logo

Acquis
Nhar it-Tlieta 2 t’April 2002 kienet gurnata importanti hafna ghall-oqsma kollha tal-biedja ta’ pajjizna. M’hiex zgur izda li l-bdiewa u r-rahhala fehmu l-importanza enormi ta’ dak li kien qed jigri. Ir-rapprezentanti tal-bdiewa u r-rahhala illum huma mghobbija b’responsabbilita’ enormi u ghandhom s-sahha jhollu jew jorbtu l-futur tal-biedja f’’pajjizna u l-ghixien tal-imsiehba taghhom. Jien ma nafx kemm dawn il-mexxejja qed jikkunsultaw mal-membri taghhom u kemm qed jispjegaw u jgibu l-appogg tal-bdiewa u r-rahhala li jitkellmu ghalihom qabel jorbtu jew ma jorbtux. Nispera f’Alla li qed jitkellmu, qed jifhmu, qed ifhemu u qed ikollhom warajhom lill-bdiewa u lir-rahhala fuq dak kollu li jiddeciedu. Ghax li titkellem ghalik u terfa’ r-responsabbilita’ ta’ ghemilek int hija haga, izda li titkellem ghal haddiehor u aghar minn hekk li torbot lil haddiehor fuq affarijiet li jistghu jaffetwaw il-futur u l-ghixien ta’ dak li jkun b’mod mill-aktar determinanti, hi haga kbira u serja hafna. Nhar it-Tlieta fil-laqgha ta’ konsultazzjoni mal-Ministri Dr. Joe Borg, Prof. Josef Bonnici, il-Perit Ninu Zammit u John Dalli u fil-laqgha tal-Meusac, il-mexxejja tal-bdiewa u tar-rahhala hadu decizjonijiet ta’ importanza enormi.

 


Matul din l-ahhar sena, l-aktar, jien ppruvajt b’kull mod li lill-gruppi differenti ta’ bdiewa u rahhala nghinhom u noffrilhom s-servizzi u l-esperjenza tal-GRTU biex huma jkunu f’posizzjoni ahjar li jerfghu s-salib kbir u enormi li qed ikunu mgeghla jgorru hekk kif Malta qed tigi kostretta li tadotta l-acquis communautairre prattikament sas-sena d-diehla.

Jien qrajt kull rapport li tpogga ghad-disposizzjoni tieghi u li jirreferi ghall-impatt u d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ser ikollu fuq il-bdiewa u r-rahhala Maltin. Tkellimt ukoll ma rapprezentanti tal-bdiewa u rahhala minn diversi pajjizi kemm dawk diga’ membri biex inkun naf x’gara wara li dahhlu, bhal Grecja, Portugal u Spanja u ma ohrajn minn pajjizi li bhalna ghadhom fuq l-ghatba.

Ma nemminx li xi hadd minn dawn il-pajjizi kollha huwa ekwivalenti ghal Malta. L-istudji serji li saru kollha jenfasizzaw li ahna differenti. Malta hi gzira maqghtuha bil-bahar mill-eqreb post Ewropew u mdawwra b’pajjizi ohra akbar minna fil-Lvant Nofsani u fin-Nord tal-Afrika li ghandhom produzzjoni tal-biedja li tikkompeti direttament ma’ Malta. Malta ghandha hafna diffikultajiet biex izzomm produzzjoni ghaddejja izda l-genju u l-hila tal-bidwi u r-rahhal Malti u l-ghaqal ta’ hafna nies kapaci li hadmu fid-dipartiment tal-biedja irnexxielhom jaghtu lill-pajjizna biedja li tatna hafna u hafna sodisfazzjon u li halliet qliegh kbir lill-pajjizna u lill-eluf kbar ta’ Maltin ghal hafna u hafna snin. Illum fil-biedja mhux biss hemm eluf ta’ Maltin jahdmu, izda hemm investiti l-miljuni ta’ flus tal-Maltin u ghal min investa f’dan il-qasam, kemm bdiewa, rahhala, processuri, distributturi u hafna u hafna ohra, il-biedja ghalihom hi kollox u s-sors kollu tal-ghixien taghhom. Hawn sfortunatament minn jipprova jcekken l-importanza tal-biedja f’pajjizna. Dan hu zball ohxon. Il-biedja hi fil-fatt importanti ghal pajjizna aktar milli juru c-cifri. Partijiet kbar ta’ Malta huma rurali. Kull min jghix qrib il-kampanja jaf li f’zoni shah ta’ Malta l-biedja hi l-mutur tal-ekonomija ta’ dawn in-nahat.

Il-karba tal-bdiewa u r-rahhala
Ghalhekk l-argument dwar il-biedja hu serju hafna u jridu jidhlu fih bis-serjeta’ dawk kollha li verament ihobbu lill-pajjizna. Il-karba tal-bdiewa u r-rahhala li qed jifhmu x’inhu jigri, trid l-ewwel u qabel kollox tinstema mill-bdiewa u r-rahhala l-ohra kollha ghax baqa’ hafna li ghadhom jghixu bit-tama u bil-fiducja ghamja f’nies li ma jidhrux li huma kapaci jerfghu r-responsabbilita’ tal-mument. Il-karba trid tinstema wkoll minn hafna ohrajn. Mhux kwistjoni biss tal-bdiewa u r-rahhala. Hi kwistjoni socjali u mhux biss ekonomika ghax tolqot il-mod tal-hajja barra l-introjtu ta’ hafna familji Maltin. Hi kwistjoni ta’ sigurezza nazzjonali. Min ghex l-ahhar gwerra dinjija jaf x’ifisser li pajjizna ma jkollux biex jghix u jrid mill-barranin. Hi kwistjoni ta’ aktar qliegh mit-turizmu: x’jiswa li ngibu t-turist f’pajjizna, imbaghad kull ma jkun irid irridu nimpurtawh ghax il-produzzjoni lokali nkunu qtilniha? Hi kwistjoni wkoll ta’ ambjent. Fejnhom l-ambjentalisti? L-ambjent Malti hu li hu ghaliex ghandna biedja u hajja rurali vitali. Il-biedja hi taghna lkoll u rridu nibzghu ghaliha lkoll. Min ghandu jitkellem irid jitkellem illum. Ghada jista’ jkun too late.

Il-mexxejja tas-setturi differenti tal-bdiewa u rahhala – iz-zewg assocjazzjonijiet nazzjonali tal-bdiewa, l-lobby group tal-biedja, l-koperattiva centrali tal-bdiewa, l-koperattivi l-ohra tal-bdiewa u l-Apex li tikkordina x-xoghol ta’ dawn il-koperattivi, l-koperattivi tal-prodotturi kemm dik tal-prodotturi tal-majjal, l-ohra tal-produtturi tac-canga u tal-halib, l-koperattiva tal-produtturi tat-tigieg u tal-bajd, l-ghaqdiet ta’ min irabbi l-fniek u dawk li jzommu n-naghag, dawk li jipproducu l-gheneb, iz-zebbug u l-ghasel – illum ghandhom responsabbilita’ enormi. L-istess dawk li jirrapprezentaw lill-processuri u l-fabbriki agro-industrijali.

Il-biedja tista’ tinqatel
Ir-rapport serju li kitbu l-esperti tal-CIHEAM-IAM ta’ Bari fl-Italja, jghid bl-aktar mod car, li ghandna quddiemna l-possibilita’ reali li l-biedja Maltija tisparixxi darba ghal dejjem. Dan m’ghandux isir u hi r-responsabbilita’ enormi ta’ min imexxi l-ghaqdiet tal-bdiewa u r-rahhala li jkun zgur li dan ma jsirx. Nghid bl-aktar mod sod, bhal ma ili nghid lil dawk kollha li jkellmuni: min mhux kapaci, min m’ghandux il-hila li jmexxi, li jifhem x’inhu jsir u jrid ifiehem lil haddiehor u mhux kapaci jmexxi b’hila u ghaqal kbir lil shabu, ghandu jwarrab u jaghmel il-wisa’ lil min hu kapaci u ghandu l-hila. It-tnehhija tal-levies qabel ma’ Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea u l-program tal-gvern biex speci ipaci l-impatt ta’ din it-tnehhija bis-sussidji, mhiex soluzzjoni tajba. Ir-rahhala u l-bdiewa din il-haga jridu jifhmuha.

Il-biedja Maltija diehla fl-aktar bahar imqalleb li qatt dahlet fih kemm ilha tezisti. Min mhux kapaci jara dan ghandu jwarrab u mhux joqghod johlom u jittama u jafda bl-amment. Li tmexxi qatt m’hu komdu. Zgur, li tkun f’posizzjoni ta’ tmexxija illum fil-qasam tal-biedja hi responsabbilita’ kbira hafna. Fil-maltemp ma jimpurtakx mill-wicc u l-forma tal-kaptan. L-importanti li hu kapaci. Dan hu li jien l-aktar li nappella lill-bdiewa u lir-rahhala: kunu zguri li min qed imexxikom hu l-aktar kapaci; lil min imexxikom nghidlu biex ma jafdax u fejn ma jifhimx iqabbad lil min jifhem. Ma rridx inkun f’qoxort min izomm il-posizzjoni u jorbot u wara jsib li ghamel froga. Din m’hiex kwistjoni ta’ mbaghad naraw. Hi kwistjoni ta’ hajja jew mewt tas-settur.

Is-salvazzjoni
Dan ifisser li Malta m’ghandiex ghazla. Le, ta lanqas mhux hekk qed jghidu l-esperti. L-esperti qed jghidu li Malta ma tistax tiftah il-bibien ghall-kompetizzjoni ta’ prodotti importati minn barra qabel ma ssahhah sew il-produzzjoni lokali. L-esperti qed jghidu li biex ir-rahhala u l-bdiewa Maltin ikunu f’posizzjoni li jikkompetu irid jitfassal pjan serju ta’ investiment qawwi immirat biex Malta tipproduci l-aktar kwalita’ gholja ta’ prodotti li tkun kapaci iggib prezzijiet gholjin fis-swieq Ewropej. Malta trid tkun kapaci tbiegh il-prodotti ta’ kwalita’ barra waqt li tkun qed tixtri minn pajjizi ohra prodotti ohra irhas. Izda Malta trid tonfoq il-miljuni l-kbar biex ikun ristrutturat bis-serjeta’ il-qasam kollu tal-biedja biex jitwettaq dak li qed jghidu l-esperti. Dak li qed jipproponi l-gvern illum mhuwiex dak li hu mehtieg li jsir jekk Malta trid tigwadanja mis-suq komuni Ewropew. Il-program tal-gvern hu program tat-traqqih. Ghar-ristruttura serja issemmiet ic-cifra ta’ aktar minn sittin miljun lira. Dan l-investiment irid isir kwazi fl-oqsma kollha u jrid iz-zmien u jrid hafna tahrig. Zgur li ma jistax isir f’daqqa u bla ppjanar serju.

L-ippjanar irid isir ghas-settur kollu u ghall-qasam rurali kollu. Mhux xoghol tad-dilettanti. Mhux sewwa li l-gvern jippretendi li bidwi jew rahhal jitlaq minn fuq il-post tax-xoghol tieghu, jitfaghlu quddiemu pataflun karti, li anke lil min hu intiz ihawdu, u jippretendi li bidwi u rahhal jiddeciedi u jorbot il-futur tieghu u ta’ shabu.

It-Tlieta 2 t’April
Dak li rajt isir nhar it-Tlieta 2 t’April 2002 fin-New Dolmen Hotel, il-Qawra, sewwidli qalbi bil-kbir. Nies li lanqas hu xogholhom li jifhmu li l-kumplikazzjonijiet li gelghuhom jiddeciedu dwarhom, kienu qed ikunu immartellati minn ohrajn li issa ilhom ix-xhur ifasslu u jiktbu u jistudjaw. Huma hadu x-xhur u niddubita kemm fehmu u kemm fasslu tajjeb. Issa lil haddiehor, bidwi u rahhal bi professjoni, ippretendewh jorbot u jiddeciedi fi ftit sighat.

Nhar l-Erbgha 3 t’April 2002, jien u shabi, tkellimna mal-President ta’ Malta, l-Prof. Gwido de Marco. Il-messagg li s-sidien tal-intraprizi Maltin ghaddewlu kien wiehed car: ma jistax ikun li nibqghu sejrin hekk. Il-gvern ma jistax jibqa’ ghaddej jahseb li hu u n-nies tieghu jifhmu l-aktar, taparsi jikkonsulta, u ma jismax. Pajjizna taghna lkoll. Aktar milli hu tal-politici u tal-burokratici hu ta’ dawk li jahdmu, ta’ dawk li jistinkaw, ta’ dawk li jinvestu u jghatu hilithom u sahhithom. Dak li sar nhar it-Tlieta 2 t’April 2002 hu ezempju car. Iddecidejt, qed jghid il-gvern, u ser nibqa’ ghaddej. Inkellmek nghid li int qbilt mieghi, imma ser nibqa’ ghaddej. Il-bdiewa u r-rahhala jekk iridu baqghalhom cans jitkellmu. Ftit, imma baqghalhom. Ohrajn diga’ tilfu c-cans taghhom. Dan hu zmien li fih il-hmar biss jorqod.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent