logo

Atlas Banner
It-Tikka tajjeb il-bqija le
Ghad baqa’ xi wahdiet jghixu fis-shab li jghidu li l-ekonomija Maltija mhiex f’inkwiet kbir. Jduru u jdawwru biex jevitaw il-kelma ricessjoni. Mhux hekk jitkellem kull min imiss mal-intrapriza. U hi x’inhi l-intrapriza. Ghal ftit li sejrin tajjeb hemm l-ohrajn kollha li sejrin hazin. Artikolista f’gurnal lokali bl-ingliz semma l-istorja tat-teacher li fuq screem kollu abjad wera tikka zghira sewda fin-nofs u saqsa lill-istudenti tieghu x’inhuma jaraw. Kollha sfurzaw biex jippruvaw jghatu xi risposta intelligenti, izda ghalxejn. Kollha taw l-istess verdett; tikka sewda fuq screen kbir abjad. It-teacher fl-ahhar qallhom li kollha rawha hazin. Li kienu qed jaraw kien screen kbir abjad li fuqu hemm biss tikka zghira sewda.

 


Dan hu li qed naraw illum fl-ekonomija Maltija. Mhux it-tikka zghira li sejra tajjeb bhal ma hi l-industrija tad-denim, izda l-kumplament tal-lizar kollu. Il-lizar kollu ekonomiku juri sitwazzjoni hazina. Juri l-ewwelnett li ekonomija miftuha berah bhal ma hi Malta, qed issoffri mill-maltemp li laqat il-bicca l-kbira tal-ekonomiji barranin. Juri wkoll li l-ekonomija Maltija ghandha problemi strutturali serji. Juri wkoll li l-ekonomija Maltija m’hiex immangijata sewwa.

Manigjar tal-ekonomija
Hawn fejn jidhlu l-ewwel zewg argumenti li jidher li fil-gvern hemm konfuzjoni dwarhom, ghax min jghid, jew jemmen haga, u min jghid u qed iwettaq haga ohra. L-ewwel argument hu jekk il-gvern ghandux jimmanigja l-ekonomija. Nahseb li l-Partit fil-gvern hemm wisq nies ta’ influwenza b’knowledge reali fjakk hafna ta’ kif tahdem ekonomija moderna. Il-hafna avukati li jiddominaw il-Partit jemmnu li timmanigja l-ekonomija u li tippjana l-izvilupp ekonomiku, hu kuncett socjalista u ghalhekk fih innfisu hazin. Fost dawk li dejjem emmnu hekk hemm Dr. Eddie Fenech Adami innfisu. Frazijiet bhal Pjan Strategiku Nazzjonali jew Pjan Ekonomiku jew Pjan ta’ zvilupp lil Dr. Fenech Adami jbezzghuh. Bhalu hemm ohrajn u ta’ influwenza kbira. Ir-rizultat hu li ghall-hmistax il-sena shah Malta effettivament imxiet bla Pjan Ekonomiku.

Strategija generali kien hemm mhux le, u ghalkemm mhux fl-apert, ghax kif ghidt qiesek qed taghmel dnub jekk issemmi ppjanar ekonomiku, d-Divizjoni li tiehu hsieb l-ekonomija fil-Ministeru tal-Finanzi jew fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, kellha fuq il-karta strategija. Pero’ meta jitfasslu l-Budgets li suppost imbaghad jisiltuhom mill-istrategija ekonomika, din ir-rabta ftit tidher. Kull budget ghalkemm jinghad mod iehor, hu fil-fatt dokument ghalih. Anke meta kien tfassal “consolidated accounts” li ppjanaw il-finanzi pubblici sas-sena 2004, dan ma kien pjan xejn u zgur mhux pjan ekonomiku. Zgur izda li kienet x’kienet l-istrategija ekonomika l-immanigjar ma kienx hemm. Amministrazzjoni generali iva, bic-Central Bank u l-Ministeru tal-Finanzi jimponu certi kriterji iva. Izda mhux ippjanar. Ghax kif ghidt il-kuncett tal-ippjanar m’ghamilx parti mill-mekkanizmu tal-gvern.

Ristruttura
Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku qatt, per ezempju, ma iddiskuta Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp u kull karta jew dokument li tpogga ghall-attenzjoni tal-MCED qatt ma kien jikkonstitwixxi Pjan. Zgur li hadd ma qal li hu responsabbli mill-ezekuzzjoni ta’ xi Pjan. Haga tal-iskantament meta jien ripetutament insaqsi min fil-gvern hu responsabbli tal-immanigjar tal-ekonomija, hadd ma jaf jghati risposta. Issa dan fi zmien meta inkitbu volumi shah u thallsu eluf kbar ta’ liri fuq studji u rapporti. Fi zmien ukoll meta l-kelma ristrutturar ilha tidwi s-snin. Jigifieri fi zmien meta kull min hu intiz fl-ekonomija ilu jhambaq li l-ekonomija Maltija trid bilfors tigi ristrutturata, jigifieri timbidlilha l-istruttura taghha u mhux sempliciment jsirilha rtokki, jekk l-ekonomija Maltija trid tkompli tespandi u jikber il-gid li lkoll irridu minna.

Din tal-istrutturar hafna ghadhom ma jistghux jifmuha. Din bhal min ghandu xitla tal-ward sabiha li ghal hafna snin ra tikber u ittih roses sbih u jfuhu. Jinduna izda li hekk kif il-pjanta bdiet tixjih jidhru ftieghi li nixfu, jimbtu ohrajn bla forma u ma jghatux ward u l-pjanta kollha titlef il-forma u turi wkoll sinjali ta’ mard. Sakemm imbaghad jiddeciedi li jtiha zabra sewwa, jghati s-sustanzi u jbexxex u jaqla’ l-hamrija sewwa. Jinduna fl-istagun li jmiss li l-frieghi l-godda huma b’sahhithom, il-ward hu sod u isbah u jfuh aktar. Jinduna wkoll li jekk irid li l-pjanta jibqa’ ittiha is-sustanzi, jozbor kull stagun u jzommha sena wara sena b’sahhitha tibqa’ dejjem tikber u ttih aktar ward.

L-ekonomija Maltija xjahet
L-ekonomija m’hiex differenti. Jekk ma tkunx indukrata sewwa, tixjih u timrad u ma tibqax tghati frott daqs qabel. Dan hu li qed jigri llum. L-ekonomija Maltija xjahet. Ghandha problemi f’hafna setturi li xjahu. Xjahu mhux biss ghax ilhom hemm u n-nies fihom illum huma ta’ eta kbira. Xjahu ghax is-sistemi li ghandhom m’ghadhomx kompettitivi ghax maqtughin mir-realta’ li jhabbatlek ma wiccek is-suq. Dan gara fl-opinjoni tieghi ghax ma kellniex il-hila nippjanaw. Anzi, ghax bzajna nippjanaw. Ghax dahlet il-mentalita’ li ippjanar ekonomiku hu hazin. Isemmu x’gara f’pajjizi kommunisti u hafna stejjer ohra. Ma jghidux li kien dak il-kuncett ta’ ppjanar iccentralizzat izzejjed li kien hazin, u mhux il-kuncett innifsu. Ma jghidux li mhux veru li l-ekonomiji moderni wkoll jahdmu fuq strategiji ekonomici imfassla u ppjanati u amministrati li sewwa. Min jaf l-affarijiet tieghu sewwa jaf li ekonomija ma tithaddimx tajjeb minghajr pjan imfassal sewwa u mhaddem bil-ghaqal. Ghalkemm il-professjonisti fl-amministrazzjoni pubblika ppruvaw, izda minghajr konvinzjoni. Ghax min kellu l-poter politiku ma ridx jaf bi pjanar. Gara allura li ma kienx hemm ir-rieda u d-determinazzjoni li dak li hemm bzonn isir, isir. Gara allura li z-zabriet li kellhom isiru ma sarux. Gara li l-istrategiji li riedu jitwettqu ma twettqux. Gara allura li ntefqu miljuni kbar fil-holqien u t-tkattir tal-MFSC, MDC, METCO, IPSE u dejjem noholqu xi haga gdida. Izda bla ko-ordinament. Bla rieda li lkoll jigbdu habel wiehed b’mod sod f’direzzjoni wahda u taht tmexxija u mmanigjar car.

Pjan ta’ zvilupp nazzjonali
It-tieni punt importanti hu li issa dan qed jinbidel bil-girja izda mhux ghax l-ekonomija qeghda fi stat hazin u li ilha ma tkun fih is-snin il-kbar izda ghax jemmnu x’jemmnu l-avukati li jiddominaw il-gvern Malti issa Malta ma tistax timxi aktar ‘il quddiem bla Pjan ta’ Zvilupp Nazzjonali jekk trid tkompli bil-progress imfassal mill-gvern biex Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea mal-ewwel lot li jmiss.

Il-gvern Malti issa accetta l-kuncent tal-ippjanar tal-izvilupp. Malta l-ewwel ghamelt l-iscreening biex tkun taf x’hemm differenti bejn dak li kien jezisti hawn u dak li jrid isir biex Malta tkun tista’ issir parti mill-Unjoni. Imbaghad sar Pjan Nazzjonali ghall-addotazzjoni tal-acquis (NPAA) fejn tfasslet u qed titwettaq b’pass mill-aktar mghaggel il-bidla kbira fir-regolamenti, ligijiet u istituzzjonijiet li jgieghlu lil Malta timplimenta l-volumi ta’ ligijiet li tal-Unjoni akkumulaw f’47 sena. Issa qed jitfassal b’girja kbira, il-Pjan Nazzjonali tal-iZvillup. Dan hu l-Pjan li jrid ifassal l-istrategija taz-zvilupp settur b’settur, u komplessivament ta’ dak li jrid isir biex l-ekonomija ta’ Malta tintegra ma’ dik tal-Unjoni Ewropea. Il-Pjan irid jindika x’irid isir f’kull qasam u jindika s-soluzzjonijiet u fuq liema zmien ser jitwettqu u jikwantifika n-nefqa u s-sors tal-finanzjamenti biex il-bidla issir.

Mela issa li Malta ser issir parti mal-akbar burokrazija centralizzata li tezisti f’xi regjun ekonomiku mondjali, bilfors trid, bhal ma qed taghmel, tkabbar u tispecjalizza hi wkoll, il-burokrazija taghha fil-qasam tal-ippjanar tal-izvilupp. Issa wkoll ser ikollha il-Pjan tal-iZvilupp Nazzjonali taghna. Mhux biss Malta issa ser ikollha l-burokratici responsabbli mit-thaddim tal-Pjan Nazzjonali tal-iZvilupp izda ser ikollha c-censura ta’ Brussels biex ikun assigurat li l-Pjan jithaddem. Ic-censura tkun bl-aktar mod effikaci. Il-fondi li jkunu approvati minn Brussels biex jithaddmu fl-ezekuzjoni tal-pjan ma jinghatawx jekk ma jkunx hemm rizultat imkejjel u approvat minn Brussels u l-gvern Malti ma jkunx pogga s-sehem finanzjarju shih tieghu. Il-progress ta’ integrazzjoni ta’ Malta mal-Unjoni jintefa’ lura jekk il-Pjan ma jithaddimx u ma jirnexxiex.

L-ekonomija llum
Mela issa bdejna nipjanaw. Better late than never. Izda mhux biex niffacjaw, il-krizi ekonomika li ghandna illum. Le, ser nippjanaw ghal ghada. L-incertezza ‘l hawn fil-pajjiz gejja mill-fatt li l-gvern jghid haga u jaghmel, jew ma jaghmilx haga ohra. Ghandu problemi enormi llum li dwarhom mhu qed isir xejn u lanqas biss nammetuhom, izda bdejna nippjanaw bis-serjeta’ ghall-ghada. Mhux ghax konvinti, izda ghax mgeghla.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent