logo

Atlas Banner
Xoghol il-Gebla Maltija
Fost in-nies l-aktar li gew ikkalunjati f’Malta f’dawn l-ahhar snin, zgur li fuq nett tal-lista hemm is-sidien tal-barrieri. Tisma` nies li qatt ma nizlu f’barriera u qatt ma tkellmu ma` sid ta` barriera jitkellmu qishom professuri f’dan il-qasam. Taqra rapporti miktuba min-nies li ghax ghandhom degree f’xi qasam tax-xjenza jew l-inginerija allura jahsbu li huma esperti f’kollox, li x’hin taghsarhom wahidhom johorgulek il-mistoqsijiet: imma min qallhom? kif iddeciedewha din? ma` min tkellmu dawn? Ghax jitfasslu strategiji, jinhargu stqarrijiet, jitkellmu Ministri; izda ma` tal-barrieri ma jitkellmux.

0
0
0
s2sdefault
Settembru 11
It-Turizmu mhux sejjer tajjeb. Li nwahhlu kollox f’Settembru 11 hu zball kbir. Illum hu stabbilit ufficjalment mill-Istatistika Mondjali ppublikata (Official Airline Guide Figures) dwar in-numru ta` vjaggi bl-ajru li din is-sena hemm 4% biss anqas nies li vjaggaw bl-ajru mis-sena l-ohra s’issa jigifieri li meta tqis li certa pajjizi ewlenin ghandhom l-ekonomija f’ricessjoni, li d-dinja ta` l-ivvjaggar giet ghan-normal. Ghalina dawn huma cifri mportanti ghaliex it-Turizmu ta` pajjizna jiddependi fuq l-immaniggjar bl-ajru. Aktar importanti ghalina izda l-figura li harget mill-Awtoritajiet ta` l-Ajru Ingliz li turi li s-suq Ingliz ta` l-ivvjaggar huwa biss 2% anqas.

0
0
0
s2sdefault
Labour Force Survey
Mill-Labour Force Survey li giet ippublikata l-gimgha l-ohra johrog li n-numru ta` nies jahdmu f’Malta issa huwa ta` 143,885. It-total ta` nies f’eta li jistghu jahdmu hi ta` 318,393 jigifieri 174,508 ta` eta` ta` aktar minn 15-il sena f’Malta ma jahdmux. Dan ifisser li 45.2% biss ta` dawk li kapaci jahdmu qeghdin fil-fatt jaghtu xoghol f’pajjizna. Mit-total kollu ta` nies disponibbli 3.8% kienu jfittxu x-xoghol. Izda 51% huma nies bla xoghol u inattivi. Il-fatti jigifieri juru li 45.2% ta` dawk il-fuq minn 15-il sena qed jahdmu ghall-55% l-ohra. Dan barra it-tfal ta` taht il-15-il sena!

0
0
0
s2sdefault
TOSS
Kienu hafna li kitbuli jew kellmuni wara l-kummenti tieghi dwar id-decizjoni tal-Gvern li jwaqqaf it-Tour Operator Support Scheme (TOSS) u l-impatt hazin li din id-decizjoni kellha u ser tkompli jkollha fuq it-turizmu. Biex inwiegeb ghal mistoqsijiet li saruli u li zgur huma ta` nteress ghall-ohrajn li ma kellmunix, illum ser inkompli fuq dan is-suggett. Ghal min mhux midhla tat-turizmu mhux facli li jifhem l-importanza tat-TOSS u ghaliex l-ekonomija Maltija ser issofri konsegwenzi hziena bit-tnehhija ta` din l-iskema.

0
0
0
s2sdefault
Strutturi
Min jghid li l-ekonomija Maltija m’ghandiex problemi serji ma jafx x’inhu jghid! Fl-ekonomija Maltija hemm numru ta` zbilanci li ma jistghux jitrangaw mil-lum ghal ghada ghaliex huma kawza tas-sistemi u l-istrutturi li ghandna fl-ekonomija taghna. Dawn huma strutturi li nbnew matul is-snin biex isolvu problemi partikolari li Malta kellha fil-passat. Facli li llum jinbtu nies li joqoghdu jikkritikaw x’gara fil-passat minghajr ma jifhmu sew il-kuntest li fih iddahhlu l-istrutturi u s-sistemi li kellna il-bierah.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent