logo

Atlas Banner
L-Art Mqaddsa
Dak li qed jigri fil-Palestina hu tragedja ghalina l-Maltin. Il-Palestina hi l-Art Mqaddsa. Il-postijiet li qed nisimghu fl-ahbarijiet huma qrib taghna. Il-Palestina ghall-Maltin mhiex art barranija. Hija bicca minna. Ghall-Maltin li twieldu wara l-gwerra l-Israel ukoll hu pajjiz b’rabta maghna. Generazzjoni shiha ta’ Maltin kibru bi stampa friska f’mohhhom tal-holokawst u l-miljuni ta’ Lhud maqtula b’mod tant barbaru minn Hitler u n-Nazi tieghu. L-Exodus hu ktieb u film li hu frisk fil-memorja ta’ hafna Maltin. Generazzjoni shiha ta’ Maltin kibret b’ammirazzjoni shiha ghal isforzi kuragguzi u kapaci tal-Lhud biex mix-xejn holqu l-istat modern tal-Israel. Maltin, izda, li gharfu jaqsmu r-rispett lejn il-bzulija u hila ta’ l-Israeliti mas-simpatija u s-solidarjeta’ mal-isforzi tal-Palestinjani li jibnu huma wkoll pajjiz ghalihom hieles u b’sahhtu li jsostnihom bhal ma hu dritt taghhom. Malta fil-fori internazzjonali, fuq mhedda twila ta’ snin, uriet rispett lejn l-aspirazzjonijiet ta’ dawn iz-zewg popli li jghixu f’pajjiz hieles u b’sigurta’.

0
0
0
s2sdefault
CC Best Conference
Il-gimgha l-ohra attendejt ghall-iffirmar mill-gvernijiet tal-pajjizi applikanti ghall-Unjoni Ewropeja tac-Charter Ewropew ghan-negozji z-zghar. The European Charter for Small Enterprises – ic-Charter Ewropew ghan-negozji z-zghar – kif approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja f’Feira, il-Portugal, fl-20 ta’ Gunju 2000 hu dokument importanti li l-gvernijiet tal-pajjizi diga’ membri fl-Unjoni Ewropeja huma marbutin mieghu. Issa hu marbut il-gvern Malti wkoll. Dan hu charter illi l-organizazzjonijiet li jirapprezentaw lin-negozji z-zghar, fosthom il-GRTU ta’ Malta, kienu ilhom jahdmu fuqu s-snin qabel ma gie addottat mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea f’Gunju 2000.

0
0
0
s2sdefault
Dewmien fil-Hlasijiet
L-iktar haga li jsemghu s-sidien tan-negozji hi l-kwistjoni tad-dewmien fil-hlasijiet. Mhux kwistjoni ta’ settur jew iehor izda settur wiehed wara l-iehor kollha jgergru u kemm ghandhom jiehdu u kemm hu difficli li jithallsu. In-negozji l-kbar inghaqdu flimkien ghax hasbu li billi jinfurmaw lil xulxin b’dawk in-negozjanti li m’humiex jonoraw il-kundizzjonijiet tal-hlas miftehma, huma kienu ser igaghlu lin-negozji jiccaqalqu. Il-GRTU wkoll thaddem skema fejn sezzjonijiet differenti jzommu lilhom nfushom infurmati biex kemm jista’ jkun jevitaw li jinqabdu bi hlasijiet li ma jkunux jistghu jissarfu.

0
0
0
s2sdefault
Incertezza
Bhalissa kulhadd jghid tieghu dwar jekk ghandniex noqghodu fuq dak li jghid ir-rizlutat tar-Referendum dwar shubija fl-Unjoni Ewropea jew jekk ghandniex norbtu biss skond ir-rizultat tal-Elezzjonijiet Generali li jmiss. Huma nkwetati hafna nies. Forsi l-aktar inkwetati dwar dan huma s-sidien tal-intraprizi.

0
0
0
s2sdefault

ProtezzjoniFl-Unjoni Ewropea ftit jezistu ligijiet li jipprotegu lis-self employed. Pero’ t-tendeza llum hi li l-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet tal-pajjizi msiehba jiehdu bis-serjeta’ t-twettieq ta’ programmi li jagevolaw lis-self employed u lin-negozji z-zghar. Bhal ma gara f’Malta f’dawn l-ahhar snin, kulhadd dahhal f’halqu l-kelma SME – Small and Medium Enterprises – u SME tiela u SME niezla. Izda hafna paroli u fatti baqa’ ma sar kwazi xejn. Bhal f’Malta. Paroli tal-Ministri kkoncernati u tal-istituzzjonijiet imhallsa bi flus pubblici, izda fatti ftit li xejn.


 


0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent