logo

Atlas Banner
Huwa b’sodisfazzjon kbir li llum qiegħed magħkom għal din il-Konferenza Nazzjonali. Bla dubju ta’ xejn, wieħed mill-ikbar suÄ‹Ä‹essi tal-Gvern immexxi minni kien il-liberalizzazzjoni tal-qasam tal-kummerÄ‹. Qiegħed ngħid dan hawn għax il-qofol ta’ dan is-suÄ‹Ä‹ess kontu intom. Intom li minkejja l-kliem ta’ dawk li bdew ibeżżgħu li l-kompetizzjoni mhix tajba għal Malta ikkompetejtu. Intom li minkejja l-kliem ta’ dawk li qalu li l-liberalizzazzjoni ser iÄ¡Ä¡ib il-qgħad, ħloqtu postijiet tax-xogħol għal ħaddiema Maltin. Intom li ma bżajtux u ħdimtu biex Malta ma baqatx maqfula fiha nnifisha. Matul is-snin ħdimna biex niżguraw li intom ikollkom kull għajnuna sabiex tgħelbu l-isfidi li Ä¡Ä¡ib il-kompetizzjoni.

 

Illum pajjiżna għandu sfida Ä¡dida. Hu importanti li jiÄ¡i enfasizzat li l-kwistjoni li għandna quddiemna hija waħda Nazzjonali. Il-poplu Malti dejjem għaraf il-mument li fih irid jiddeÄ‹iedi bħala poplu. Illum qed ngħixu fi żmien bħal dan. Hi deÄ‹iżjoni li l-poplu Malti jrid jieħu għaliex taffetwana lkoll, kemm jekk aħna mpjegati, kemm jekk aħna rtirati, kemm jekk aħna żgħażagħ, kemm jekk aħna nisa tad-dar. Iżda żgur u mhux lanqas, taffetwana jekk aħna self-employed jew proprjetarji ta’ negozji żgħar jew kbar. Hu x’inhu n-natura tax-xogħol li mmexxu, kemm jekk hu xogħol ta’ snajja jew trasport, xogħol ta’ biedja jew sajd, xogħol ta’ servizzi jew professjoni, u aktar u aktar xogħol ta’ intraprendenza u xogħol ta’ ħwienet.
Id-deÄ‹iżjoni li jrid jieħu pajjiżna fit-8 ta’ Marzu tolqot żgur u bil-kbir lil kull min qiegħed fin-negozju. Dawn forsi aktar minn kull settur ieħor iridu jiddeÄ‹iedu u jieħdu deÄ‹iżjoni tajba. Ilkoll flimkien in-negozji ż-żgħar ta’ pajjiżna jiffurmaw aktar minn disgħin fil-mija tal-intrapriżi tagħna, u jinkludi flimkien l-impjieg ta’ aktar minn ħamsa u għoxrin elf persuna. Għalhekk illum bla dubju ta’ xejn insejħulhom is-sinsla ta’ pajjiżna. Iż-żgħir tal-bieraħ hu l-kbir tal-lum, il-kbir ta’ għada hu ż-żgħir tal-lum. Intom li qegħdin fin-negozju ħobżkom, fluskom, l-interessi kollha tagħkom u ta’ dawk li jridu minnkom, il-familji tagħkom, il-ħaddiema tagħkom u x-xerrejja tagħkom, huma marbutin bil-kbir mal-futur ta’ pajjiżna.
Intom decision-makers. Min ma jkunx kapaċi jiddeċiedi sewwa fin-negozju ma jfendix. Intom li taħdmu għal raskom żgur ma tistgħux toqogħdu lura quddiem din id-deċiżjoni hekk importanti għall-futur tagħna lkoll. Ma tistgħux tħallu lil ħaddieħor jiddeċiedi għalikom u intom tibqgħu gallerija. Tridu tiddeċiedu.
Il-Gvern immexxi minni matul dawn l-aħħar snin ta l-akbar spazju possibbli lil kull min jirrappreżenta lin-nies li jaħdmu għal rashom bħala sidien tal-ħwienet u negozjanti, jew self-employed minn kull qasam, biex jikkontribwixxu direttament fil-preparazzjonijiet kollha li l-gvern kien qed jagħmel biex ikunu negozjati l-aħjar kundizzjonijiet għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Aħna qatt ma kellna dubju li s-sħubija ta’ Malta f’għaqda Ä¡enwina mal-pajjiżi ħielsa tal-Ewropa kienet ser issaħħaħna minn kull lat. Bis-sħubija ser immorru aħjar ekonomikament, ser insaħħu l-kultura tagħna, ser intejbu l-ambjent u l-edukazzjoni. Fuq kollox sħubija fl-Unjoni Ewropea ser tagħti aktar sikurezza lill-pajjiżna. Għalkemm dejjem emminna fl-ideali ta’ l-Unjoni Ewropea fhimna li rridu nirranÄ¡aw il-libsa sabiħa Ewropea biex toqgħodilna sewwa. L-iskop ewlieni tan-negozjati kien għalhekk biex ikun żgurat li dak li ma kienx joqgħodilna sewwa nirranÄ¡awh. NerÄ¡a’ ngħid: qatt ma kellna dubju dwar l-importanza u l-vantaÄ¡Ä¡ tas-Sħubija, xogħolna iżda kien li s-sħubija nagħmluha aktar soda.
Il-GRTU f’isimkom, sezzjoni sezzjoni, u settur settur rappreżentat minnha, flimkien mal-għaqdiet l-oħra li jirrapreżentaw lin-negozji ta’ pajjiżna, bħall-FOI, il-Kamra tal-KummerÄ‹ u l-MHRA, kif ukoll in-numru bla qies ta’ assoÄ‹jazzjonijiet li jirrapreżentaw oqsma differenti tal-firxa ta’ nies li jaħdmu għal rashom, kollha Ä¡ew ikkonsultati matul dawn in-negozjati. Mhux biss ikkonsultati u mistiedna jagħmlu l-analiżi tas-settur tagħhom u jipparteÄ‹ipaw direttament fit-tfassil tad-dokument li kien ippreparat għan-negozjati, iżda baqgħu jiÄ¡u kkonsultati sal-aħħar ukoll wara r-risposti finali mill-Unjoni Ewropea. Qatt fl-istorja ta’ Malta ma saret konsultazzjoni hekk wiesa’.
Min ma pparteÄ‹ipax f’dan l-eżerÄ‹izju enormi li fih ipparteÄ‹ipaw tant nies mhux faÄ‹li japprezza l-qabża ta’ kwalità li qed issir f’pajjiżna. Ma jistax jifhem li l-bidla l-aktar importanti li rridu nagħmlu bħala Maltin biex nipparteÄ‹ipaw bħala ugwali, b’ħila u bi dritt, f’din il-familja kbira tagħna Ewropeja diÄ¡à saret. Għalhekk, kull min hu f’sensih ma jistax jifhem kif għad hawn min qed jipprova jbeżża’ l-Maltin mill-bidla. DiÄ¡à bdejna mixjin, il-bidla diÄ¡à qed issir, b’konsultazzjoni mhux b’impożizzjoni u r-riżultati bdew jidhru. Ma jaqbel għal ħadd li issa nieqfu u nitfgħu kollox lura. U għalfejn? Għaliex?
Dawk kollha li pparteÄ‹ipaw magħna, ma’ kapijiet tad-dipartimenti u tal-awtoritajiet u korporazzjonijiet statali, tgħallmu x’inhi u kif taħdem l-Unjoni Ewropea. Dawn in-nies kollha fehmu li l-bidla f’pajjiżna bdiet. Jafu li r-ritmu beda u jkun ta’ ħsara jekk jitwaqqaf, u mhu interessat ħadd minnhom li jwaqqfu.
F’dawk il-laqgħat ta’ konsultazzjonijiet ix-xogħol sar b’reqqa kbira. Ä ie studjat kull pass, sar analiżi ta’ settur settur tax-xogħol li qatt qabel pajjiżna ma ra bħalu. Qed jitwaqqfu istituzzjonijiet, isiru liÄ¡ijiet Ä¡odda u jinbidlu regolamenti li dwarhom sar ftehim. Sar ftehim għaliex huma kollha immirati biex nibdlu l-mod kif sal-lum saru l-affarijiet f’pajjiżna. Saru fuq mudell, dak tal-Unjoni Ewropea, dak il-famuż acquis komunitarju, li mhu xejn għajr l-esperjenzi u l-kompromessi ta’ dak kollu li Ä¡ie miftiehem mill-Imsieħba SoÄ‹jali Ewropej. U mhux qed isiru għax imposti minn xi ħadd. Qed isiru għax l-Imsieħba SoÄ‹jali, flimkien mal-Gvern, qed jaqblu fuq x’inhu l-aħjar interess ta’ pajjiżna.
Għax fl-Unjoni Ewropea m’hemmx xi gvern li jimponi. Hemm istituzzjonijiet immexxija minn nies nominati mill-gvernijiet eletti mill-popli ta’ pajjiżi msieħba, kollha gvernijiet eletti demokratikament. Kull deÄ‹iżjoni, direttiva u regolament li jgħaddu hi frott tal-konsultazzjoni. Skond it-Trattat ta’ Ruma li hu l-pern li jħaddem is-sistemi kollha tal-Unjoni Ewropea, l-Imsieħba SoÄ‹jali, b’mod partikolari r-rappreżentanti tas-Sidien u tal-Ħaddiema, u dawk tas-SoÄ‹jetà ÄŠivili, inklużi s-self-employed u proprjetarji ta’ negozji żgħar, iridu bilfors ikunu konsultati.
Din il-bidla lejn is-sistema aktar parteÄ‹ipattiva, bbażata fuq sistemi u regolamenti li jirregolaw u jgħassu wieħed lil ieħor biex l-ebda settur, hu x’inhu, ma jinqatax u ma jkunx eskluż, diÄ¡à bdiet taħdem f’pajjiżna. Mhux il-Gvern immexxi minni wettaq dan. Wettaqnih aħna lkoll flimkien. Il-mexxejja tal-għaqdiet tagħkom jafu x’jien ngħid, u kollha mill-kbir saż-żgħir ħadmu kemm felħu biex wasalna fejn wasalna.
Dan ix-xogħol kollu għamilnieh flimkien għax nemmnu li flimkien irridu nieħdu postna fejn jixirqilna. Tinħass ma’ dawk kollha li ħadmu fil-MEUSAC u fl-attivitajiet kollha ta’ konsultazzjoni. Pero m’għamilniex hekk għax rajna l-gwadann partikolari tagħna. Bħala individwi għamilnieh għax tgħallimna flimkien li pajjiżna jixraqlu u hu kapaÄ‹i jinbidel għall-aħjar. Huma dawk li rrifjutaw li jipparteÄ‹ipaw fil-proÄ‹ess li issa qed jippruvaw ibeżżgħu. Huma dawk li ma riedux din il-bidla għall-aħjar li qegħdin ngħixu, li issa jriduna lkoll inħottu dak li aħna flimkien bnejna b’tant għaqal u bżulija. U nħottuh għalfejn?
Biex immorru fejn? NerÄ¡għu lura ma nistgħux. Kien tajjeb kemm kien tajjeb dak kollu li għamilna lkoll flimkien b’suÄ‹Ä‹ess mill-Indipendenza ’l hawn issa wasal fiż-żmien tiegħu. Il-figuri ekonomiÄ‹i qed juru biÄ‹-Ä‹ar li pajjiżna jrid żbokk Ä¡did. Il-Gvern qed jagħmel dak kollu li hu possibli biex ikabbar l-ekonomija u joħloq opportunitajiet Ä¡odda, u l-Ä¡id u t-tkabbir tan-negozji matul dan l-aħħar sittax-il sena kollha jixhdu li Malta qatt ma rat daqshekk Ä¡id. Irridu nkompluh dan ir-ritmu ta’ Ä¡id. Biex jitkompla, iżda, l-ekonomisti qed jgħidulna, irridu żbokk Ä¡did.
Tkellem il-gvernatur tal-Bank ÄŠentrali tal-lum, tkellmu l-gvernaturi tal-Banek ÄŠentrali ta’ qablu, kemm Francis Vassallo li għamilnieh aħna, kif ukoll Lino Spiteri li mexxa l-Bank ÄŠentrali għal tant snin taħt Gvern Laburista. Tkellmu l-ekonomisti kollha ta’ esperjenza f’pajjiżna. Kollha kelma waħda, li Malta biex timxi aktar `l quddiem, issaħħaħ lilha nnifisha bħala nazzjon u ssaħħaħ l-ekonomija tagħha, trid żbokk Ä¡did. Dan l-iżbokk hu identifikat b’mod l-aktar Ä‹ar mill-esperti kollha li qabbadna aħna u li qabdu l-għaqdiet li jirrapreżentaw in-negozji, il-kummerÄ‹ u l-industriji inklużi l-GRTU. Kollha fehma waħda: Malta biex tkompli tissoda trid tingħaqad fl-Unjoni Ewropea. Is-sistemi tal-Unjoni Ewropea huma tajbin għal Malta. IÄ¡ibu magħhom aktar serjetà fit-tħaddim tal-ekonomija, jħaddnu forom li huma aktar konsultattivi u parteÄ‹ipattivi, jesprimu aktar fiduÄ‹ja, jkattru l-kummerÄ‹ u jkattru x-xogħol.
L-istudju ekonomiku dettaljat instigat mill-għaqdiet tal-kummerÄ‹ u l-industrija stess, dak maħdum mill-ekonomista ta’ fama internazzjonali, il-Professur Bayar, juri biÄ‹-Ä‹ar li Malta fl-Unjoni Ewropea tkabbar bil-kbir il-kummerÄ‹. Il-Professur Bayar juri fid-dettal kif jiżdied l-infieq, jogħla bil-kbir il-livell ta’ konsum f’pajjiżna u dan għaliex l-ekonomija titħaddem aħjar, jinÄ¡ieb aktar investiment minn barra, jikbru s-setturi kummerÄ‹jali u industrijali u t-turiżmu f’pajjiżna, u jinħoloq aktar xogħol.
Juri kif bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta tkun tista’ tgawdi mir-rata ta’ żvilupp tal-ekonomija nazzjonali tagħha b’żieda ta’ ħamsa punt disgħa fil-mija fuq ir-rata li kapaÄ‹i nwettqu waħedna jekk ma nidħlux. B’din ir-rata ta’ żvilupp hekk qawwi, nkunu nistgħu nieħdu ħsieb aħjar il-problema tad-dejn nazzjonali, inkunu nistgħu nsolvu darba għal dejjem il-problema tal-Budget Deficit bla ħtieÄ¡a ta’ aktar taxxi. B’rata qawwija ta’ żvilupp inkunu nistgħu ngħollu l-istandard of living tagħna mingħajr ħtieÄ¡a ta’ piżijiet fiskali Ä¡odda.
Il-Professur Bayar, u rapporti oħra li saru, kejlu wkoll l-alternattiva, dik li nibqgħu kif aħna b’association agreement, jew kif qed isejħulha issa ‘Partnership’. Huma x’inhuma l-kundizzjonijiet fi ftehim bħal dan, bilfors li jkunu nferjuri għal dak li akkwistajna lkoll flimkien. Kull espert li tkellimna miegħu, ekonomisti Maltin u barranin, industrijalisti ta’ fama u esperti minn kull qasam tax-xogħol, kollha fehma waħda. M’hemmx paragun bejn sħubija u din li qed tissejjaħ ‘Partnership’. Jgħidulna l-awtorijtajiet u kapijiet kollha ta’ gvernijiet li tkellimna magħhom. M’hemmx paragun. Il-Professur Bayar fl-analiżi tiegħu wera wkoll biÄ‹-Ä‹ar kif il-kummerÄ‹ f’kull qasam jibqa’ staÄ¡nat u ma jikbirx, jekk flok sħubija nibqgħu kif aħna kif fil-fatt isir f’Partnership. Dan għaliex ma jkunx hemm l-iżbokk li l-ekonomija Maltija għandha bżonn. Bla żbokk Ä¡did il-kummmerÄ‹ ibati. Bi sħubija l-kummerÄ‹ jikber bil-kbir.
Għalhekk, ħbieb tiegħi, ngħidilkom li intom li tridu mill-kummerÄ‹, intom li tridu mit-tkabbir tal-ekonomija, m’għandkomx għażla. L-għażla għalikom żgur li hi waħda: sħubija fl-Unjoni Ewropea llum qabel għada. Kieku qed tqisu biss ix-xogħol tagħkom, u l-Ä¡id tan-negozju tagħkom, tal-familji tagħkom u tal-impjegati tagħkom, diÄ¡à hu biżżejjed biex tgħidu ‘IVA’.
Iżda barra dan kollu hemm l-interess nazzjonali. Pajjiżna jixraqlu jieħu postu fl-Ewropa Waħda. Aħna l-Maltin soffrejna tant biex l-Ewropa llum hi ħielsa mill-biża tal-gwerra. Xerridna demmna biex l-Ewropa ħelset minn tant terrur li minn żmien għal żmien ħakem il-Kontinent Ewropew matul is-sekli. L-akbar terrur forsi tas-seklu l-ieħor, in-Naziżmu u l-Faxxiżmu. Aħna li naqsmu ma’ l-Ewropej il-valuri tagħna kulturali, ta’ libertà u ta’ demokrazija, ta’ ħajja fis-sigurtà u ta’ serħan il-moħħ, kif jista’ jkollna qalb ngħidu LE għal din l-opportunità tad-deheb li ħdimna għalih ilkoll. Kif jista’ jkun li, meta f’April li Ä¡ej id-disgħa pajjiżi l-oħra li bħalna ħadmu biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea jiffirmaw it-Trattat tas-Sħubija tagħhom fl-Unjoni Ewropea, aħna nkunu l-uniku pajjiż li ma nkunux hemm. Kif jista’ jkun li aħna ma nkunux hemm bi dritt f’jum ta’ festa hekk kbira għal Ewropej kollha.
Alla ħabbna lilna l-Maltin. Tagħna opportunità tad-deheb għal futur mill-aqwa. Kif jista’ jkun li ngħidu LE. Għalhekk ngħidilkom l-għażla hi waħda: dik ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea. Nixtieqkom ħbieb tiegħi li toħorÄ¡u minn hawn konvinti li fit-8 ta’ Marzu tagħmlu dmirkom. Il-vot IVA tagħkom tibqgħu tiftakruh għal għomorkom kollu. Tiftaħru fis-snin li Ä¡ejjin, intom stess u ma’ uliedkom, li meta l-Maltin intalbu biex jiddeÄ‹iedu, intom kontu hemm. Li intom dmirkom għamiltuh. Li intom kontu hemm u għedtu IVA.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent