logo

Atlas Banner

 



Pat Cox
Ftit huma dawk , hu x’inhu l-kulur politiku taghhom, li ma jammettux li Malta hi marida. Meta smajt lil Pat Cox, President tal-Parlament Ewropej jghid kemm kienet marida l-Irlanda qabel ma dahlet fl-Unjoni Ewropea, tbissimt ghax dan hu paragun li jghodd ghal Malta illum. Li ma kienx jghodd hu l-paragun tal-Irlanda mill-indipendenza taghha fl-1922 sa ma dahlet fl-Ewropa Maghquda. Pat Cox irrefera ghall-Irlanda bhala l-pajjiz fi stat ta’ neokolonjalizmu, ghal kollox dipendenti fuq l-Ingilterra u b’ekonomija daghjfa, qaghad gholi u b’investiment baxx. Irrefera ghal Irlanda bhala pajjiz fi stat permanenti ta’ stagnar. Dan meta l-Irlanda indipendenti kienet immexxija mill-Irlandizi wahedhom, rajhom f’idejhom.

0
0
0
s2sdefault
Emigrazzjoni
Wahda mill-problemi l-kbar li fis-snin li gejjin rridu niddiskutu fuq skala nazzjonali u naslu fi ftehim dwarha bilfors, hi dik ta` l-immigrazzjoni. Fil-passat Malta dejjem ibbazat fuq l-emigrazjoni, l-hrug tal-Maltin ‘il barra. Mhux bhala vaganza, izda l’hemm ghal kollox. Il-Passaport Brittaniku kien tana ftuh importanti u eluf ta` Maltin emigraw lejn l-Amerika, l-Ingilterra, l-Awstralja, l-Kanada u anke New Zealand. Fil-hamsinijiet u s-sittinijiet Malta tkissret bl-emigrazzjoni.

0
0
0
s2sdefault
Politika
Iebsa din, izda l-verita` hi li l-pajjiz jew jimxi fuq politika ta` integrazzjoni ekonomika jew wahda ta disintegrazzjoni. Mhux disintegrazzjoni ghal pjacir. Ma nahsibx li ghandna politici li ser jaghmlu hekk. Izda disintegrazzjoni ekonomika mwettqa ghax ikunu jemmnu li l-konfini nazzjonali m’ghadhomx aktar jaghmlu sens u jkun ahjar li jimmiraw lejn orizzonti akbar. Ha nispjega.

0
0
0
s2sdefault
IZ-ZIFNA
Dwar l-Ewropa lill-poplu Malti qed iziffnuh wahda sewwa. U x’inhi z-zifna? Kieku hemm zifna wahda forsi hafna kienu jmiddu l-pass. Izda illum zifna mod, u ghada zifna ohra. Naha ddoqq mod, u tistenna li n-nies jizfnu ghad-daqqa taghhom. In-naha l-ohra ddoqq mod iehor. Lanqas id-daqq mhu dejjem intunat sewwa. Aktar iva milli le, dwar l-Ewropa nisimghu hafna zarzir. Mhux sewwa dan, la ghall-pajjizna u lanqas ghalina bhala individwi. Zgur mhux tajjeb ghalina bhala nies tan-negozju. Meta s-sid tal-intrapriza jithawwad ma jistax jippjana. Ma jissugrax. Ma jkabbarx. Jekk dawk li setghu jaghmlu pass ma jaghmluhx, hazin ghalina wkoll. Ghalhekk halli jkun hemm zifna, imma ejja nifhmuha u nizfnuha flimkien u mhux min sieq l’hawn u min sieq l’hemm.

0
0
0
s2sdefault
L-ekonomija Maltija
Min jghid li f’Malta ghandna nghatu importanza massima lill-ekonomija nazzjonali ghandu ragun. Jekk mhux ghas-spejjez ta` argumenti ohra importanti dik kwistjoni ohra. Li hi zgur izda li hu l-istat tal-ekonomija qed jigrava hafna s-sitwazzjonijet finanzjarji tal-kumpaniji kummercjali u dawk li jhaddmu l-progetti l-kbar. Ghandna ekonomija li ilha sejra lura fl-oqsma l-aktar importanti: finanzi, dejn nazzjonali, turizmu, inflazzjoni u ekonomija interna. Il-kreditu ta` Malta ma` barra waqa f’livell baxx u baqa` hemm. Investiment dirett minn barra li verament igib mieghu l-bidla, mhux gej u l-investituri lokali mhux qed jespandu. Qed naraw intraprizi kbar f’inkwiet kbir u n-numru ta` intraprizi fl-inkwiet ser jikber.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent