logo

Atlas Banner
Ftit huma dawk li jafu ezattament xi jsir fil-Pitkalija ta¡¦ Ta¡¦ Qali u fil-Pixkerija l-Belt. Li jsir f¡¦dawk iz-zewg swieq nazzjonali izda jaffettwa bil-kbir il-kwalita¡¦ u l-prezzijiet tal-prodotti lokali bhal hut frisk, haxix u frott.

0
0
0
s2sdefault
Hafna qed jispekulaw x’effett jista’ jkollha decizjoni li l-Elezzjonijiet Generali li jmiss u r-referendum dwar s-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jsiru fl-istess gurnata. Ohrajn ghadhom okkupati janalizzaw ir-rizultati tal-ahhar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Id-diskussjoni wkoll ghaddejja dwar kemm il-gvern qed jirnexxielu jew le isib tarf tal-problemi li qed jakkumulaw fl-ekonomija Maltija.

0
0
0
s2sdefault
Acquis
Nhar it-Tlieta 2 t’April 2002 kienet gurnata importanti hafna ghall-oqsma kollha tal-biedja ta’ pajjizna. M’hiex zgur izda li l-bdiewa u r-rahhala fehmu l-importanza enormi ta’ dak li kien qed jigri. Ir-rapprezentanti tal-bdiewa u r-rahhala illum huma mghobbija b’responsabbilita’ enormi u ghandhom s-sahha jhollu jew jorbtu l-futur tal-biedja f’’pajjizna u l-ghixien tal-imsiehba taghhom. Jien ma nafx kemm dawn il-mexxejja qed jikkunsultaw mal-membri taghhom u kemm qed jispjegaw u jgibu l-appogg tal-bdiewa u r-rahhala li jitkellmu ghalihom qabel jorbtu jew ma jorbtux. Nispera f’Alla li qed jitkellmu, qed jifhmu, qed ifhemu u qed ikollhom warajhom lill-bdiewa u lir-rahhala fuq dak kollu li jiddeciedu. Ghax li titkellem ghalik u terfa’ r-responsabbilita’ ta’ ghemilek int hija haga, izda li titkellem ghal haddiehor u aghar minn hekk li torbot lil haddiehor fuq affarijiet li jistghu jaffetwaw il-futur u l-ghixien ta’ dak li jkun b’mod mill-aktar determinanti, hi haga kbira u serja hafna. Nhar it-Tlieta fil-laqgha ta’ konsultazzjoni mal-Ministri Dr. Joe Borg, Prof. Josef Bonnici, il-Perit Ninu Zammit u John Dalli u fil-laqgha tal-Meusac, il-mexxejja tal-bdiewa u tar-rahhala hadu decizjonijiet ta’ importanza enormi.

0
0
0
s2sdefault
Labour force survey
l-aktar studju dettaljat li qed isir dwar ix-xoghol huwa dak mahdum mill-NSO maghruf bhala l-labour force survey. L-ahhar rapport li hareg hu dak li hareg ghall-Settembru 2001.

0
0
0
s2sdefault
Activity Rate
L-informazzjoni li tohrog mill-Labour Force Survey hi interessanti hafna. Barra li tkejjel is-suq tax-xoghol u tiddentifika kemm hawn nies disponibbli ghax-xoghol tghat wkoll hafna nformazzjoni ohra. In-numru ta’ nies disponibbli ghax-xoghol hu 155,751 li jikkostitwixxi 58% tal-popolazzjoni dik li tissejjah l-activity rate. Min dawk attivi 81.3% huma rgiel u 34.2% huma nisa. Sinjal iehor li r-rata ta’ zvilupp ta’ pajjizna tmajniet jidher mill-fatt li l-activity rate minflokk zdiedet, kif suppost li taghmel hekk kif l-ekonomija tespandi, r-rata fil-fatt naqset b’0.4% minn 58.4% fl-ahhar tas-sena 2000 ghall-58% fl-ahhar tas-sena 2001. Ma ninsewx li l-activity rate ta’ pajjizna hija inqas sew min dik li nehtiegu li jkollna biex pajjizna jilhaq l-livelli ta’ pajjizi aktar zviluppati u skond dak li hu mehtieg biex insostnu livell ta’ ghexien li dejjem jghola u sistema ta’ servizzi socjali avvanzati.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent