Mhuh Miftuha
Haga li ttini pjacir meta nithallat
maz-zghazagh fuq grokk tal-Milied jew waqt xi diskussjoni bejn il-hbieb, hi kemm
hawn min jaf ihares lil hinn mill-medjokrita’ ta’ l-argumenti li ta’ kuljum
nisimghu fuq ir-radjijiet taghna. Aktar iva milli le, hafna argumenti li johorgu
bis-sahha tas-sistema tat-telefonati fuq ir-radjijiet huma argumenti b’doza
qawwija ta’ politika u ta’ pregudizzju. Mhux hekk izda meta toqghod bil-qedgha
maz-zghazagh intelligenti li llum fortunatament ghandna hafna minnhom. Tajjeb
infatti li l-politici jindunaw li ghalkemm imzazen baqa’ hafna, u baqa’ hafna
nies ta’ mohh maghluq, in-numru ta’ dawk li juzaw mohhhom, jahsbuha u joghmoduha
qabel jghiduha u qabel jiddeciduha, qieghed dejjem jikber.
Read more: Dinja li qed tinbidel