim tal-Khmer Rouge ta’ PolPot qatel mat-tletin fil-mija tal-populazzjoni ta’ pajjizu u tal-Vietnam fejn aktar minn miljun ruh mietu kawza tal-konfuzjoni u l-mibgheda li gie rrizultat mill-kunflitt bejn il-Vietnam ta’ Fuq u l-Vietnma ta’ Isfel. Kien hemm wkoll il-qtil brutali li graw fl-Indonesja fejn tlett kwarti ta’ miljun ruh mietu meta gie suppress il-poplu meta qam kontra ir-regim li kienu jahkmu. Kien hemm ukoll l-massakri aktar ricenti tad-disghinijiet li graw fir-Rwanda fl-Afrika, u ohrajn fl-Afrika wkoll bhal tal-Angola, tal-Kongo, tas-Sudan, tal-Etjopja, tas-Samalia, tas-Sud Afrika, tar-Rhodesia, tac-Cad, tal-Algerija. Kemm mietu fil-Korea ta’ Fuq il-bambin biss jaf.
Li hu zgur hu li s-seklu ghoxrin, dak li ser jibqa’ mnizzel fl-istorja bhala s-seklu li gap mieghu l-akbar progress fil-medicina, fl-agrikoltura, u fix-xjenza u t-teknologija li bihom il-popli tad-dinja setghu jghixu ahjar, jghixu aktar u jmutu anqas, kien ukoll is-seklu ta’ l-akbar massakri u l-akbar numru ta’ mwiet li graw kawza tal-gwerer. Kien verament is-Seklu tal-progress u tad-dmugh.

Is-seklu l-Gdid

Issa dhalna fit-tielet millenju. Seklu gdid. Millenju gdid. Wara l-waqgha tal-hajt ta’ Berlin u l-waqgha tal-Kommunizmu u r-risorgiment ta’ tama gdida ghal zmien ta’ paci u progress li bhalu d-dinja qatt ma rat, ergajna bit-tidwien tal-gwerrer. Suppost li l-gwerra kontra t-terrorizmu li zvolgiet wara t-tragedja tal-11 ta’ Settembru 2001, u issa wkoll il-gwerra ppjanata kontra Saddam, jekk mhux ukoll kontra l-Korea, huma mahsuba biex jeqirdu t-theddid ta’ aktar gwerrer u aktar imwiet.

L-argument kollu hu li analizi tal-gwerrer tas-seklu ghoxrin juri li l-perm ta’ kollox dejjem ikunu estremisti li mhux vera jkollom il-poplu maghhom. Dettaturi u regimi ripressivi u setghat fanatici li jgennu n-nies u joholqu sistemi ta’ ripressjoni u abbuz li kwazi bilfors jirrizultaw bil-gwerrer u mwiet. Ghalhekk is-soluzzjonijiet mhux facli. X’taghmel tohloq gwerra, iggib l-inkwiet u l-imwiet biex tevita l-imwiet.

Zgur pero li d-dinja tghallmet hafna mit-tragedji tas-Seklu Ghoxrin. Zgur li l-Ewropej li baqghu jkaxxkru bil-gwerrer bhal dawk tal-Balkani wara il-waqgha tal-Jugoslavja u dawk bhal tac-Cecnja wara l-waqgha tal-Unjoni Sovjetika, m’ghandhom l-ebda entuzjazmu ghall-gwerrer. L-Ewropa nfniet bil-gwerrer tas-seklu ghoxrin.

Id-dinja kollha nfniet. Izda ahna rridu forsi nharsu aktar qribna u madwarna, ghalkemm id-dinja hi verament wahda. L-Ewropej halfu wara t-Tragedja tal-gwerra mondjali ta’ sittin sena ilu li ma jridux aktar gwerrer. Ghalhekk sar dak l-isforz kollu biex in-nazzjonijiet ewropej jinghaqdu u jitghallmu jghixu flimkien bhala familja bla fruntieri. Ghalhekk iddecidew li kundizzjoni importanti tas-Shubija b’mod jew iehor fl-Ewropa li qed tinghaqad hu t-twemmin fid-demokrazija u fil-liberta tal-popli li jiddeciedu huma. Ghalhekk regimi militari u movimenti estremisti qed isibuha bi tqila biex ikunu accettati.

Ahna f’pajjizna dan nifhmuh. Ahna nghozzu d-demokrazija taghna u l-gwerrer ibezzghuna. Ma rridux gwerrer u l-Maltin huma ta’ fehma wahda dwar dan. Li ghadna ma ftehmniex fuqu hu kif l-ahjar li nizguraw li pajjizna jkun imhares mit-theddid u l-abbuz li haddiehor ikbar minna jista’ jaghmlilna, u kif fl-istess waqt inkunu ahna li bla ebda xkiel niddeciedu.

J’alla niftehmu u s-soluzzjoni nsibuha. Ghax lil hinn minn kull gid u progress ekonomiku, is-serhan tal-mohh u li nghixu fil-paci u s-sigurta’, huwa akbar. Ghal Malti s-sliem hu l-akbar valur.



 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent