logo

Atlas Banner
L-ERA
Diga’ ghidt li l-ERA, l-Employment Relations Act, propost mill-Ministru Dr. Lawrence Gonzi, hu bad news ghall-proprjetarji tan-negozji z-zghar u ghal dawk kollha li jahdmu ghal rashom. L-aghar li marru b’dawn il-proposti huma n-negozji tal-familja. Aktar minn 90% tal-intraprizi Maltin huma intraprizi fejn jahdmu aktar minn membru wiehed tal-familja. Fl-ERA m’hemm xejn favurihom. M’hemm xejn favur min jahdem ghal rasu. M’hemm xejn ghall-intraprizi Maltin li ma jhaddmux aktar minn 10 minn nies. Addio l-kliem dwar politika favur in-negozji z-zghar. Addio l-kliem favur ic-Charter tan-Negozji z-Zghar tal-Unjoni Ewropea. Addio il-kliem sabih favur il-familja.

 


Bil-kemm nixfet il-linka tal-Budget speech bil-kliem sabih favur iz-zghar. Gejna ghall-White Paper. Il-kuncetti u l-principji li tfasslet fuqhom din il-White Paper huma tal-bierah. Taz-zmien meta fuq naha ghandek il-principal u fuq in-naha l-ohra ghandek il-haddiem. Qieshom dawk li kitbuha qatt ma semghu fl-organizazzjoni l-gdida tax-xoghol, li qed tifrex anke f’pajjizna b’pass mghaggel. Fl-organizazzjoni l-gdida fuq il-post tax-xoghol din id-distinzjoni antika bejn “huma” u “ahna” qed tisfuma. Illum f’numru dejjem jikber ta’ postijiet tax-xoghol id-distinzjoni l-antika ma tantx ghada tghodd ghax hafna minn dawn il-postijet tax-xoghol il-godda l-aktar dawk li joffru servizzi, nitkellmu lkoll bhala “ahna”. It-tajjeb jew hazin li jolqot il-post tax-xoghol jolqotna lkoll. Din hi it-tendenza llum fl-ekonomiji l-godda. Dan hu l-ghada, li anke f’pajjizna diga’ qieghed maghna.

L-intrapriza l-ewwel
L-interess li intrapriza tibqa’ tikkompeti u tiffacja l-kompetizzjoni “head on” b’aktar efficjenza fl-uzu tar-rizorsi disponibbli ghaliha, hi ta’ kulhadd fl-intrapriza moderna. M’hemmx aktar xi “big brother” li jigri x’jigri fis-suq, izzomm il-post tax-xoghol ghaddej. F’Malta ghadd ghandna xi postijiet ewlenin fejn jaqa’ jew ma jaqax is-suq, taqla’ jew ma taqlax l-intrapriza kollox jibqa’ ghaddej ghax hemm xi hadd iehor li jaghmel tajjeb ghall-pagi u ghat-telf. Izda f’ekonomija fejn aktar u aktar intraprizi huma tal-privat jew privatizzati u li jridu mis-sahha tal-kompetizzjoni taghhom fuq is-suq, dawn il-kazi ser ikunu rari jew jisparixxu ghal kollox. Anke fis-settur pubbliku, aktar ma tidhol il-kuxjenza li l-hlasijiet isiru ghas spejjez tat-tax payer, u aktar mat-tax payer jitghallem jirribella kontra tassazzjoni qawwija li tohodlu dejjem aktar mill-flus li jaqla’ b’xogholu aktar tidhol il-htiega li l-hlas irid isir skond benchmarks ta’ produttivita’. Aktar ma’ f’Malta wkoll nifhmu lkoll dan jkun ahjar ghalina lkoll.

Mhux vera li f’ekonomija amministrata sewwa u fejn l-efficenza u l-kompettitivita’ tirrenja ma jkunx hawn aktar sigurezza ta’ impjieg. Is-sigurezza tigi mill-efficjenza. U mhux veru li jkun hawn aktar biza’ ta’ qaghad. Din il-biza’ tiddependi mill-istrutturi li jkollna fil-pajjiz. F’pajjiz fejn l-istrutturar tal-ekonomija hi kontinwa, l-opportunitajiet godda jinholqu l-hin kollu u s-sistema toffri opportunita’ lill-haddiema li waqt perjodu ta’ trasferiment minn job ghal iehor, jkun hemm skemi ta’ tahrig u ta’ hlas li jizguraw li l-hajja tax-xoghol tkun kontiwa u li l-familja ma tbghatix. Li qed isir hazin f’pajjizna llum hu li qed tizzeffen fin-nofs il-kelma strutturar bhala skuza ghat-telf u ghat-theddida lill-impjiegi meta dan mhux vera. F’pajjizna mhux vera li qed isir strutturar bis-serjeta’. Strutturar serju jfisser jintilef impjieg u jinholqu tnejn fuq mhedda relattivament qasira ta’ zmien. U l-pajjiz ikollu sistemi li waqt il-perjodu ta’ transazzjoni l-pajjiz ikollu sistemi li bihom il-haddiem ma jbghatix telf ta’ qlieh waqt li jkun qed jigi mharreg ghall-impjieg il-gdid. Hu l-pajjiz li jrid jaghmel is-sistemi adatti li jizguraw l-ewwel u qabel kollox li pajjizna ma jitlef l-ebda opportunita’ li jzid ix-xoghol u jkattar il-gid. Il-mutur ta’ dan kollu hu l-investiment. Aktar u aktar dan l-investiment illum gej mill-imprendituri z-zghar. F’dan l-isfond il-ligi tal-ERA tfalli.

Idejat godda
Kull sistema li tahseb li bir-regolament u bil-pizijiet zejda fuq l-investitur ser issahhah ix-xoghol hi sistema zbaljata. Hi sistema tal-bierah. Tal-lum jimmiraw lejn l-intrapriza. Tal-lum jimmiraw lejn opportunitajiet. Tal-lum jimmiraw lejn it-tkattir tal-gid. Tal-lum jimmiraw lejn l-efficjenza fl-uzu tar-rizorsi. Tal-lum jimmiraw biex joholqu dawk l-istrutturi fejn l-investitur iz-zghir jista’ jimrah u jikber u jhaddem. Tal-lum jaraw li n-negozju tal-familja jkollu l-vantaggi kollha possibbli. Tal-lum jaraw li l-haddiema mhux biss jahdmu izda jkollhom l-opportunitajiet kollha li jithargu kontinwament u li jakkumulaw skills li jaghmlu “employable” ghomorhom kollu. Tal-lum jimmiraw lejn il-familja, l-familja tal-principal u l-familja tal-impjegat. Tal-lum jizguraw li lkoll nahdmu biex nghixu ahjar u ngawdu l-familja taghna flimkien f’jum wiehed ta’ lanqas darba fil-gimgha. Fuq dawn il-kriterji kollha l-White Paper tfalli.

Bl-ERA l-gvern qed jitlef opportunita’ li jaghmel xi haga verament gdida. Fiha hafna tajjeb mhux le. Izda titlef hafna ghaliex min fassalha ma kellux il-kuragg ihares ‘il quddiem. Lejn x’inhuma l-htigijiet tal-intrapriza ghada. Lejn x’ghandu jsir biex ikun assigurat aktar xoghol ghal ghada. Lejn x’ghandu jsir biex Malta tkun tista’ verament tikkompeti f’suq wiehed kbir Ewropej meta jaqghu s-salvagwardji li llum jsostnu hafna intraprizi Maltin. Dan hu li jinkwetani l-aktar illum, Ministeru wiehed b’idejat mod u l-iehor b’idejat ohra. Wiehed ihares ‘il quddiem u l-iehor lura. U suppost li d-direzzjoni hi ‘l quddiem. Zghar wisq f’Malta biex ma ngharfux x’irridu u ma nfasslux flimkien l-istrategija li twassalna fejn irridu ahna flimkien.

L-IRA
L-IRA hi l-Industrial Relations Act. Din ilha ma tinbidel mill-1976 ‘l hawn. Dak inhar saru bidliet fuq dak li kien jezisti qabel li politikament setghu ghamlu sens ghac-cirkostanzi li kienu jezistu dak inhar hekk kif l-ekonomija Maltija kienet hierga mid-dominanza tal-Bazi Ingliza f’Malta ghall-ekonomija differenti fejn il-gvern kellu hafna poter u sehem qawwi fl-izvillup.

Izda mill-1976 ‘l hawn l-affarijiet inbidlu hafna. Ghaddejna minn zminijiet koroh hafna. Hafna minna jiftakru l-inkwiet kbir tal-bidu tat-tmenijiet ta’ wara l-Elezzjonijiet l-1987 u problemi ohrajn li nholqu f’dawn l-ahhar snin. Is-soluzzjonijiet dejjem fl-ahhar instaghbu. Izda mhux ghax il-ligijiet tax-xoghol kienu tabin. Anzi, aktarx kif jghidu l-Inglizi “in spite of them”. Pero’ xorta wahda ma kellniex il-hila nibdluhom. Ghax wahda mis-sahtiet ta’ dan il-pajjiz hu li m’ghandniex hila naggornaw il-ligijiet b’mod efficjenti u minghajr tikitrakki. Lanqas nibdlu triq go rahal m’ghandna hila minghajr hafna argumenti u hafna hoss. Ahseb u ara meta nigu biex nibdlu l-affarijiet il-kbar. Pero’ dan hu nuqqas li jcekkinna bhala nazzjoni.

Issa ghandna ic-cans li nibdlu. Il-proposti tal-White Paper fihom hafna affarijiet li m’humiex tajbin. L-ERA tista’ tkun hafna ahjar. L-IRA hi aghar. Min fassalha ghadu jghix fi zmien Charles Dickens u jahseb li Oliver Twist ghadu maghna. Id-definizjoni ta’ x’inhu konflit u dispute fuq il-post tax-xoghol, x’mekkanizmu nehtiegu biex nirrisolvu l-inkwiet, huma kollha qodma. Postijiet tax-xoghol immexxija mis-sid stess u l-organizazzjonijiet li jirrapprezentawhom baqghu mhux rikonoxxuti. Sidien zghar li jinghaqdu flimkien biex jiddefendu l-ghexien taghhom huma mcahhda mid-drittijiet li l-haddiema ilhom li akkwistaw hamsin sena. Il-GRTU ilha mill-1993 tinsisti li l-IRA ghandha tinbidel biex sitwazzjoni ta’ xoghol rikonoxxuta mill-ligi ma tkunx biss dik fejn hemm principal li johrog il-paga kull hmistax jew xahar u haddiema li jircivieha. Il-GRTU talbet li jkun rikonoxxut ukoll li haddiema awtonomi dawk li jahdmu ghal rashom u wkoll ihaddmu ohrajn maghhom bhal per ezempju id-distributturi tal-gas u ohrajn bhalhom fejn m’hemmx paga fissa izda hemm hlas li jrid jinqala’ wara li jinqatghu l-ispejjez u fejn ix-xoghol jiddependi minn sid wiehed li mieghu jintlahaq ftehim kuntrattwali (kollettiv), ukoll ikunu rikonoxxuti bhala haddiema u s-sitwazzjoni taghhom bhala “employment” ghat-termini tal-ligi. Il-GRTU talbet li dawk li jahdmu ghal rashom ukoll ikunu jistghu jgawdu mill-protezzjoni li ghandhom haddiema ohra u li meta flimkien jiehu azzjoni biex jiddefendu l-ghixien taghhom huma u l-organizazzjoni li tirrapprezenthom ma jitpoggewx fi stat ta’ ksur tal-ligi. Il-GRTU fl-1995 fasslet u pprezentat proposti konkreti biex il-gvern jirrikonoxxi li l-organizazzjoni tax-xoghol f’pajjizna tbidlet.

Iz-zewg partiti politici ewlenin f’pajjizna t-tnejn weghdu li l-ligi ser tinbidel biex is-self employed ta’ pajjizna ma jibqghux sotto privileggati. Izda haga tal-ghageb. Qiesu ma tkellem hadd. Dawk kollha fil-Ministeru ghall-Politika Socjali li tkellimna maghhom, qieshom jghixu f’pajjiz iehor. Kull politiku li pogga fuq is-siggu ta’ Ministru tal-Politika Socjali jaf b’dawn il-proposti. F’kull laqgha li kellna ma’ Ministru jew Prim Ministru jew Kap tal-Opozzizzjoni jew xi rapprezentant tal-ILO, li jigi jzurna, dejjem naghmlu l-istess proposti. Izda haga tal-ghageb jibqa’ ma jsir xejn. Tohrog White Paper u nergghu ma naraw xejn. 24,000 intrapriza f’Malta huma micro enterprises, intraprizi li ma jhaddmux aktar minn 10 minn nies. Il-maggoranza assoluta taghhom ma jhaddmux aktar minn tlieta minn nies. Dawn kollha jridu d-dritt li meta jinghaqdu flimkien biex jiddefendu l-interessi taghhom u l-ghixien taghhom kontra mposizzjonijiet u kundizzjonijiet li jgheddulhom hobzhom, huma wkoll ikollhom id-dritt li jiehdu azzjoni bil-privileggi kollha li taghti l-ligi. Illum dan id-dritt ma jezistix u gvern li jiftahar tant li hu tarka tas-self employed ma jistax jahrab milli jsib soluzzjoni ghal din il-problema. Il-Ministru Gonzi ghal darba ohra qed jizgicca.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent