logo

Atlas Banner
Il-ligi l-gdida tal-Kundizzjonijiet tax-xoghol

L-ERA
Ghal aktar minn 50 sena l-kundizzjonijiet tax-xoghol f’Malta kienu mhaddma fuq ic-CERA – il-Conditions of Employment (Regulations) Act. Skond il-white paper tal-Ministru Laurence Gonzi din il-Ligi issa ser tinbidel. Flokha diehla l-ERA – l-Employment Relations Act. Il-ligi ta’ Dr Gonzi hi probabbli l-aktar ligi socjalista li ddahhlet fil-Parlament Malti minn Mintoff ‘l hawn. Jien ma nahsibx li l-haddiema ghandhom ghalfejn igergru b’din il-ligi. Anzi qiesa miktuba mill-avukati tat-Trade Unions. Mhux l-istess ghas-sidien tal-intraprizi Maltin. It-talbiet taghhom gew injorati ghal kollox. L-aktar tal-intraprizi z-zghar rapprezentati mill-GRTU. Ghalihom xejn. Anzi kompla jehdilhom.

 


Is-sidien Maltin ilhom f’irtirata shiha u b’pass dejjem aktar mghaggel sa mill-1976, minn meta ddahhlet, l-IRA, l-Industrial Relations Act. Issa l-ERA litteralment twaqqa lis-sidien tal-intraprizi Maltin ghall-warrani.

Il-lum fl-ekonomiji moderni il-ligijiet jinkitbu mill-lenti tal-intrapriza. Mhux mill-lenti tas-sidien jew mill-lenti tal-haddiema. Mill-lenti tal-intraprizi. Jigifieri, x’ghandu jsir jew ma jsirx biex l-intrapriza li minnha jrid jiekol kulhadd, sidien, managers u haddiema, fornituri, kredituri u kunsumaturi, ma tmutx u tibqa tikkompeti u tiffjorixxi f’qasam fejn l-element uman u socjali ma jkunx inferjuri ghall-ebda ghan iehor. Kien hazin meta l-ligijiet kienu jinkitbu biss biex jiddefendu lis-sid. Izda hu daqstant hazin meta l-ligijiet jinkitbu fl-‘interess” biss tal-haddiem. Ghamilt il-kelma “interess” bl-inverted commas ghaliex l-interess veru tal-haddiem ikun mhares meta l-interess tal-post tal-impjieg ukoll ikunu mharsa. Ma jiswa xejn li wiehed jkollu salarju tajjeb, kundizzjonijiet tajbin u kumdita fix-xoghol meta intrapriza tfalli. Insaqqsu llum lill-haddiema ta’ Portanier x’jippreferu jekk hux aktar kumdita’ jew xoghol.

Ix-xoghol
L-aqwa kundizzjoni li haddiem ifittex hi s-sigurezza fl-impjieg. Dan jghodd l-aktar ghal minn ikun qed jikber, ghal kapijiet tal-familji li jkunu ghadhom ikabbru u ghal dawk kollha b’impenji ta’ hlasijiet ma banek u ohrajn. Illum anke perijodu qasir ta’ unemployment ikissrek. Ahseb u ara meta l-qaghad ikun fit-tul. Aktar u aktar meta l-ekonomija generali ma tkunx sejra tajba u l-impjiegi alternattivi jkunu skarsi. Il-holqien tal-impjieg u s-sostenn tal-impjieg ghandu jkun primarju. Meta haddiem ma jkollux xoghol, jew jitlef ix-xoghol, ikun mcahhad mill-ghola u l-aqwa kundizzjoni . F’pajjizna x-xoghol ma jaqax mis-sema. Iz-zmien ta’ “ahleb guz”, meta Malta kellha Prim Ministru li l-hin kollu jivvinta kif johloq ix-xoghol u jgib il-flus biex ikun jista johloq aktar xoghol mall-gvern u fis-settur pubbliku, ghadda u ma jigi lura qatt. Id-dinja imbiblet u Malta wkoll. Il-lum ix-xoghol mahluq mill-gvern jonqos jista u mhux jizdied.

Xoghol mal-Privat
Ghada aktar mill-lum ix-xoghol ser ikun dejjem aktar ipprovdut mill-privat. Ghada aktar mill-lum ix-xoghol ser jinstghab fl-intraprizi zghar fejn ir-relazzjonijiet tax-xoghol huma differenti minn dawk li jeziztu fl-intraprizi kbar. Jibqa’ jkollna ntraprizi kbar, allahares le, pero’ ser imbghatu dejjem aktar biex ingiebu lejn pajjizna nvestiment barrani gdid biex noholqu f’Malta intraprizi kbar. Ser insibuha wkoll dejjem aktar iebsa li noholqu korporazzjonijiet kbar bhal Maltacom, Enemalta, dockyards, HSBC’s, BOV’s etc. L-intrapriza f’Malta ser tkun dejjem aktar ta’ sidien privati. L-intrapriza Maltija ser tkun dejjem aktar dik li tkun hafifa, efficcjenti u kapaci tikkompeti. Hekk kif il-gvern qed izzarma l-protezzjonijiet kollha wahda wara l-ohra li kienu jsostnu lill-imprenditur Malti mill-kompetizzjoni sfrenata u mid-dumping li jaqa fuqna minn barra, l-uniku haga li tibqa zzomm l-intraprizi Maltin ghaddejjin u jzommu livell ta’ impjieg xieraq hi l-kompetitivita.

Jekk in-negozji Maltin f’kull qasam – manifattura, biedja, telecommunications, banek, lukandi, hwienet, distribuzzjoni, kostruzzjoni, servizzi, transport, tiswijiet, portijiet, Ajruport, avjazzjoni kullimkien, ma jkunux kompetittiv ghall-ahhar ser ibghatu. Min jahdem ghal rasu, min ghandu negozju, minn ghandu fabbrika, garaxx, hotel, workshop, hi x’inhi mhux ser jibqa jikkompeti fit-tul meta s-sonza titlaq. Jekk ma jahdimx bl-anqas pizjiet, bl-aktar support u bl-aktar mod kompetittiv.

Jien ma nafx kemm certi drawwiet u kundizzjonijiet ser inzommuhom fis-snin li gejjien. L-intraprizi li llum isostnu lilhom innifishom taht xi forma ta’ protezzjoni trid tahseb minn issa kif ser tghix minghajrhom. Xoghol il-gvern illum suppost hu li jara kif ma jghabbix aktar pizijiet fuq l-intraprizi Maltin u kif jibdel dak kollu li b’xi mod ixekkel l-intrapriza privata u li jiskoragixxi l-investituri privati Maltin milli jkabbru u joholqu aktar xoghol.

Ristrutturar
Dan hu li jfisser ristrutturar. Hafna nies din mhux qed jifhmuha. Ristruttura tfisser “think first, think business’ ghidt f-artiklu iehor. Ristruttura tfisser tibdel u taddotta dak kollu mehtieg biex intrapriza tkun aktar kompetittiva fuq perijodu itwal. Mhux ghal jumejn, jew ftit xhur sa ma tinqala minn sitwazzjoni hazina. Li tirriforma ghat-tul. Li tnehhi s-sonza u l-fsied li qabel kienu jsostnu l-intraprizi. Dawk li llum qed jitkellmu minn fuq l-kaxxi tat-TV fuq free movement of people, free movement of services, free movement of goods, u ma waqghetx zokorthom fl-intrapriza u fin-negozju jaqblilhom jifhmu sew x’inhuma jghidu. Li taghmel l-intraprizi aktar kompetittivi hu xoghol iebes hafna. Mhux kwistjoni ta’ paroli. Mhux kwistjoni ta’ Ministru jippriedka u jparla imbaghad nghaddu ligijiet u nintroducu sistemi li aktar johonqu, jghabbu u jaqtghu n-nifs.

L-ERA hi bad news ghas sid l-intrapriza z-zghira u ghall-intraprizi tal-familji Maltin. L-ERA hi miktuba mill-bidu sat-tmiem b’mentalita’ li thares lejn sid l-intrapriza bhala persuna mhux ta’ min jafdaha. Hi kollha kemm hi miktuba bi pregudizju shih kontra sid in-negozju. Ma rridx nifthiehem li jien kontra li l-haddiem jinghata dak kollu li bi dritt hu tieghu. Altru minn hekk. Izda l-ghan ghandu jkun kif l-intrapriza tibqa’ tahdem. Fl-ERA m’hemm xejn ta’ support lill-imprenditur. Kollox kontra.

Trid taqdef
Ghalhekk jien nghid li hafna minn dawk li jippridkaw biss dwar idejat godda, oranizazzjoni tax-xoghol gdida, liberalizazzjoni, huma bhat-tfal jitghallmu l-katekizmu: il-pagni jitghalmuhom u jghiduhom. Meta jigu biex jghixuhom jkunu jafu kemm hu difficli. Hekk hu dan il-kliem kollu dwar free movement this u free movement that. Facli ghall-Ministri li jghollu rashom u jippriedkaw. Facli aktar ghas-Segretarji tal-Partiti, u ghal kummentaturi tar-radjijiet u tat-TV u ghal akkademici li jippontifikaw fuq principji, fuq acquis communautaire, u fuq it-teoriji.

Jibdew ihaddmu negozju. Jifthu workshop. Jinvestu f’fabbriki. Jifthu restaurants. Jinvestu f’hotel. Jibdew jahdmu r-raba’, jibnu, jservu, whatever. Jmiddu ghonqhom u jpoggu flushom down the line halli jkunu jafu kemm hi differenti l-hajja meta lin-nies timpjeghom int. Meta lill-banek trid thallashom int. Meta lill-burokratici u lit-taxmen trid tiffaccjhom int. Meta il-gimgha kollha trid thabbat wiccek maghhom int biex tibqa kompetittiv.

Kemm jekk is-suq tieghek hu Malti u aktar u aktar jekk is-suq tieghek gej minn barra, meta tidhol ghaliha tkun taf li l-hajja tal-intraprizi hi taqtieha shiha u kontinwa. Mhux jigi l-ahhar tax-xahar u l-paga qeghda hemm. Mhux jinkwieta u jitqatta minn gewwa haddiehor. Le titqatta minn gewwa int. Il-pagi tan-nies trid tara minn fejn ser iggibhom int. Il-kontijiet trid thallashom u tirsisti ghalihom int. Jekk jifdal tithallas int ukoll.

Is-sodisfazzjoni
Is-sodisfazzjon meta kollox imur sewwa, jkun tieghek ukoll. Veru. Izda biex dan s-sodisfazzjon jigi triq taqdef, tissogra u tfendi. Mhux facli l-intrapriza. Ghalhekk hafna u hafna ma jidhlux ghaliha. Ghalhekk hafna qed jitilquha. Ghalhekk il-gwaj qed jikber.

Hawn hu ghaliex jien nemmen li l-ligijiet iridu jitilqu mill-punt tal-intraprizi. Hi l-intrapriza li tohloq, thaddem u ggib il-gid. Bil-gid il-haddiem u minn ihaddem jgawdi kundizzjonijiet tajbin u sigurezza fl-impjieg. Il-gid jigi aktar ma tkun kompetittiv. Il-ligi hi tajba aktar ma jibqghu kompetittivi l-intraprizi Maltin. Kien dan il-ghan ta’ min fassal l-ERA?

Ir-risposta tieghi hi le.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent