logo

Atlas Banner
Katina Wahda
Dan l-ahhar qamet kontroversja gmielha dwar il-proposti li nghataw pubblicita` u li originaw mill-ghaqdiet ta` min ihaddem. Tajjeb forsi li nharsu lejn il-qafas li dwarhom tkellmu dawk li jirraprezentaw lis-sidien.

0
0
0
s2sdefault

 

Wara l-Indipendenza
Bhalissa r-relazzjonijiet ta` Malta ma’ l-Amerikani huma probabilment fl-aghar livell li qatt kienu fi tletin sena. Verament l-uniku perjodu li r-relazzjonijiet kienu ta` l-ghola livell kien fi zmien Dr George Borg Olivier fl-ewwel snin ta` wara l-Indipendenza. F’dak iz-zmien Malta, ghalkemm indipendenti, kienet ghadha bazi ta` l-Inglizi u tan-NATO, bin-NATO jokkupaw l-Ewropa Center il-Furjana u jmexxu l-operazzjonijiet militari fil-Mediterran minn Malta. L-Amerikani effettivament kellhom l-uzu tal-facilitajiet ta` Malta fic-centru tal-Mediterran b’xejn. Il-vapuri navali Amerikani kienu jnizzlu l-bahrin l-art bl-uniformi u ghalihom Malta kienet qisha bazi taghhom. Mhux ta` b’xejn li kienu ferhanin. Illum l-istampa hi hafna u hafna differenti. L-Amerikani qeghdin kwazi jhossu li Malta saret ostili ghalihom. Dan meta Malta ghandha fil-gvern politici ferm u ferm differenti minn dawk ta` tletin sena ilu.

0
0
0
s2sdefault
Ekonomija Marida
Kull min hu serju u jaf xi haga dwar l-ekonomija, jaf li Malta ghandha problemi serji. Kull min minna jitkellem car u bla tlaqliq, il-magna propagandistika tal-gvern, tipprova ccekknu. Il-fatt hu izda li l-problemi qeghdin hemm, flok jickienu qed jghin jikbru, u meta jidhru li qed ifiequ fil-fatt ma jkunu ifiequ xejn, ikunu biss naqsu ghal ftit is-sintomi tal-marda.

0
0
0
s2sdefault
Barcellona 2002
Il-Gimgha saret laqgha internazzjonali importanti hafna fejn xjentisti, ricerkaturi u attivisti iltaqghu f’Barcellona, Spanja fl-International AIDS Conference. Fl-20 sena li din il-marda giet rikonoxxuta diga mietu 20 miljun ruh. Il-Conferences fuq l-AIDS huma fil-fatt Kunsill tal-Gwerra iktar milli laqghat xjentifici. Din ta` Barcellona kienet l-14 il-Kunsill ta` Gwerra dwar din il-marda qerrieda.

0
0
0
s2sdefault


Id-Dejn NazzjonaliIc-cifri ufficjali tad-dejn nazzjonali ppublikati mill-Gvern huma biss cifri tad-dejn tal-Gvern Centrali ta` Malta. Illum skond ic-cifri tal-Bank Centrali, dan id-dejn nazzjonali hu ta` Lm1,049,600,000. Din ic-cifra sa Gunju kienet zdiedet Lm75,500,000 ohra fuq is-sena ta` qabel, jigifieri zieda ta` 7.8%.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent