logo

Atlas Banner
Eccellenza, kelliema mistiedna u hbieb. Nirringrazzjakom jien ukoll li gejtu hawn dalghodu. Il-GRTU ghan-nom taghkom hadet din il-kwistjoni tal-Unjoni Ewropeja bl-akbar serjeta’ sa mill-bidu nett. Kien hemm zmien meta l-Kunsill tal-GRTU kien iddecieda, hafna qabel ma Malta dahlet fid-dettal ta’ xi tfisser Shubija fl-Unjoni Ewropeja, li jkun ahjar li Malta taghmel parti minn dik li kienet tissejjah il-Komunita’ Ewropeja. Dan kien fi zmien meta l-principju tal-liberalizazzjoni tal-kummerc ma kienx ghadu gie accettat mill-partiti politici kollha Maltin u mill-imsiehba socjali kollha. Kien zmien meta n-negozjant Malti hass il-futur tieghu mhedded b’mizuri li kienu qed jittiehdu u li fl-opinjoni tal-kummercjanti u tal-mexxejja taghhom kienu mhux biss qed irazznu il-kummerc izda kienu ta’ theddida ghal futur ta’ pajjizna bhala stat fejn il-kummerc hieles seta’ jahdem, jikber u jaghti sehmu biex ikabbar il-gid tal- pajjiz.

 


Fortunatament ghalina lkoll izda, dak iz-zmien ghadda, illum kulhadd jaccetta l-principji ta’ ekonomija bbazata fuq it-thaddiem tas-suq hieles bl-anqas intervent mill-istat u fejn l-imsiehba socjali jinghataw spazju shih biex jahdmu ghal gid tal-pajjiz. Il-lum filwaqt li l-GRTU ghadha thares lejn l-Unjoni Ewropeja bhala forza kbira u qawwija fid-dinja favur id-demokrazija u l-valuri ta’ liberta fil-kummerc u thaddiem tar-regoli tas-suq hieles li huma principji fundamentali u gheziez hafna ghall-GRTU u l-imsiehba taghna. Il-GRTU illum m’ghadhiex tqies li hemm htiega, akkost ta’ kollox, li nkunu fl-Unjoni Ewropeja, bhala salvagwardja ghad-drittijiet taghna bhala negozjanti.

Il-GRTU ghadha temmen izda, li jkun ahjar ghal pajjizna li jkun hemm tarka li tipprotegi lill-kummercjant Malti pero dan mhux necessarjament billi Malta tissieheb fi blokk ekonomiku regjonali. Ifisser dan allura li l-GRTU daret kontra s-Shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, jew l-GRTU tqies li s-Shubija mhux tajba ghall- businessman Malti. Le, mhux dan li qed tghid il-GRTU. Il-GRTU matul dawn l-ahhar snin, kemm ilhom li bdew bis-serjeta’ l-preparattivi ghas-Shubija hassitha libera bhala Korp Kostitwit Nazzjonali ewlieni li tersaq ghal ezercizzju twil u dettaljat ta’ konsultazzjoni kemm f’Malta kif ukoll fi Brussel, bla ebda pregudizzju favur jew kontra. Il-GRTU bl-aktar mod oggettiv u pozittiv rat l-ewwelnett x’kien l-ahjar interess tal-membri taghha u tas-setturi rapprezentati minnha b’mod generali u wara dahlet ukoll fid-dettal ta’ x’kien jaqbel settur, settur.

B’mod generali il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU elenka principji fundamentali li fuqhom ibbaza l-konsultazzjonijiet kollha u zgura li fil-konkluzzjoni ta’ kull Kapitlu negozjat, dawn ikunu addottati. Il-GRTU ibbazat fuq dan:

ï‚· Liberta ghas-self employed u s-sid tan–negozju Malti li jahdem bla xkiel u li jezercita’ l-professjoni tieghu
ï‚· Harsien tan-negozjant Malti mill-abbuzi ta’ dumping, operat ta’ nies bla licenzja, operat minn nies bla kwalifika u kull abbuz iehor li jxekkel il-kompetizzjoni gusta fis-suq intern Malti.
ï‚· Thaddiem ta’ sistema li filwaqt li tgholli l-istandards ma tohloqx rigidita zejda u pizijiet bla bzonn.
ï‚· Holqien ta skemi ta’ assistenza finanzjarja, agevolazzjonijiet fiskali, u fejn hemm bzonn progetti biex s-setturi li jistghu jintlaqtu hazin isibu l-mezzi biex jaddottaw u jizviluppaw.
ï‚· Holqien ta’ instituzzjonijiet u skemi biex is-self employed u n-negozjant Malti jkabbar il-kummerc tieghu u jkun jista’ jiffaccja kull kompetizzjoni gejja minn fejn hi gejja.
ï‚· Skemi u ghajnuniet biex matul is-snin in-negozjant Malti jkun f’pozizzjoni li jizviluppa l-intrapriza tieghu biex jiehu l-vantaggi kollha li jinfethulu hekk kif Malta tissieheb fis-Suq Wiehed kbir Ewropew.
ï‚· Ghajnuna lill-GRTU u ghaqdiet ohra li jirraprezentaw lis-self employed u lin-negozjant Malti biex jinholqu skemi godda ta’ tahrig u skemi godda li jwasslu l-entrepreneur Malti biex juza l-aktar sistemi moderni ta’ komunikazzjoni elettronika li jghinuh ifendi fuq l-istess livell tan-negozjanti l-ohra Ewropej.
ï‚· Assigurazzjoni li ma jsirux skemi li minnhom jabbuzaw il-ftit biex jikkompetu ngustament fis-suq Malti kontra n-negozji zghar Maltin.
ï‚· Fuq kollox assigurazzjoni li l-Gvern isib tarf tal-problemi finanzjarji tieghu billi jgib finanzjamenti adekwati mill-Unjoni Ewropeja biex tkun finanzjata l-bidla u r-ristruttura mehtiega minghajr ma jkompli jghabbi aktar taxxi fuq in-negozjant Malti.
ï‚· Koperazzjoni mill-Awtoritajiet kollha tal-Gvern biex is-self employed u n-negozjant Malti jinghata kull opportunita’ u zmien bizzejjed biex ilahhaq mal-bidla.

Il-GRTU hadmet bla gheda settur, settur u ppartecipat f’aktar laqghat differenti tal-MEUSAC minn kull ghaqda ohra nazzjonali. Mijiet ta’ membri taghna ppartecipaw f’dan l-akbar ezercizzjoni ta’ konsultazzjoni li qatt sar f’pajjizna. Idealment dan il-process kellu jsir fuq medda ta’ xi ghaxar snin izda sfortunatament sar biss fuq perjodu qasir ta’ dawn l-ahhar ftit snin. Pero, hu ta’ sodisfazzjon ghalina li wara tant sieghat ta’ konsultazzjoni, studji, laqghat u negozjati, fl-ahhar pajjizna ghalaq in-negozjati kollha ma l-Unjoni Ewropeja. L-esperjenza kollha kienet wahda pozittiva. Dan ifisser li l-pakkett in-negozjat mill-Gvern hu tajjeb jew li hu tajjeb ghal kulhadd? Din hi mistoqsija difficli hafna. Li tghid il-GRTU hu, li fil-kuntest ta’ dak li kien possibli li jintlahaq, il-principji li fuqhom ahna bnejna l-proposti u s-submissions taghna ntlahhqu u ghal setturi partikulari r-rapprezentati minna saru ukoll arrangamenti specjali. Il-GRTU illum qed tghid li aktar milli gudizzju fuq il-pakkett negozjat, in-negozjant Malti ghandu jiddeciedi dwar kemm ghandu fiducja fil-hila tas-settur pubbliku li jhaddem l-iskemi kollha ta’ assistenza u support biex minn issa l’hemm dak li ghandu jsir jsir. Dan hu commitment li l-GRTU ser tesigi bil-kbir.

Il-GRTU m’ghandha l-ebda dubju li jekk l-poplu Malti jiddeciedi li jiehu it-triq tas-Shubija fl-Unjoni Ewropeja, li s-self employed u n-negozjant Malti jkun lest li jilqa l-isfida u jasal biex ikattar il-gid tieghu ghalih, ghal familja tieghu u ghal l-impjegati tieghu, u li fuq kollox jghin fit-tkattir tal-gid ta’ pajjizna. Izda nalludu ruhna jekk nahsbu li dan in-negozjant u l-imprenditur Malti jista’ jaghmlu wahdu. Il-Gvern li ser imexxi lill-Malta jekk ser nissiehbu, irid ikun dinamiku u kapaci li jhaddem b’kapacita kbira s-sistemi kollha u l-iskemi kollha ta’ support li jkunu disponibbli ghan-negozjant u s-self emloyed Malti. L-entrepreneur Malti, aktar minn qatt qabel irid ixammar u jkun lest ghal l-isfida. Dan lilna u lill-imsiehba taghna ma jbezzaghnix. Izda l-isfida irridu niffaccjawha flimkien, settur pubbliku u settur privat flimkien u msiehba socjali, employers u trade Unons, flimkien. Jekk nibqghu bil-marda tradizzjonali taghna li naha ma tafdax lill-ohra u wahda tghid mod u naha ohra tghid iehor ma naslux u hafna jbatu.

Illum il-GRTU mhux tghid lil-membri u lis-setturi rapprezentati minnha, li Shubija fl-Unjoni Ewropeja hi l-unika ghazla. Il-Kunsill Ezekuttiv u l-Laqgha Generali ddecidew li jhallu d-decizjoni ahharija f’idejn is-sidien tan-negozji ndividwali. Dawn huma decision-makers u allahares m’humiex kapaci jiddeciedu huma x’inhu l-ahjar ghalihom. Il-GRTU izda, mhux qeghda gallarija. Il-GRTU qed tghin l-imsiehba taghha sezzjoni, sezzjoni biex dawn ikunu jistghu jaslu ghal konkluzzjoni taghhom.

Il-GRTU tqis li din il-kwistjoni mhix wahda biss ta’ natura ekonomika. Id-decizjoni ta’ Shubija fl-Unjoni Ewropeja hi wahda li tolqotna hafna bhala self-employed u negozjanti Maltin izda hi aktar minn hekk. Din l-kwistjoni hi munita b’zewg ucuh. Fuq naha wahda hemm l-aspetti ekonomici, kummercjali, industrijali u ta’ xoghol u ta’ thaddim tas-suq hieles. Fuq in-naha l-ohra hemm il-kwistjonijiet l-ohra: l-kwistjoni tas-sovranita’ u tan-newtralita’ u r-rabtiet li l-poplu Malti jrid li jkollu ma’ din l-familja kbira ta’ pajjizi Ewropej li bhalna batew mit-tifrik tal-ahhar gwerra u li bhalna jhaddnu l-principji ta’ demokrazija u liberta’, u l-kwistjoni kollha tas-sigurezza u d-difiza ta’ pajizna u l-harsien kulturali u ambjentali taghna.

Il-GRTU tqis li ghandha kompetenzi u hu l-obbligu taghha li tezercita dawn il-kompetenzi fuq l-ewwel naha tal-munita, dawk kummercjali, ekonomici u finanzjarji. Fuq dawn il-GRTU qed titkellem u titkellem bla tlaqliq. Fuq il-kwistjonijiet l-ohrajn ghalkemm ahna Malti b’responsabilta’ ghandna opinjonijiet, ma nhossux izda li hi il-kompetenza taghna li naghtu pariri. U ghalhekk li ahna qed inhallu il-gudizzju totali dwar is-Shubija f’idejn l-imsiehba ndividwali.

Xtaqna u ghamilna hilitna kollha biex inwasslu l-mexxejja politici ta’ pajizna u l-imsiehba socjali halli jaqblu fuq x’inhi l-ahjar ghazla ghal pajjizna. Mhux tort taghna u ta’ l-ebda Korp Kostitwit li dan ma sarx. Id-dwejjaq taghna illum, infatti huma li jekk pajjizna qieghed f’salib it-toroq, il-poplu illum hu mifrud. Kieku hu mifrud fi zminijiet tajbin, kieku forsi mhux tant ta’ inkwiet. Il-kerha izda hi li pajjizna illum qieghed fi stat li ma jistax jibqa fih aktar.

Pajjizna llum ghandu problemi ekonomici serji. Id-dejn nazzjonali lahaq livelli allarmanti. Jekk mhux ser niehdu decizjonijiet serji dan ser jibqa’ tiela b’dannu ghalina lkoll u ghal uliedna. Id-deficit fil-finanzi pubblici mhux vera li qed jissewwa u dan qed johloq sitwazzjoni kerha ghax kull sena il-gvern jrid jaghsar is-settur privat aktar, jrid jiddejjen aktar u l-ekonomija Maltija ma tistax ghalhekk tikber b’ritmu ta’ tkattir akbar. Fis-sena 2001 waqajna f’ricessjoni li bil-mod qed ninqalghu minnha. Biex pajjizna jsewwi l-problemi li ghandu jrid aktar investiment u jrid izid bil-kbir il-produzzjoni nazzjonali. Hu biss bit-tkattir ekonomiku ta’ aktar minn 4% f’termini reali fis-sena fuq medda ta’ snin li nistghu nibdew ikollna s-surpluses li l-ekonomija Maltija ghandha bzonn biex nibdew inrazznu u nnaqqsu d-dejn nazzjonali. Hu biss bit-tkattir ekonomiku fuq livelli hafna aktar gholja minn dawk li Malta hi kapaci tohloq illum bil-kapacitajiet eziztenti li nistghu naslu biex nsolvu darba ghal dejjem il-problema enormi tad-deficit pubbliku.

L-ahwa, ejjew ma nalludux ruhna. Pajjizna ghandu problemi kbar. Dawn il-problemi mhux ser nsolvuhom jekk mhux ser nsibu zbokk gdid ghal ekonomija Maltija. Mill-Independenza sal-lum morna tajjeb hafna. Issa qisu li ghasarna kull possibilita’ li ttina aktar tkabbir u dhalna fi sqaq. Bilfors irridu nohorgu minn dan l-isqaq. Ghalhekk id-deficit. Ghalhekk id-djun. Ghalhekk il-cash flow problems. Dan il-pajjiz irid zbokk gdid. Irridu bilfors niddeciedu. Iz-zmien hu kontrina. Haddiehor qieghed jiddeciedi u ser jaqdef il-quddiem. Waqt li m’ahniex niddeciedu l-incertezza dwar il-futur ta’ pajjizna qed tkompli tkissirna. Irridu niddeciedu, u minn imexxi jrid iwettaq ir-rieda taghna.

Il-GRTU talbet studji ekonomici dwar l-impatt tal-ghazliet li ghandu quddiemu l-poplu. Dawn il-gvern m’ghamilhomx u l-ghaqdiet li jirraprezentaw il-kummerc u l-industrija ghalhekk ghamluhom huma. Ir-rapport ekonomiku nkarigat mill-Korpi Kostitwiti u mfassal mill-ekonomist ewlieni l-Professur Ali Bayar juri li meta pajjiz, hu liema hu, u jekk b’mod partikulari jkun pajjiz ckejken bhal Malta meta jissieheb b’mod intelligenti suq regjonali kbir u l-pajjiz jilliberalizza u jirristruttura l-ekonomija biex ifendi f’dan is-suq, l-ekonomija tal-pajjiz tikber b’rati ta’ tkabbir hafna akbar milli kieku l-pajjiz jibqa jfendi ghar-rasu, wahdu. Dan hu gudizzju importanti hafna ghal pajjizna.

Dan il-cost/benefit analysis dwar is-Shubija ta’ Malta fis-suq wiehed Ewropej flimkien mal-kompetituri taghna mill-pajjizi tal-Lvant u c-Centru tal-Ewropa jgib mieghu bl-aktar mod car li s-Shubija ta’ Malta f’dan is-Suq ikollha l-effett tat-tkattir sostanzjali fir-ritmu ta’ zvulupp ta’ pajjizna. Dan l-istudju juri li jekk nibqghu kif ahna l-ekonomija taghna tibqa’ tkarkar u ma tikbirx bizzejjed waqt li s-Shubija fis-suq singolu kbir Ewropew iggibilna opportunitajiet godda. Dawn l-opportunitajiet jirrizultaw f’livell ta’ nfieq aktar fis-suq intern Malti, aktar flus fl-idejn u zieda konsistenti fil-livell generali ta’ konsum u fid-domanda ghas-servizzi u prodotti tan-negozjant Malti. Prof. Bayar ikejjel ukoll l-alternattivi u ma jqies li dawn huma ta’ paragun ma’ dawn il-konkluzjonijiet.

Sfortunatament m’ghandniex studji ohra ekonomici ta’ kwalita li fuqhom nistghu noqoghdu. Ghalhekk ahna qed nghidu abbazi tal-informazzjoni li ghandna quddiemna li l-isfidi u l-bidliet li ghandna quddiemna ma jbezzughniex u hu ghalhekk li ahna m’ahniex bl-ebda mod naqtghu nifisna jew mbezzghu lill-imsiehba taghna. Ahna certi minn haga wahda: jekk pajjizna ma jsibx l-izbokk li ghandu bzonn, kif ahna ser naslu.

Illum gibnilkom hawn kelliema tal-ghola livell biex jghinukom taslu ghal-konkluzzjoni gusta. Il-kelliema mill-Euro Commerce, mill-UEAPME u mill-hbieb taghna tal-Portugal huma ta’ l-ghola livell. L-istess ir-rapprezentanti tal-Kummissjoni Ewropeja. Il-mexxejja Politici Maltin fl-ahhar jghaddulna l-gudizzju taghhom. Isimghu u saqsu. Il-parir tal-GRTU hu: ghamlu il-kalkoli taghkom, iddeciedu, u fit-8 ta’ Marzu 2003 esprimu bic-car d-decizjoni taghkom. Nawguralkom nofs ta’ nhar ta’ sodisfazzjon. Nirringrazzjakom li gejtu taqsmu maghna dan il-Hadd u nirringrazzja lill-kollegi tieghi fil-GRTU u lill-dawk kollha li ghenuna biex din l-okkazzjoni tal-lum tkun possibli.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent