logo

Pjan Nazzjonali
Mela issa dalwaqt ser ikollna il-Pjan Nazzjonali tal-Izvillup. Biex Malta timxi ‘l quddiem lejn s-shubija fl-Unjoni Ewropea Malta trid bilfors tfassal u timplimenta l-Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp. Malta dejjem ghandha bzonn ta’ Pjan ta’ Zvilupp u meta kellha Pjan u haddmitu ma marritx hazin. Izda imbaghad f’daqqa wahda dahlet il-mentalita’ li nistghu nghaddu minghajr ippjanar tal-izvilupp. Ma rridx noqghod niftah u nsemmi kemm morna tajjeb bla Pjan ta’ Zvilupp. Bizzejjed inharsu madwarna. Bizzejjed nitkellmu ma min qieghed fl-intrapriza. Bizzejjed naqraw x’jghidu fuq pajjizna r-rapporti li jinkitbu dwarna. Imma ejja ma nidhlux f’din il-kontroversja. Issa li ser ikollna Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp u jidher li la jriduha ta’ Brussels m’hemmx aktar argument jekk il-Pjan hux mehtieg jew le. Hux ta’ min jaghmlu jew le. Issa bdejna nahdmu fuqu. Ser ikun lest fiz-zmien li jridu Brussels. Tajjeb jew hazin issa ta’ lanqas ser naccettaw li Pjan jaghmel sens. S’intendi jekk ikun Pjan tajjeb. Naraw issa x’ikun dan il-Pjan.

 


Sfond Ekonomiku
L-ewwel li jaghmel il-Pjan hu li jindika l-isfond ekonomiku. Hawn fejn jibdew l-ewwel argumenti. Nistghu nibdew bid-duhhan li tefghalna madwarna dan l-ahhar ta’ kollox tajjeb u kollox sejjer sewwa jew inkella nibdew b’analizi xjentifika serja ta’ x’inhu verament jigri fl-ekonomija Maltija. Nistghu niktbu biex nimpressjonaw lil Brussels jew inkella nghidu l-fatti kif inhuma vera. Min ser jikteb din il-parti krucjali tal-Pjan ser jibni jew jghaxxaq kollox. Dan l-isfond hu l-pedament li fuqu ser jinbena l-Pjan. L-istatistiki ekonomici kif rajna dan l-ahhar b’mod partikulari tista’ taqra u tinterpreta kif trid. Ghal Pjan Nazzjonali mod wiehed hemm kif tinterpreta dak sewwa. Jekk l-interpretazzjoni tkun politika ghax min jikteb din il-parti jibza’ jpoggi jdejh fuq il-feriti minhabba l-impatt politiku li jista’ jkollu dak li jghid ghax jista’ jikkontradixxi bil-kbir dak li ilhom jghidu certi professuri tal-ekonomija, allura nistghu nieqfu hawn. Ghax l-isfond korrett jwassal ghall-indikazzjoni ta’ dak li jrid isir. Sfond propogandistiku u zbaljat jgharraq kollox u jkun jiswa’ lil Malta hsara bla qies u telf ta’ miljuni ta’ liri f’assistenza li forsi b’xi mod inkunu nistghu nigbdu lejn Malta. Din l-analizi ghalhekk m’ghandiex issir mill-impjegati tal-gvern. Mhux ghax m’hemmx min hu kapaci. Izda ghax naf b’esperjenza qarsa li dan aktar iva milli le jaghmlu li jkun “prudentement” mehtieg.

Prioritajiet u Strategiji
Mill-Isfond Ekonomiku johorgu l-iStrategija u l-Prijoritajiet li fuqu jkun imsejjah il-pjan li ghandu jkopri medda ta’ mill-anqas 4 snin.

Dawn il-prioritajiet ikunu jinkludu policies li jsahhu dak li hu tajjeb fl-ekonomija Maltija u jeliminaw jew jghelbu d-djufijiet tal-ekonomija u jindirizzaw problemi bhal:

 Il-kordinament ta’ macro economic policies – jigifieri ko-ordinament tal-istrategjia kollha ekonomika tal-gvern

 Programm ta’ investiment li jsahhah l-istruttura ekonomika u socjali

 Programm biex tkun assigurata firxa ahjar tal-investiment fl-oqsma kollha u fuq iz-zoni kollha tal-gzejjer Maltin.

 Programm ta’ zvilupp edukattiv u ta’ tahrig li jizguraw li l-labour market jghati n-nies bil-kwalifiki adatti ghat-twettiq tal-istrategija tal-pjan.

 Programm li jolqot b’kull mezz il-promozjoni ta’ socjeta’ inkluziva immirata biex hadd ma jintrema u tinqabad is-socjeta kollha fix-xibka tal-izvilupp.

Infrastruttura
Il-Pjan jindika bid-dettal x’jehtieg isir biex l-infrastruttra ekonomika, socjali u civili tizgura li Malta jkollha l-potenzjal li tigbed investiment dirett ta’ kwalita’ u li tkun kapaci ssostni ekonomija b’sahhitha b’kompetizzjoni diretta bla protezzjoni. Din m’hiex facli. Fil-kaz taghna din bilfors trid titfassal bi pjan miftiehem bejn l-imsiehba socjali kollha: gvern, business u c-civil society. Ghandna l-anqas biss bdejna nibnuh bis-serjeta’ dan il-kuncett izda l-kitba tal-Pjan diga’ qed issir, tafux.

Firxa Regjonali
Il-Pjan jkun irid ukoll jaghti kaz u jippjana sew l-izvilupp tar-regjuni ta’ Malta. Anke jekk il-gzejjer Maltin huma zghar izda issa rridu nippjanaw b’mod li l-attivita’ ekonomika u specjalizata tinfirex sew bejn Malta kollha inkluzi Ghawdex. Dan ghall-pajjiz zghir bhal Malta hu mportanti biex ikun assigurat li l-potenzjal tal-pajjiz kollu jkun taht il-mira tal-izvilupp.

Rizorsi Umani
Din hi l-parti tal-pjan li tikkoncerna dak li jrid isir biex ir-rizors uman Malti u Ghawdxi jkun zviluppat sewwa. Dan ghaliex dan hu l-ikbar rizors li ghandna Malta u pajjizna ma jistax jilhaq livell ta’ ghixien komparabbli sewwa mal-kumplament tal-Ewropa jekk ir-rizors uman Malti ma jkunx tal-ghola livell u ma jkollniex partecipazzjoni akbar ta’ nies fil-kamp tax-xoghol. Il-proporzjoni ta’ nies jahdmu llum hu baxx b’paragun ta’ dak li hu mehtieg biex l-istandard of living taghna jibqa’ joghla. Il-kwalita’ tar-risors uman taghna wkoll fil-bicca l-kbira ghadu taht dak li jrid jkollna jekk irridu nikkompetu. Min din il-problema mhux qed jara, nibza’ li ghadu lanqas beda jifhem x’ghandna hazin f’Malta.

Programmi ghaz-Zieda fil-Produttivita’
Il-Pjan bilfors li jrid jindirizza din il-problema u jfassal dawk l-iskemi u mizuri ta’ incentivi u operattivi biex il-produttivita’ f’pajjizna toghla. Jghidu x’jghidu l-professuri li jghidu li kollox sewwa, f’Malta ghandna problema ser?a ta’ produttivita’. Jekk mhux ser nindirizzawha fis-snin li gejjin nibqghu naqghu lura fl-esportazzjoni, nibqghu naqghu lura fit-turizmu, nibqghu bid-deficit fil-budget u nibqghu nonfhu d-dejn nazzjonali. Is-salvazzjoni hi wahda; rridu nziedu bil-kbir il-produttivita’ ta’ pajjizna. Kull zieda fil-qliegh ta’ kulhadd trid tigi miz-zieda fil-produttivita u mhux zieda artificjali imposta b’xi ligi jew bis-sahha.

Ghalhekk tant naqbel ma Pjan Nazzjonali ta’ Zvilupp serju. Ghax dak li haddiehor ma jridx jammetti u li ilhom jargumentaw dwarhom bla waqfien issa jew jammettuh jew jaghmlu froga. L-istess ghall-imsiehba socjali. Issa min iqum u jorqod jghid viva l-Ewropa, issa jrid ixammar. Il-qofol tas-success ta’ Malta fl-Ewropa huwa t-tkattir bil-kbir u fi zmien qasir u skond pjan onest u mfassal tajjeb, tal-produttivita’ tal-Maltin u l-Ghawdxin f’kull qasam. Jigu l-flus minn barra wkoll, mela le, izda jekk inxammru bis-serjeta’, nammettu d-djufijiet taghna, u nintrabtu bejnietna, l-ewwel, imbaghad ma Brussels, li dak li ghandu jsir ser naghmluh. U mhux bil-paroli. Izda skond Pjan li ahna nfasslu u nifthemu dwaru u li huma japprovawh.

J’Alla.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent