logo

Atlas Banner
Bhalissa huma hafna l-ekonomisti li qed jippruvaw jikkalkulaw x’jista` jkun l-effett fuq l-ekonomija tad-dinja u tad-diversi pajjizi wara gwerra ohra bejn l-Istati Uniti u l-allejati taghhom kontra l-Iraq. Dawn l-argumenti zdiedu aktar wara d-diskors qawwi tal-President Bush lill-Assemblea Generali tal-Gnus Maqghuda fejn wera bic-car li l-Istati Uniti lesta ghall-gwerra jekk l-Iraq ma jaccettax il-kundizjonijiet kollha li l-President Bush indika lill-Gnus Maqghuda.

0
0
0
s2sdefault
Il-BICC
Bhala membru fundatur tal-Kunsill Konsultattiv ghall-Industrija tal-Bini (il-BICC) xejn ma jaghtini sodisfazzjoni aktar milli nara kif dan il-kunsill mexa ‘l quddiem u ghamel volum kbir ta` xoghol. Dnub li hafna mix-xoghol ta` dan il-Kunsill jibqa` ma jkunx implimentat mill-gvern. Dnub ukoll li dak li jkun implimentat jiehu tant zmien. Dan hu Kunsill li hadem sewwa kemm taht l-ewwel Chairman tieghu l-Perit Martin Debono, kif ukoll taht ic-Chairman tal-lum il-Perit Robert Musumeci. Hu Kunsill Konsultattiv b’partecipazzjoni ta` dawk is-setturi kollha li ghandhom interess fl-industrija tal-bini u jirnexxielu jigbor fih idejat u proposti minn setturi differenti minghajr ma jhalli lill-ebda qasam jiddomina. Jiddependi mill-kontribuzzjoni volontarja tal-Kunsilliera izda jibni wkoll fuq ix-xoghol professjonali ta’ l-ispecjalisti mqabbda biex ilestu l-volum kbir ta` studji xjentifici li jlesti. Ihaddem sistema tajba ta` sotto-kumitat specjalizzat u b’rihet t’hekk imexxi fl-istess zmien diversi progetti.

0
0
0
s2sdefault
GDP June Quarter
L-ahhar rapport ippubblikat mill-Ufficju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) dwar l-andament ta’ l-ekonomija Maltija hu dak li jirrapporta ic-caqlieq fil-Prodott Gross Nazzjonali ghall-perjodu li ghalaq fl-ahhar ta’ Gunju 2002. L-ahbar it-tajba f’dan ir-rapport hi li l-GDP kiber f’termini reali bi 2.2%. Din hi ahbar tajba ghaliex is-sena l-ohra, l-GDP kien qed jaqa’ kull tlett xhur, u fil-bidu ta’ din is-sena rega wera caqlieq ta’ 1.4%. Jidher ghalhekk li r-ritmu qed jinzamm. Qabel ma jibdew jindaqqu t-trombi izda, wiehed irid jinnota li t-tkattir sar primarjament ghall-progress tal-kumpanija ST Microelectronics. Din fiha nniffisha hi ahbar tajba, ghaliex kuntrarjament ghal li pruvaw jghidu xi analisti s-sena l-ohra li l-ST Microelectronics mhix tant importanti ghall-andament ta’ l-ekonomija Maltija, din il-kumpanija fil-fatt hi mportanti ferm ghal Malta. Is-sena l-ohra, meta l-ST Microelectronics waqghet lura, dawn l-ekonomisti qalu li l-ekonomija kienet sejra tajba u li marret hazina biss id-ditta l-kbira. Issa li l-figuri juru li l-ekonomija globalment sejra tajba, mhux qed jghidu li dan il-progress gej ghax id-ditta l-kbira qed tirpilja.

0
0
0
s2sdefault
Is-Sitwazzjoni Llum
Dan zgur li ser ikun il-Budget li jigbed fuqu hafna attenzjoni. Is-sena d-diehla hi s-sena tad-decizjonijiet. Ghalhekk importanti li l-Gvern jimpressjona. Iddur kemm iddur dwar il-Budget, hemm fatt wiehed li ma jista` jahrab minnu hadd: budget jirrifletti l-istat tal-ekonomija. Fatt iehor: iddur kemm iddur, tkun kreattiv kemm tkun kreattiv, ic-cifri ekonomici jitkellmu wahedhom. Punt iehor improtanti: llum l-ekonomija Maltija hi mghassa.

0
0
0
s2sdefault
Addio IPSE
Din li l-Ministru Josef Bonnici qabad u ddecieda li jaghqqad l-MDC, il-METCO u l-IPSE flimkien minghajr diskussjoni serju hi tassew stramba. Illum il-Gvern ghandu makkinarju partecipattiv bhal ma hu l-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku (MCESD) u l-Imsiehba Socjali draw ukoll b’mekkanizmu bhal MEUSAC u forom ohra ta` konsultazzjoni fejn flimkien mal-Gvern jgharblu u jiddeciedu dwar issues ta` importanza nazzjonali. Drajna b’seminars fuq din jew dik it-tema. Drajna bi Green u b’White Papers qabel il-Gvern jiddeciedi. Izda ghal Ministru Josef Bonnici dan kollu ma jghoddx. Tkellem ma min ghazel hu u daqshekk. Seta kellu ragun. Izda meta tiddeciedi int u l-ftit li taghzel int, ir-responsabbilta` ta` li jigri tkun kollha kemm hi tieghek.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent