logo

Atlas Banner
Awash with debt
L-ekonomija Maltija llum pogguta fuq buzzieqa enormi ta’ dejn. Id-dejn nazzjonali lahaq cifri li sa ftit ta’ snin ilu kienu immaginabbli. Izda l-buzzieqa mhux biss tad-dejn nazzjonali. Il-buzzieqa hi hafna akbar minn hekk ghaliex hi buzzieqa li tifrex u ssostni l-ekonomija ta’ Malta kollha. Bl-ingliz nghidu li Malta “is awash with debt”. Id-dejn rikibna: negozji privati kbar u zghar, minn kull settur, korporazzjonijiet tal-gvern u l-gvern innifsu, flimkien ma eluf kbar ta’ konsumaturi u households Maltin. Mhux hekk jahdmu l-ekonomiji moderni hawn min jghid? Le, mhux hekk. Dejn li jirrelata mat-tkabbir attwali tal-ekonomija ta’ pajjiz, iva. Dejn li jsostni ritmu ekonomiku artificjali, le. It-tkattir ekonomiku jrid ikun reali u sostnut miz-zieda fil-produttivita. Meta t-tkattir jkun sostnut biss b’estenzjoni ta’ aktar dejn dan ikun hazin. Meta l-perjodu ta’ tkattir mghobbi u mhallas bid-djun jittawwal sena wara sena, bhal ma gara f’Malta f’dawn l-ahhar snin, il-pajjiz jiffacja krizi li mhux facli tohrog minnha.

 


Dan hu dak li ghandna f’Malta llum. U hi sitwazzjoni li qed tkompli tagrava. Meta l-ekonomija Maltija kienet tidher li qed tikber, fil-fatt hafna minn dak li kien jidher bhala tkattir kien tkattir finta, ghaliex imhallas biss mid-dejn. Jigifieri meta d-dejn ma jkunx qed jintuza biex ihallas attivita’ ekonomika li thalli warajha aktar holqien ta’ gid, id-dejn ma jkunx ghajr johloq dehra ta’ tkattir ekonomiku. Fil-fatt jkun johloq biss nefha. Buzzieqa.

X’inhu jigri f’pajjizna
Ha naraw sewwa x’inhu jigri f’pajjizna. L-esportazzjoni niezla. Il-qliegh mit-turizmu niezel. Ix-xoghol fil-Freeport qed jonqos. Il-bini ta’ Malta bhala centru finanzjarju, waqaf. L-intraprizi barranin stabbiliti’ f’Malta mhux izzommu il-profitti li jaqghilu hawn, f’pajjizna. Il-Maltin baqghu johorgu flushom ‘il barra u l-kampanja tal-gvern biex dan il-vojt jimtela’ minn flus ta’ Maltin li jgibu flushom minn barra lura f’Malta, ghad iridu inkejluha. Investiment gdid minn barra ma jidhirx li qed jigi. Il-Prodott Gross Nazzjonali ta’ pajjizna qed jonqos. Ilna ma naraw il-Prodott Gross Nazzjonali jonqos is-snin il-kbar. L-istess il-Prodott Nazzjonali. Mhux biss naqas ir-ritmu tat-tkattir, l-iskuza li sab min semma’ s-slow down, le, ghad-dirittura l-GDP u l-GNP qed jonqsu; niezla ‘l isfel, mixjin b’lura.

Ic-cifri statistici juru li dak li l-aktar li jghodd biex f’qasir zmien il-GDP jerga’ jibda jikber b’mod regolari mhux hemm: m’hemmx zieda fil-materja prima’, m’hemmx zieda fis-semi manifatturat, m’hemmx zieda fil-makkinarju u l-kapitali ghall-industrija, m’hemmx zieda fil-booking tat-tour operators f’Malta. Jigifieri c-cifri ppublikati mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika qed juru dak li ilhom juru, tlett xhur wara tlett xhur ghal tmintax - il xahar shah, tnaqqis wara tnaqqis. Il-figuri hziena tal-lum jindikaw ir-rizultati hziena ta’ tlett xhur ohra. Ilna issa sejrin hekk.


Negozji Maltin
L-imprendituri, l-aktar dawk li jemmnu lil min jghidilhom li kollox sewwa u li l-fejqan qieghed wara l-kantuniera, jibqghu ghaddejjin. Kif? Jiddejnu. Jaqghu lura fil-hlas lill-fornituri taghhom: jigifieri jiddejnu minn ghand min jixtru. Jgebbdu aktar id-dejn li ghandhom mal-Banek Kummercjali. Kif qal il-boss tal-HSBC, Tom Robson, hawn min ukoll jiddisinja accounts kuluriti biex ikun jista’ jkattar il-livell ta’ dejn mal-Banek. Hawn min ukoll jaqa’ lura fil-hlas tal-pagi. Hawn negozji kbar u zghar li m’ghandhom l-ebda cans li jhallsu d-djun li ghandhom. Hu mirkalu kif jirnexxielhom itellghu tant djun ma’ bank wiehed, ma bank iehor, mal-gvern, mal-kredituri taghhom u qiesu ma jigri xejn. Nindunaw biss meta tfaqqa’ xi wahda bhal tal-Price Club. Qiesu kullhadd rieqed. Nies jiddejnu ma’ dan, jiddejnu mal-iehor, jiddejnu mal-banek u qieshom mhux huma. U wkoll qiesu min iddejjinhom stordut.

Kieku dawn kienu ftit u fuq zmien qasir, kieku forsi mhux tant problema. Aktar u aktar jekk id-dejn kollu jista’ jinfeda hekk kif progett jew transazzjoni, hi x’inhi, titlesta u jidhlu flus godda ghal kulhadd. Izda n-negozji li qeghdin fil-buzzieqa tad-dejn huma hafna u hafna u l-bicca l-kbira minn negozji li qeghdin f’dan l-istat m’ghandhomx cans li jinqalghu.

Sa ftit ilu xi negozji inqalghu ftit ghax sabu flus li qalghu extra jew ghax marru tajjeb bil-bejgh ta’ assi li kellhom fuq l-iStock Exchange jew ghax bieghu proprejta’ li kienu xtraw bi prezz irhis snin qabel. Illum dawn is-safety values qed jisparrixxu. Il-valur tal-art ma baqax tiela’ kif tela’ bejn il-1991 u l-1998. Barra minn hekk il-pizzijiet u l-imghaxxijiet tal-banek illum jikluk. Per ezempju, art li nxtrat mitt elf lira bid-dejn sena ilu, din is-sena trid tinbiegh Lm110,000 biex tibqa’ bl-istess prezz. Ma dan trid izzid it-taxxi. Il-prezz f’hafna kazi mhux jitla’ biex ikopri l-imghaxx u t-taxxi. Dan barra li s-suq mifqugh. Ghax meta hafna negozji f’daqqa jkollhom problemi, kulhadd jfittex l-istess soluzzjonijiet. Kollha jippruvaw jtajjru l-istock li jkollhom bl-irhis. Kollha jippruvaw jbieghu xi bicca art jew jippruvaw jwillu xi hanut jew xi post. Meta kapital x’issarraf ma jkollokx izda, r-rizultat hu aktar dejn. Meta n-negozju jkun hazin, issodd it-toqba ghal ftit zmien biss u wara aktar dejn. Tonfoh dejjem aktar il-buzzieqa.

Dejn tal-familji
Illum sfortunatament din l-istorja tad-dejn rikbet bil-kbir ukoll lil hafna familji u households Maltin. In-numru ta’ familji Maltin midjunin wahda sewwa huwa kbir enormi. Hafna minn dak li kien jidher bhala “boom” fis-snin disghin kien imhallas minn consumer credit ta’ livell li Malta qatt ma rat bhalhom qabel. U hawn gara l-istess bhal tan-negozji. Hafna household kienu ghamlu capital gains billi raw xi shares li kellhom fuq l-iStock Exchange joghlew jew ghax bieghu xi bicca art, jew sempliciment ghax qalghuha tajjeb b’job extra jew b’xi negozju barra il-main job. Bhan-negozji li kienet giethom wahda tajba u kabbru ghax hasbu li l-gid ser jibqa’ gej regolari, hafna households ukoll hasbu li l-bonanza ser tibqa’ gejja. Meta waqfet baqghu jghixu bl-istess ritmu ta’ spejjez billi bdew jiddejnu. Hafna giethom komda li jiehdu overdraft, jhallsu bin-nifs ghal kollox, juzaw credit cards ghal wahda, tnejn u anke tlieta. Il-livell ta’ dejn li ghandhom illum il-Maltin privati wkoll hu l-oghola li qatt kellna. Il-generazzjoni zghazugha b’mod partikolari drat tuza l-credit cards u tixtri llum b’li trid taqla’ ghada. Issa l-qliegh naqas kullimkien. Issa hawn dan il-krib kollu. Kulhadd jittama li dalwaqt ir-rota ddur u din ir-rota ma ddurx ghax l-ekonomija Maltija qeghda fi gwaj kbir. Irid l-ewwel jissewwa l-gwaj biex il-gid jerga’ jibda gej. Jekk le, inkomplu nonfhu l-buzzieqa tad-dejn.

Jekk tinfaqa’
Mela, l-ekonomija kollha kemm hi qed tiddejjen dejjem aktar ma’ barra. Ir-riservi barranin li jaghmlu tajjeb ghal dan id-dejn dejjem nizlin. Il-gvern tal-pajjiz jahdem b’deficit, bit-telf jigfieri, u jaghlaq il-kotba billi jiddejjen aktar. Biex jlahhaq man-nefqa pubblika li dejjem tikber, il-gvern mhux biss jiddejjen aktar izda jintaxxa lin-nies u lin-negozji aktar. Dawn b’anqas flus fil-but jew jonfqu anqas jew jiddejnu aktar. Il-korporazzjonijiet tal-istat – Tarznari, Water Corporation, Enemalta, Freeport, AirMalta, Sea Malta, nista’ nsemmihom kollha, mobbighijin tilja dejn nobis. Il-kumpaniji privati – servizzi, hotels, fabbriki, retailers, huma aktar iva milli le, mghobbijin bid-dejn. Maghhom issa hawn eluf kbar ta’ familji Maltin.

L-ekonomija mhux tikber. Qed taqa’ lura u m’hemmx dehra li tirpilja. Buzzieqa kbira. Alla jilliberana li ma tisplodiex.

Qiesna qeghdin fuq ajruplan b’time-bomb aboard.ma nafux meta ser tisplodi.

Izda m’hemmx recession! Skond it-text books kollha tal-ekonomija Malta hi kaz car ta’ recession ekonomika. Izda ara ma tghidx!

Issa zdid iehor li jghid li hu perikoluz li ssemmi recession. Tal-biki!

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent