logo

Atlas Banner
Il-Hajt ta’ Berlin
Dak li gara nhar il-Hamis fl-MCESD jinkwieta hafna li jixtiequ jaraw ix-xena tar-Relazzjonijiet industrijali ta’ pajjizna tinbidel. M’hemm l-ebda dubju li ghad ghandna nies kemm fuq in-naha tal-employers kif ukoll fuq in-naha tat-trade unions li jaraw id-dinja b’mod mill-aktar imtappan. Qiesna ghadna fid-dinja ta’ qabel il-waqa’ tal-Hajt ta’ Berlin. Illum id-dinja nbidlet. Inbidlet aktar wara l-waqa’ tat-Twin Towers fil-11 ta’ Settembru. Malta m’hiex maqtugha mid-dinja. Ir-retorika tal-bierah m’ghadiex tghodd. Pajjizna hu zghir wisq biex ma naqdfux ‘il quddiem anke qabel jaqdef haddiehor.

0
0
0
s2sdefault
Il-Forum Mondjali
Din is-sena l-Forum Mondjali Ekonomiku – The World Economic Forum, il-Konferenza Annwali tal-kbarat tal-finanzi, tal-ekonomija u tal-politika internazzjonali li s-soltu ssir fl-iski resort ta’ Davos, fl-Izvizzera, saret minflokk fi New York, bhala att ta’ solidarjeta’ mal-vittmi tal-11 ta’ Settembru. Wiehed jista’ jimmagina x’sigurezza enormi kien hemm fi New York biex, l-ewwelnett ma jergax jigri dak li gara f’Davos s-sena l-ohra meta d-dimostranti ta’ kontra l-globalizazzjoni litteralment ghamlu gwerra lill-pulizija Svizzera, u t-tieni biex New York, wara l-frakass u t-tragedja li sofriet, ma tergax taqa’ fl-inkwiet u n-niket.

0
0
0
s2sdefault
Inflazzjoni
Malta llum ghaddejja minn fazi ta’ zieda fl-inflazzjoni, sena fuq sena ta’ 4.67%. Jekk l-inflazzjoni titiehed bhala medja ta’ tnax il-xahar li ghaddew din turi cifri ta’ 3.27%. Jigifieri l-inflazzjoni qabzet ir-rata li fuqha wiehed jistenna aggustament fil-pagi mal-ewwel. Il-problema hi li r-rata ta’ inflazzjoni bhal din normalment tintlahaq meta l-ekonomija tkun ghaddejja minn boom u jkun hawn tant flus fl-idejn u nuqqas ta’ haddiema disponibbli ghax-xoghol li l-pressjoni fuq iz-zieda fil-prezzijiet u l-pressjoni fuq iz-zieda fil-pagi tohloq rata ta’ inflazzjoni qawwija. Ekonomija bhal ta’ Malta li r-ritmu taghha niezel mhux suppost illi turi rati ta’ inflazzjoni bhal ma qed turi llum.

0
0
0
s2sdefault
It-Tikka tajjeb il-bqija le
Ghad baqa’ xi wahdiet jghixu fis-shab li jghidu li l-ekonomija Maltija mhiex f’inkwiet kbir. Jduru u jdawwru biex jevitaw il-kelma ricessjoni. Mhux hekk jitkellem kull min imiss mal-intrapriza. U hi x’inhi l-intrapriza. Ghal ftit li sejrin tajjeb hemm l-ohrajn kollha li sejrin hazin. Artikolista f’gurnal lokali bl-ingliz semma l-istorja tat-teacher li fuq screem kollu abjad wera tikka zghira sewda fin-nofs u saqsa lill-istudenti tieghu x’inhuma jaraw. Kollha sfurzaw biex jippruvaw jghatu xi risposta intelligenti, izda ghalxejn. Kollha taw l-istess verdett; tikka sewda fuq screen kbir abjad. It-teacher fl-ahhar qallhom li kollha rawha hazin. Li kienu qed jaraw kien screen kbir abjad li fuqu hemm biss tikka zghira sewda.

0
0
0
s2sdefault
Pjan Nazzjonali
Mela issa dalwaqt ser ikollna il-Pjan Nazzjonali tal-Izvillup. Biex Malta timxi ‘l quddiem lejn s-shubija fl-Unjoni Ewropea Malta trid bilfors tfassal u timplimenta l-Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp. Malta dejjem ghandha bzonn ta’ Pjan ta’ Zvilupp u meta kellha Pjan u haddmitu ma marritx hazin. Izda imbaghad f’daqqa wahda dahlet il-mentalita’ li nistghu nghaddu minghajr ippjanar tal-izvilupp. Ma rridx noqghod niftah u nsemmi kemm morna tajjeb bla Pjan ta’ Zvilupp. Bizzejjed inharsu madwarna. Bizzejjed nitkellmu ma min qieghed fl-intrapriza. Bizzejjed naqraw x’jghidu fuq pajjizna r-rapporti li jinkitbu dwarna. Imma ejja ma nidhlux f’din il-kontroversja. Issa li ser ikollna Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp u jidher li la jriduha ta’ Brussels m’hemmx aktar argument jekk il-Pjan hux mehtieg jew le. Hux ta’ min jaghmlu jew le. Issa bdejna nahdmu fuqu. Ser ikun lest fiz-zmien li jridu Brussels. Tajjeb jew hazin issa ta’ lanqas ser naccettaw li Pjan jaghmel sens. S’intendi jekk ikun Pjan tajjeb. Naraw issa x’ikun dan il-Pjan.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent