logo

Atlas Banner
Inflazzjoni
Malta llum ghaddejja minn fazi ta’ zieda fl-inflazzjoni, sena fuq sena ta’ 4.67%. Jekk l-inflazzjoni titiehed bhala medja ta’ tnax il-xahar li ghaddew din turi cifri ta’ 3.27%. Jigifieri l-inflazzjoni qabzet ir-rata li fuqha wiehed jistenna aggustament fil-pagi mal-ewwel. Il-problema hi li r-rata ta’ inflazzjoni bhal din normalment tintlahaq meta l-ekonomija tkun ghaddejja minn boom u jkun hawn tant flus fl-idejn u nuqqas ta’ haddiema disponibbli ghax-xoghol li l-pressjoni fuq iz-zieda fil-prezzijiet u l-pressjoni fuq iz-zieda fil-pagi tohloq rata ta’ inflazzjoni qawwija. Ekonomija bhal ta’ Malta li r-ritmu taghha niezel mhux suppost illi turi rati ta’ inflazzjoni bhal ma qed turi llum.

 


Inkwiet
Dan kollu jindika li l-istruttura tal-ekonomija Maltija m’hiex struttura ta’ ekonomija tas-suq moderna kif suppost illi ghandna meta wiehed jara l-firxa tax-xoghol tal-ekonomija llum. Kieku hu hekk, u l-istrutturi li ghandna huma adatti kieku llum m’ahniex inbghatu daqshekk biex ingibu ordnijiet godda ghall-postijiet tax-xoghol kollha kemm huma. F’ekonomija mhadma sew jinholqu dawk l-istrutturi biex kapitali u haddiema li qeghdin f’intraprizi fejn ix-xoghol m’ghadux possibbli jithaddmu fuq progetti ohra u jsiru investimenti godda biex ir-ritmu ekonomiku jibqa’ ghaddej. F’pajjizna izda l-kapital marbut f’intraprizi u f’korporazzjonijiet fejn m’ghadux irendi u numru kbir ta’ haddiema huma mizmuma f’postijiet tax-xoghol fejn minghajr htija taghhom, xoghol produttiv m’hemmx u r-rizultat hu li tithaddem sistema tas-sussidji biex kollox jibqa’ ghaddej. Meta jsir hekk jinholoq inkwiet kbir.

Ghaliex li jigri hu li postijiet tax-xoghol godda ma jkunux jistghu jinholqu ghax kapitali ma jsibux u lanqas ma jsibu l-haddiema adatti. Illum f’pajjizna ghandna t-tragedja li ghandna mprendituri li jridu jifthu l-fabbriki u ghandhom l-ordnijiet izda la ghandhom fabbrika u lanqas qed isibu nies u l-banek jaqghilalhom fwiedhom biex ituhom il-flus mehtiega, imbaghad fl-istess waqt ghandna ntraprizi ohra fejn il-kapital mhux imhaddem sewwa, is-servizz jew il-prodott qed jinghata hazin jew bi prezzijiet gholjin, u tezisti hafna hela ta’ rizorsi umani ghaliex la m’hemmx kompetizzjoni, m’hemmx interess biex l-affarijiet jitrangaw.

Hemm umbaghad numru ta’ fabbriki vojta li huma proprjeta’ tal-gvern u hafna proprjetajiet ohra tal-privat li jistghu jintuzaw u huma wkoll vojta. Dan kollu ghax m’ghandiex tregija u m’ghandiex sistemi li jevitaw dawn id-diffikultajiet. Ir-rizultat hu li ghandna prezzijiet gholjin ta’ servizzi essenzjali bhal m’huma dawl u ilma u ta’ servizzi ohra marbuta mal-port, fost l-affarijiet ohra, ghandna numru ta’ nies li kapaci jahdmu xoghol aktar produttiv milli ghandhom izda ghal xi raguni stramba din is-sitwazzjoni m’hiex titranga. Ghandna umbaghad gvern li ma jiddejjaqx jiddejjen biex jghatti d-diffikultajiet u l-ineficenzi fid-direzzjoni tas-settur pubbliku, filwaqt li hemm pressjoni ma tieqaf qatt fuq is-settur privat biex dejjem jghabbulu aktar u jifnu lil min irid jistinka u jkabbar.

Id-dinja llum
F’Malta huma hafna l-problemi li qed izzommuna milli nkunu aktar kompettitivi. Mhux kwistjoni li noqghodu nitkellmu fuq il-globalizazzjoni. Ahna wahidna zghar wisq biex naqilbu dak li jsir fid-dinja. Irridu ghalhekk bilfors nikkompetu jekk irridu nbighu barra minn Malta. Jekk ma nbighux barra minn Malta jew ma nbighux f’pajjizna lit-turisti bi prezzijiet assolutament kompettitivi Malta ma tfendix. Dan hu li urejt jien il-gimgha l-ohra, b’fatti u figuri biex nuri li settur b’settur, l-ekonomija Maltija sejra lura. Sejra lura ghax m’ghadniex aktar kompettitivi. Qed naghmlu l-affarijiet b’mod li nahsbu li qeghdin f’dinja ghalina izda fil-fatt ahna qed nghixu f’dinja ma’ l-ohrajn. Dak li nbighu lil xulxin f’Malta jaffettwa il-cost tal-produzzjoni. Meta haddiem ihallas aktar ikun irid aktar paga. Meta Hotel ihallas aktar ghal dak li jixtri kemm ghall-Hotel kif ukoll bhala pagi jkollu jgholli l-prezzijiet lit-turisti. Meta t-turisit isib il-prezzijiet gholjin dan ma jigix. L-istess ghall-fabbriki. Jekk dawn il-prezz tal-produzzjoni jkunu gholi, dawn ma jbighux. Bla barranin nippruvaw inbighu lil xulxin.

F’Malta bla qliegh minn barra m’hawnx flus bizzejjed biex inzommu lil kulhadd ghaddej. Meta jonqos il-qliegh l-imprenditur ma jkollux kapitali biex jirrinvesti u jirristruttura. Il-gvern mill-banda l-ohra jitlef fid-dhul tieghu ghax l-imprenditur li jitlef ma jhallas taxxa. It-taxxa ihallasha meta jaqla’. Il-gvern mill-banda l-ohra jibqa’ jhallas ghax qiesu m’hemmx modd kif xi hadd fil-gvern jista’ inaqqas in-nefqa pubblika. Biex jaghmel tajjeb ghan-nefqa tieghu l-gvern ikompli jintaxxa. Aktar ma jintaxxa aktar jaghmilha difficili lill-imprenditur biex ikampa u biex jirristruttura. Il-gvern imbaghad johloq hafna instituzzjonijiet bhal MDC, IPSE, METCO u l-hafna awtoritajiet l-ohra biex b’nefqa ta’ aktar flus pubblici jipprova isolvi l-problemi li jkunu nholqu minhabba politika zbaljata. Din bhal dak li l-ewwel jghix kif ifettillu imbaghad jispicca diehel u hiereg ghand it-tabib. Ma jghidx li ahjar jghix hajja b’sahhita biex jekk jista’ jkun it-tabib ma jigix bzonnu. L-ekonomija Maltija kieku tithaddem tajjeb ma tantx ikollha bzonn il-hela enormi ta’ miljuni ta’ liri f’istituzzjonijiet li m’humiex jahdmu u li qiesu hadd m’ghandu kontrol fuqhom.

Gustizzja
Il-kultura li ahna ma nistghux nibqghu naghmlu l-affarijiet qisna ahna maqtughin mid-dinja trid tispicca. In-nies ma jistghux jibqghu jitwebblu li hemm impjiegi komdi fejn tahdem u ma tahdimx il-paga dejjem diehla. L-imprendituri wkoll iridu kontiwament ikunu konxji li n-negozju mhux xi kaxxa deheb li tista’ tghix dejjem komdu fuqha. Illum kulhadd irrid jaqta’ bi snienu. U mhux sewwa li qiesu hawn parti mill-popolazzjoni komda u jigri x’jigri dejjem xi hadd jahseb ghalija, filwaqt li l-ohrajn kontiwament fi glieda biex jibqghu armati, mharga u kapaci ghax inkella ma jikkompetux u jaqghu lura. Bilfors li f’pajjizna trid tidhol kultura gdida fejn il-kompettitivita’ tirrenja. Din ma jfissirx illi noholqu kompetizzjoni sfrenata u min ma jirbahx jitlef.

Pajjizna jista’ jkollu dawk l-istituzzjonijiet li jizguraw li l-element uman ta’ pajjizna ma jispicca qatt qieghed u li kontinwament ikun imharreg biex jilqa’ l-opportunitajiet li jinholqu minghajr perjodi li fihom il-haddiema jispiccaw bla xoghol. Ir-responsabbilta’ li pajjizna jkollu dawn l-istituzzjonijiet u li dawn jahdmu tajjeb hu tal-gvern. Li jkun hawn gustizzja fil-pajjiza u sistema tat-tqassim tal-gid sewwa hija r-responsabbilta’ tal-gvern. L-employers jaghmlu zball jew jahsbu li huma jistghu jghaddu minghajr il-gvern u li kapaci wahidhom joholqu x-xoghol u l-gustizzja. L-istess jaghmlu zball it-trade unions jekk jahsbu li huma jistghu jimponu fuq is-sidien sistemi li ma jrendux. Il-kultura tal-kompettitivita’ trid tiddomina. Din m’ghandix tkun konflitt mal-gustizzja socjali.

Patt socjali
Biex il-formola adatta insibuha irridu hafna aktar diskussjoni b’modd intelligenti bejn gvern, sidien u trade unions sa kemm jintlahaq patt socjali konkkordat. Dan beda jsir f’pajjizna izda ghadna qed naqdghu cirku tond ghaliex qed ninhlew wisq fid-dettal minghajr ma ghadna qbilna fuq il-qafas. Il-figuri li tajt dwar l-ekonomija juru bla tlaqliq li z-zmien hu kontrina. Il-fatti ekonomici mhux qed jistennewna niddeciedu skond ir-ritmu li rridu ahna. Biex tghaqqad l-gvern ghaddej b’ritmu ta’ bidliet ma jieqfu xejn marbuta mad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. In-nies l-aktar importanti fis-sistema pubblika jidher li huma ghal kollox maqbuda f’dan ix-xoghol. Ir-rizultat hu li qiesu hadd fl-awtorita’ m’hu qed jinduna x’inhu jigri fil-pajjiz. Din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ sejra. Hu l-obbligu ta’ kull min jaf u jifhem x’inhu jsir li jitkellem bla tlaqliq.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent