logo

Atlas Banner
Il-Forum Mondjali
Din is-sena l-Forum Mondjali Ekonomiku – The World Economic Forum, il-Konferenza Annwali tal-kbarat tal-finanzi, tal-ekonomija u tal-politika internazzjonali li s-soltu ssir fl-iski resort ta’ Davos, fl-Izvizzera, saret minflokk fi New York, bhala att ta’ solidarjeta’ mal-vittmi tal-11 ta’ Settembru. Wiehed jista’ jimmagina x’sigurezza enormi kien hemm fi New York biex, l-ewwelnett ma jergax jigri dak li gara f’Davos s-sena l-ohra meta d-dimostranti ta’ kontra l-globalizazzjoni litteralment ghamlu gwerra lill-pulizija Svizzera, u t-tieni biex New York, wara l-frakass u t-tragedja li sofriet, ma tergax taqa’ fl-inkwiet u n-niket.


Il-konferenza tal-kbarat u tas-sinjuri fi New York qamet lis-Sindku ta’ New York $10 miljuni b’infieq extra fuq xoghol ta’ pulizija. Litteralment il-pulizija holqu hajt ta’ protezzjoni li kien impenetrabbli. Il-hotel fejn saret il-konferenza, l-famuza Waldorf Astoria, kienet mghassa b’4,000 pulizjott il-hin kollu. Iffacjati bil-forza massima ta’ sigurezza l-protestanti qaghdu lura. Fi New York wara t-tragedja ta’ Settembru ma kienx hemm post ghad-dimostrazzjonijiet vjolenti u l-pulizija ta’ New York kienet lesta ghal kollox. L-isforz enormi li sar mill-mexxejja ta’ New York irnexxa ghaliex jistmaw li aktar minn $100 miljun gew minfuqa fl-ekonomija tal-lokal bis-sahha ta’ din il-konferenza.

Gwerra ohra
Il-Forum Mondjali izda jibqa’ jissemma l-aktar ghac-canfira li taw lill-President George W Bush u wara t-theddida li faqqa dwar gwerra kontra pajjizi ohra. Kien ukoll zgur Forum spettakulari f’hafna aspetti. Mhux biss ghall-festi u l-parties fenomenali ghal 2,700 mistieden ta’ kwalita’, izda wkoll, u forsi l-aktar importanti ghal dak li ntqal fil-Forum. Il-forum xtarr dak li qal il-President Amerikan, George W Bush, f’diskors importanti li ta’ kull sena jaghmel il-President Amerikan, imsejjah State of the Union. F’dan id-diskors importanti George W Bush iddikjara li l-Amerika tqies li tezisti “allejanza tat-terrur”, “an axis of evil” li torbot lill-Iran, l-Iraq u l-Korea tan-North u li ghalhekk hemm gustifikazzjoni, skond il-President tal-Amerika, li l-Amerika tattakka lil dawn il-pajjizi bla avviz.

The World Economic Forum (WEF) li tlaqa’ fl-istess zmien li sar id-diskors tal-President Bush inhassdu b’din id-dikjarazzjoni. Ghax illum hi rikonoxxuta kullimkien li tajjeb jew hazin, d-dinja ekonomika trid mill-Amerika. Forsi ghal min jifhem kif tahdem id-dinja din mhiex xi haga gdida ghax wara kollox l-Amerika ilha l-magna ewlenija tal-ekonomija globali, izda illum aktar minn qatt qabel, specjalment wara l-waqa’ tal-Hajt ta’ Berlin, meta l-ggant amerikan jimxi, d-dinja timxi mieghu, meta jotor l-ghawg jinhass ma kullimkien. Ghalhekk il-kapijiet prezenti f’Manhattan inhassdu bil-kliem tal-President Amerikan. Ghax kif jista’’ jkun, bdew jghidu, li l-Amerika tiftah gwerra kontra tlett pajjizi u qiesu hadd ma jimpurtah. Stqarrija b’sahhita bhal dik fl-aktar diskors tal-policy importanti li jaghmel il-President tal-Amerika kull sena quddiem iz-zewg kmamar tal-Parlament Amerikan u muri dirett fuq it-televizjoni tad-dinja kollha u qiesu hadd ma jitniffes. Qiesu li l-forzi l-ohra politici fl-Amerika u l-gvernijiet fl-Ewropa u fil-kumplament tad-dinja qieshom m’ghandhomx say. Bush effetivament qed jghid “l-Amerika tmexxi, mela hi tiddeciedi”.

L-impatt ta’ gwerra akbar
Kif jistghu negozji u intraprizi mondjali b’investimenti ta’ biljuni ta’ dollari u gvernijiet ohra mad-dinja kollha li l-ekonomija taghhom tbghati bil-gwerer u bl-inkwiet kollu li jinqalghu kull meta d-dinja tkun iffacjata bil-gwerer, jibqghu, hekk, gallarija, meta potenza bhal Amerika tiddikjara gwerra, mhux kontra pajjiz bhall-Afganistan, izda pajjizi b’impatt ekonomiku bhal m’huma l-Iran, l-Iraq u l-Korea ta’ Fuq. Anka kieku l-attakk ikun biss fuq l-Iraq, l-impatt ta’ dan fuq id-dinja ekonomika jkun enormi. Mhux ta’ b’xejn allura li aktar mill-impatt tal-globalizazzjoni, li din is-sena l-World Economic Forum aktar ikkoncentra ruhu fuq din il-possibilita’. Il-globalizazzjoni ghada kwistjoni tahraq u l-argument ghadu ghaddej kif l-affarijiet ghandhom isiru ahjar u b’partnership bejn in-nies tal-business u c-civil society. Izda issa l-argument ewlieni hu t-theddida ta’ gwerra akbar minn dik tal-Afganistan.

Li hareg ta’ interess minn dan il-Forum, izda dejjem taht id-dell ta’ theddida li semma l-President Amerikan, hi li l-ekonomija Amerikana qiesu li ghaddielha x-xokk ta’ wara l-attakk tal-11 ta’ Settembru. Wara Settembru 2001 l-ekonomija Amerikana kienet intefghet fl-inkwiet u maghha dahhlet lill-bicca l-kbira tad-dinja, pero’ issa bdiet taqleb ghal ahjar. Mal-Amerika tibda terga’ tirranka d-dinja. Hu ghalhekk li kliem gdid dwar aktar gwerer wara ta’ l-Afganistan, u gwerrer ikbar ma’ pajjizi hafna aktar armati u organizzati, gabet twerwir fost il-kapijiet ta’ gvernijiet u ekonomisti u finanzjera fil-Forum Mondjali. Kif jista’ jkun qalu li l-Amerika wara li rat dak li gara wara l-attakki fuq l-Afganistan issa tipprepara ghall-attakki fuq il-Korea ta’ fuq, Fuq l-Iran u fuq l-Iraq minghajr ma tkejjel l-impatt fuq tant u tant pajjizi ohra?

Xmara ta’ dejn
Punt ferm importanti li hareg minn dan il-Forum hu l-inkwiet kbir li waqghet fih id-dinja minhabba d-djun kbar li qed igorru mhux biss il-gvernijiet fil-bicca l-kbira tal-pajjizi tad-dinja, kemm dawk suppost sinjuri u wkoll dawk li ghadhom lura, izda wkoll il-korporazzjonijiet multinternazzjonali, l-korporazzjonijiet privati kbar, u miljuni ta’ kumpaniji zghar fid-dinja kollha kif ukoll miljuni kbar ta’ konsumaturi mad-dinja kollha. Il-Forum sema kif il-Gappun, dak il-pajjiz suppost ekonomikament ggant, litteralment sploda meta splodiet il-buzzieqa kbira ta’ dejn. U hafna jahsbu li l-aghar fil-Gappun ghadu gej. Il-Forum jirrikonoxxi li llum l-ekonomija mondjali hi mgharqa taht xmara ta’ djun li d-dinja qatt ma rat bhala.

Aktar cara llum hi l-ispluzjoni tal-buzzieqa tad-dejn tal-Argentina. Dwar l-Argentina ghad irridu nisimghu aktar anke ahna f’Malta. Dan ghaliex il-Maltin iggwidati minn xi Stock Brokers, fl-opinjoni tieghi bla sens, poggew fl-Argentina somom kbar ta’ flus Maltin u llum effetivament dawn taru mar-rih. Ma nafx onestament kif dwar dan m’hawnx argument f’Malta waqt li nghoxew nitkellmu fuq il-problemi tal-bankini u tad-drenagg inixxi. Ili nsostni li l-Maltin jaghmlu zball goff li ma jsegwux dak li jsir fid-dinja. Zgur hu dnub enormi li jekk min jaghti l-pariri dwar l-investimenti tal-Maltin ma jkunx armat sewwa biex il-parriri li jaghti jkunu sodi. Zgur li l-Maltin ma kinux jaffordjaw jitilfu somom kbar ta’ flus fl-Argentina. U kemm kienu ezattament dawn is-somom?

Fil-Forum ta’ New York, l-Argentina holqot dibattiti mill-aktar shan. L-Argentina hi mera ta’ dak li jista’ jigri f’hafna pajjizi li minn ghalijhom kabbru l-ekonomija taghhom fuq il-buzzieqa tad-dejn, tad-deficit pubbliku imhallas bid-djun u taz-zieda fil-konsum kawzat mhux miz-zieda fil-produttivita’ izda bl-easy money li sabu l-konsumaturi b’zieda qawwija fid-djun tal-households u tal-konsumatur u bl-espansjoni tan-negozji li saret mhux bl-espansjoni tal-profitti minn zieda reali u konsistenti fil-bejgh, izda mit-tigbid ta’ aktar dejn mal-banek u aktar dejn mal-fornituri.

U Malta?
Xena tal-Argentina biss din? Gwaj biss tal-pajjizi barranin mifqughin bid-dejn? Xena biss ta’ pajjizi ohra ‘il boghod minna li Settembru 11 tefghahom fil-limbo u gwerra akbar kontra l-Korea, l-Iran u l-Iraq tghoddoshom u tisplodijhom?

Jew xena wkoll ta’ pajjjizna? Jew realta’ qrib hafna taghna aktar milli jriduna nahsbu dawk li verament jafu l-verita’?

Pajjizna, jghid x’jghid il-gvern u l-apologisti tieghu, jinsab f’ricessjoni ekonomika u mghobbi tilja dejn nobis. Pajjizna mghobbi bi problemi kull fejn thares. Allahares tfaqqa’ l-gwerra li jidher deciz dwarha l-President Amerikan, ghax maghmula taghha.

Malta qeghda f’maltempata u pajjizna qiesu qieghed f’bahar qawwi, izda l-kaptan jghid li hu bnazzi, il-bahrin ghadhom jixxalaw u l-avviz tat-temp jghid li gejja maltempata hafna akbar.

Imma l-kaptan mhux inkwetat.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent