logo

Atlas Banner
Il-Hajt ta’ Berlin
Dak li gara nhar il-Hamis fl-MCESD jinkwieta hafna li jixtiequ jaraw ix-xena tar-Relazzjonijiet industrijali ta’ pajjizna tinbidel. M’hemm l-ebda dubju li ghad ghandna nies kemm fuq in-naha tal-employers kif ukoll fuq in-naha tat-trade unions li jaraw id-dinja b’mod mill-aktar imtappan. Qiesna ghadna fid-dinja ta’ qabel il-waqa’ tal-Hajt ta’ Berlin. Illum id-dinja nbidlet. Inbidlet aktar wara l-waqa’ tat-Twin Towers fil-11 ta’ Settembru. Malta m’hiex maqtugha mid-dinja. Ir-retorika tal-bierah m’ghadiex tghodd. Pajjizna hu zghir wisq biex ma naqdfux ‘il quddiem anke qabel jaqdef haddiehor.

 


Qabel ma waqa’ l-Hajt ta’ Berlin id-dinja kienet ghada wisq tahsibha f’termini ta’ “ahna” u “huma”. Matul il-perjodu li kien jirrenja l-Kommunizmu fuq naha u l-Kapitalizmu fuq in-naha l-ohra l-hsieb qiesu li kien iddominat minn “ahna” u “huma”. Jekk titkellem favur l-ekonomija tas-suq u favur l-intrapriza kont tkun ittimbrat Kapitlaist, li f’ghajnejn hafna kelliema ghall-haddiema kien timbru ikrah wisq. L-istess in-naha l-ohra. Jekk titkellem wisq favur il-gustizzja socjali u d-drittijiet tan-nies tax-xoghol kont bilfors ahmar, Kommunist. Il-waqa’ tal-Hajt ta’ Berlin fl-1989 bidlet hafna minn dan kollu. Wara l-1989 sar bhal speci moda li titkellem favur l-intrapriza u favur it-twettiq tal-principji tal-ekonomija. L-ekonomija l-ewwel. “It’s the economy stupid”, tiftakruha din? Bhal dejjem kien hawn min mar fl-estremita’ u bdew jitfasslu policies li haduna lura ghal zmien Adam Smith, il-fundatur tal-istudji ekonomici, li verament kien jemmen li l-ekonomija tigi l-ewwel. Ir-rizultat kien li f’hafna pajjizi l-aktar fl-Amerika ta’ Reagan u l-Ingliterra ta’ Thatcher u wara l-kapitalizmu beda juri l-wicc ikrah tieghu u intesew hafna mill-principji, li wara t-tieni gwerra dinija kienu gabu gustizzja socjali accettabbli fil-pajjizi Ewropej u industrijalizati.

Globalizazzjoni
Il-Kapitalizmu still ta’ Thatcher willed il-globalizazzjoni. Dan hu l-process fejn il-principji tal-ekonomija jikmandaw u l-ispecjalizazzjoni marret fuq skala mondjali. Effettivament kienet tfisser tipproduci fejn jaqbel, tbiegh bl-orhos u suppost li l-kumplament, jigifieri xoghol u gustizzja socjali, kellu jirrizulta. Nafu llum li dan ma sarx u li d-dinja gusta ma tahdimx hekk. Twieled il-moviment anti globalizazzjoni u l-policies ala Thatcher bdew jitwarrbu. Bdejna nitkellmu b’lingwa gdida u bdew ukoll jithaddmu policies godda f’hafna pajjizi li nehhew l-estremizmi tat-Thacherizmu u regghu bdew idahhlu l-elementi importanti tal-gustizzja socjali. Blair fl-Ingliterra beda jhaddem policies imsejha the Third Way. Effettivament dawn huma policies li filwaqt illi jkomplu jpoggu quddiem nett il-principji ekonomici jaghtu wkoll importanza kbira lid-distribuzzjoni ekwu tal-gid b’modd illi tissahhah u mhux titkisser il-gustizzja socjali. Mhux process facli dan izda bdew jidhru r-rizultati.


Twin Towers
Wasal Settembu 11, 2001 u l-waqa’ tat-Twin Towers. Id-dinja bhal qiesu stembhet li tezisti firda gdida bejn pajjizi fqar u abbandunati tant li lesti jmorru ghall-estremizmu u t-terrorizmu. Il-pajjizi l-kbar bdew jistembhu ghall-fatt li d-dinja riedet bilfors taqbad rotta ohra. Mhux aktar ir-rotta tal-kapitalizmu sfrenat u tal-globalizazzjoni akkost ta’ kollox izda ta’ pjanifikazzjoni fuq bazi ta’ principji ekonomici u gustizzja socjali.

Il-Professur Klaus Schwab, il-fundataur u President tal-World Economic Forum, isostni bir-ragun, li “waqt li s-settur ekonomiku ghandu l-hila li jgholli l-livell tal-ghixien u li jkattar l-kwalita’ ta’ hajja, huwa biss il-gvern li ghandu l-hila u li jirregola u jsawwar il-gustizzja. It-tkattir ekonomiku u l-gusitizzja huma aktar iva milli le, komplimentari, pero’ huma r-responsabbilta’ ta’ setturi differenti tas-socjeta’”. Dan ifisser li wiehed m’ghandux jistenna li l-imprendituri billi jipprovdi x-xoghol u jkattar il-gid u jgholli l-livell tal-hajja u l-kwalita’ tal-hajja, ser johloq ukoll il-gustizzja socjali. Il-gustizzja jrid johloqha l-gvern. Il-gvern ma jfendiex wahdu. Jrid min isusu u min jimbuttah. Ghalhekk taghmel sens it-teorija li tohrog minn dan kollu. Din it-teorija tghid: il-gid komuni jkun imhares l-ahjar billi jissawwar partnership reali bejn il-gvern, is-settur privat u societa’ civili. Dan ifisser li pajjiz modern irid johloq l-istruzzjonijiet li jaghmlu dan kollu possibli. Pajjiz modern irid isib mezz kif jibni l-kollaborazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-imsiehba socjali l-aktar importanti fis-socjeta’. Minghajr dawn il-partnerships, socjeta’ moderna tbghati biex izzomm ir-ritmu ta’ zieda konsistenti fir-rata tat-tkattir tal-gid filwaqt li tkompli issahhah u tizvilluppa l-istruttura tal-gustizzja socjali. M’hemm l-ebda dubju li l-pajjiz li jirnexxielu jibni dawn il-partnerships jgawdi minn era gdida ta’ tkattir tal-gid u tal-prosperita’ ghaliex, hu f’atmosfera ta’ paci fir-relazzjonijiet socjali li l-gid u prosperita’ tikber.

F’pajjizna
Il-konflitt igerrex. Il-hitan l-antiki ta’ naha fuq banda u l-ohra fuq il-banda l-ohra tbezzaghha. Pajjizna llum qed jizloq lura lejn l-antik. Jien kont ktibt, fil-konfront tal-White Paper dwar ir-relazzjonijiet fuq il-post tax-xoghol u sejjahtilha White Paper tal-bierah. Ghidt ukoll li illum u ghada jrid jinbena fuq il-partnership bejn limsiehba socjali. Dak li gara l-gimgha l-ohra ma ghaggibni xejn. Nghid il-verita’ stennejtu. Inhoss li l-MCESD hu l-istituzzjoni li tista’ twassal ghall-kollaborazzjoni u koperazzjoni li fuqhom jista’ jinbena l-partnership. Pero’ ghadna lura. Irridu hafna u hafna aktar bona volonta miz-zewg nahat. Id-dnub hu li zmien x’nitilfu m’ghandniex. L-ekonomija Maltija qeghda fi stat ikrah kif ili nsostni gimgha wara gimgha. Jiena nifhem li iffacjati bit-theddida ta’ qaghad u licenzjamenti ta’ haddiema li l-Unions ma jafdawx u jibzaw mill-proposti tal-employers.

Nifhem ukoll ghaliex l-employers qed jitwerwru minn kull proposti li zzidulhom l-ispejjez. Fil-pajjizna hawn nuqqas ta’ fiducja kbira. Pero’ hu ezettament illum li jrid ikollna l-kuragg li nahsbu b’idejat godda. Ikun gwaj ghalina jekk nibdew nahsbu differenti meta nkunu diga’ tikissirna.

Inkunu kbar jekk nammettu li l-ekonomija Maltija mghaffga. Li biex infiequ irridu nigbdu habel wiehed. Li dan jista’ jsir jekk nahdmu biex nibnu partnerships reali ta’ kollaborazzjoni u koperazzjoni li jkattru l-gid u l-gustizzja ghalina lkoll. Dan hu l-argument l-aktar importanti li ghandu jokkupana lkoll.

Dak li gara wara l-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin u wara l-waqa’ tat-Twin Towers, ghallem lid-dinja l-importanza li l-gvern, c-Civil Socities u d-dinja tal-business jahdmu flimkien. F’pajjizna din il-lezzjoni jridu nitghallmu wkoll. L-argumenti tal-gimgha l-ohra juru li jonqosna hafna biex nifhmu dan. Zmien hafna m’ghandiex. Irridu ghalhekk nibdew nibnu mill-lum.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent