logo

Atlas Banner
Ghan-nizla
L-ekonomija ma tridx taf. Xahar wara xahar, l-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika johrog set ta’ statistika wiehed wara l-iehor b’sinjali cari kollha f’direzzjoni wahda, dik il-hazina. L-isfel. Izda haga tal-ghageb f’pajjizna l-ekonomija taghna mhux news. L-importanti huma l-hrejjef l-ohra li min irid jaljenana jistordina bihom.

 


Ic-cifri tal-ekonomija m’humiex numri tal-lottu. Jitilghu biex inharsu lejhom izda bla valur jekk mhux ghar-rebbieh. Ic-cifri tal-ekonomija huma bhal mera. Dak li jidher fihom hu dak li hu. Ikrah jew sabih, hu dak li hu. Issa c-cifri ilhom juru stampa hazina. U mhux hazina darba. Hazina u qed tiddeterjora. L-ahhar cifri li hargu huma dawk dwar il-kummerc ta’ Malta ma’ barra minn Malta ghall-ewwel ghaxar xhur tas-sena 2001 u ghax-xahar ta’ Novembru 2001. Ghal darba ohra cifri li juru l-inkwiet li hemm fl-ekonomija ta’ Malta. Ghidtha bla tlaqliq u nerga’ nghidha ghax ma kkonvincieni hadd bil-kuntrarju. L-ekonomija Maltija qeghda f’ricessjoni. U mhu qed isir xejn biex il-pajjiz jinqala’ minnha.

Li gab bhala argument kuntrarju min rid bhal speci jirredikola dak li ili nghid jien hu li il-qaghad f’pajjizna mhux qed jizdied kif suppost isir meta ekonomija tkun fi stat ta’ ricessjoni. L-ewwelnett jien diga’ spjegajt li stat ta’ ricessjoni f’ekonomija moderna mhux bilfors ifisser dipressjoni. Anzi fejn l-istrutturi huma adatti ricessjoni taf tinbidel ghal ahjar fi ftit xhur. Basta jittiehdu mizuri tajbin u fil-waqt. Ezempju car hu dak li qed isir fl-Amerika. L-Amerikani jafu jhaddmuha l-ekonomija tas-suq. Ma joqghodux jghajjru perikoluz lil min jindika l-istat hazin li tkun qalbet fih l-ekonomija. Le, fl-Amerika u f’pajjiz fejn l-ekonomija tas-suq moderna tahdem sewwa u hi mifhuma, l-awtoritajiet jiccaqalqu mal-ewwel. Jiehdu l-mizuri fil-pront biex l-aghar ta’ ricessjoni, jigifieri zieda qawwija fil-qaghad, ma jigriex, u l-aghar jghaddi malajr.

Izda mhux f’Malta. Le, f’Malta nafu li l-ekonomija ghandha problemi serji fl-istruttura taghha. Nafu li jridu jsiru bidliet adatti. Nafu li jekk ma nibdluhomx l-ekonomija taghna tibqa’ fl-isqaq. Nafu li hu sqaq li minnu jekk lill-ekonomija ma ntuhiex ftuh gdid bilfors li trid timxi b’lura biex tohrog minnu. Spjegajt dan f’artikli ohra xhur ilu. Issa la l-ftuh b’investimenti u inizjattivi godda u b’ristruttura serja li johloq opportunitajiet godda ta’ xoghol ma sarx, l-ekonomija miexja b’lura. Il-qaghad tiela’ wkoll u ser ikompli jitla’.

Il-livell tal-qaghad
Il-livell tal-qaghad f’Malta mhux dak ta’ ekonomija li qeghda f’ricessjoni li qed tihzien ghar-raguni ovja: ghax il-gvern u s-settur pubbliku, u sa certu punt il-privat ukoll, jzomm in-nies jahdmu akkost li jitilfu. Fis-settur pubbliku hemm telf kbir. It-telf tal-gvern jidher fl-izbilanc tad-deficit pubbliku. Jidher wkoll fil-livell gholi ta’ sussidji li jinghataw lill-korporazzjonijiet pubblici u l-habi li jsir fejn il-gvern hu fi stat ta’ monopolju. Habi ta’ nies mhux utilizati sewwa li jirrifletti f’telf u sussidji. Izda anke fil-privat hemm intraprizi kbar li jzommu livell gholi ta’ impjieg aktar milli jifilhu ekonomikament ghax jew jibzghu mill-Unions jew jibzghu mill-gvern jew ghax ghandhom monopolji fis-suq. Dejjem imbaghad jaghmel tajjeb ghaz-zejjed il-konsumatur ghax ikollu jhallas prezzijiet ghola.

Ma rridx niftiehem li allura n-nies ghandhom jintefghu ‘l barra. Allahares. Li qed nghid hu li ekonomija li tahdem sewwa jkollha strutturi adatti biex l-intraprizi jahdmu b’mod efficjenti u kompettitiv u s-suq tax-xoghol jkun flessibbli bizzejjed biex in-nies ma jibqghux maqbuda fejn m’hemmx qliegh izda jghaddi ghall-impjieg f’intraprizi fejn hemm il-qliegh u prospetti ta’ investimenti godda u tkabbir. Qed nghid ukoll li billi l-gvern jghatti bl-gharbiel, kif jghidu u jahbi l-qaghad b’daqshekk ma jfissirx li l-ekonomija qed tahdem sewwa. Dan bhal meta ghandek it-tank tal-petrol fuq ir-reserve u l-arlogg jurik li hu full. L-iblah joqghod fuq meter bhal dan.

Strutturi hziena
F’ekonomija efficjenti l-gvern johloq dawk l-istrutturi biex il-haddiem jkun ‘employable’ matul il-karriera tax-xoghol kollha tieghu. F’pajjizna dan hu possibbli. Izda mhux qed isir. Ghax mhux qed isir qed naharbu mill-verita’. Nghattu l-ghawg bis-sussidji. Nibzghu mill-kompetizzjoni. Il-gvern jiddejjen dejjem aktar akkost ta’ kollox. Hekk kif l-ekonomija maqbuda fi sqaq tibda miexja b’lura bhal ma qed taghmel ta’ Malta, l-gvern jkompli jghodos fl-inkwiet. Il-Budget deficit jkompli jikber. Ma jista’ qatt gvern ifejjaq lilu nnifsu meta l-ekonomija tkun marida. Hi biss ekonomija b’sahhitha li tfejjaq id-deficit tal-gvern. Ekonomija f’ricessjoni zzid l-gwaj lill-gvern u l-gwaj tal-gvern izomm l-ekonomija milli tohrog mir-ricessjoni. Min irid ikun onest jaf li l-ekonomiji serji hekk jahdmu.

Cifri koroh
Dawk li c-cifri ekonomici jafu jaqrahom, jarawhom kollha. Mhux jaraw ic-cifri biex ifittxu c-cejca. Le, min hu serju jarhom sewwa. Iqabbilhom sett ma sett, u tlett xhur ma tlett xhur. Meta wiehed jistudja c-cifri ekonomici ta’ Malta ghal dawn l-ahhar 18 –il xahar jaf li l-ekonomija Maltija qeghda fil-gwaj. Ic-cifri nazzjonali jixhdu dan u jixduh ukoll ic-cifri tan-negozju tal-korporazzjonijiet kemm pubblici kif ukoll privati. Jixduh ic-cifri tal-kumpaniji privati kbar u zghar. Jixhduh il-banek kemm, is-Central Bank kif ukoll il-Banek Kummercjali. Jixdu kull min qieghed fin-negozju, hu x’inhu l-qasam. Jibqghu jichduh biss l-apologisti. U haga tal-ghageb kemm hawn minnhom. Dak ghax il-paga tieghu gejja minn hawn u ahjar jintghogob. Dak li qieghed fuq ma nafx kemm il-bord u ahjar jaghlaq halqu. L-iehor ghax gmielu jithallas ta’ studji u rapporti. L-iehor ghax imhallas specifikament biex jfahhar u jiftahar. L-iehor ghax jgholu l-“ispinning” is-sistema l-gdida ta’ kif tinfluwenza lin-nies bi xejn. Izda dan kollu ma jkaddadx is-sewwa. Kif jghid il-Malti, z-zejt dejjem jitla’ f’wicc l-ilma.

Is-sewwa
Is-sewwa hu li l-ekonomija Maltija marida u l-medicina li titfejjaq m’hiex tinghata. L-ahhar cifri tal-NSO juru li l-esportazzjoni kompliet nizla b’rata allarmanti. Is-summary li qed nghati hawn ta’ dak li deher fl-ahhar rapport tal-NSO juri dan bic-car. Esportajna anqas kwazi fis-settur kollha. Issa lanqas ghadhom iwahhlu fl-ST Microelectronics, qiesha din l-akbar gawhra ta’ Malta, tahti tal-gwaj. Le, issa m’hemmx aktar kwalifika. Kompliet tonqos ukoll l-importazzjoni ta’ makkinarju. Kompliet tonqos l-importazzjoni tal-materja prima u tas-semi manifatturat li jintuza fil-produzzjoni industrijali. Kompliet tonqos ukoll l-importazzjoni tal-prodotti tal-konsum. Naqset l-importazzjoni ghall-konsum f’Novembru, x-xahar ta’ qabel il-Milied, meta normalmet l-importazzjoni titla’.

Fil-periklu
In-nuqqas fl-importazzjoni jirrifletti, t-tnaqqis fl-esportazzjoni. Tonqos illum l-importazzjoni, tonqos ghada l-esportazzjoni. Ilna sejrin hekk aktar minn sena. Tonqos l-esportazzjoni, jonqos il-qliegh minn barra. Jonqos il-qliegh, jonqsu l-flus fl-idejn. U terga’ tonqos l-importazzjoni. Cirku vizzjuz. Cirku perikoluz. Aktar ma jghaddu x-xhur aktar il-krizi tikber. F’nuqqas ta’ investimenti godda u firxa gdida dinamika fl-ekonomija d-direzzjoni tibqa’ l-istess: ‘l isfel.

L-ekonomija Maltija llum hi f’periklu serju.

U ara ma tghidx il-verita’ ghax jghidulek perikoluz.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent