logo

Emigrazzjoni
Wahda mill-problemi l-kbar li fis-snin li gejjin rridu niddiskutu fuq skala nazzjonali u naslu fi ftehim dwarha bilfors, hi dik ta` l-immigrazzjoni. Fil-passat Malta dejjem ibbazat fuq l-emigrazjoni, l-hrug tal-Maltin ‘il barra. Mhux bhala vaganza, izda l’hemm ghal kollox. Il-Passaport Brittaniku kien tana ftuh importanti u eluf ta` Maltin emigraw lejn l-Amerika, l-Ingilterra, l-Awstralja, l-Kanada u anke New Zealand. Fil-hamsinijiet u s-sittinijiet Malta tkissret bl-emigrazzjoni.

 


Fis-sebghinijiet ir-rota bdiet iddur u sa` ma waslu t-tmenijiet bdew aktar jigu Maltin lura milli jemigraw. Mat-tluq tal-Inglizi minn Malta fl-1979, konna bdejna nhajru aktar Maltin, mhux biss nies irtirati, izda anke nies fl-eta` tax-xoghol u tas-sengha, biex jigu Malta u jgibu maghhom f’pajjizna s-sengha, t-tahrig u l-kapacitajiet kollha li kienu tghallmu fil-pajjiz barrani. Kien infatti d-dhul ta` hafna Maltin minn barra li ghen mhux ftit biex f’Malta nfethu hafna negozji godda inkluzi hwienet, restoranti, garaxxijiet, servizzi tat-trasport u servizzi ohra, kif ukoll inghatat spinta kbira fl-industrija tal-kostruzzjoni u l-kummerc fil-proprjeta`. Ghaz Malta bhala pajjiz zghir b’suq limitat, minn zmien ghal zmien, tkun tehtieg injezzjoni ta` nies, ideat u oppprtunitajiet godda biex l-ekonomija tibqa` tespandi u r-ritmu ta` l-izvilupp jibqa` ghaddej.

Espansjoni Ekonomika
Malta ma setghetx tkompli tifrex u tkattar il-gid billi thaddem lil Maltin ta` Malta biss ghax l-ammont ta` investimenti li kien jehtieg u l-esperjenza ta` teknologiji godda u ta` swieq kbar barranin wahedna ma stajniex naghmluhom. Bdejna ghalekk inhajjru investituri kbar barranin jifthu l-fabbriki f`Malta u jgibu maghhom Managers u Teknici biex jghollu l-livell tal-Maltin. Ghamilna l-wisa` ghall-Maltin li riedu jigu lura lejn art twelidhom jew twelid missierhom biex jifthu negozji u jittantaw xortijhom f’pajjizna. Din il-forma t’immigrazzjoni zdiedet matul l-ahhar ghoxrin sena hekk kif il-fortuna ta` hafna Maltin barra ma tantx bdiet tmur ahjar milli seghtet matrret f’pajjizna.

Hafna huma l-industri z-zghar li rajna jitwieldu bis-sahha tal-Maltin ta` barra. Il-Maltin li gew minn barra u nvestew flushom f’pajjizna taw spinta kbira lit-tkabbir tal-indutrija lokali. Biex jinkuragixxi aktar immigrazzjoni – dhul ta` nies il’ gewwa lejn pajjizna – il-Gvern ta wkoll id-dritt lill-barranin, kif niesa kif ukoll irgiel, li jizzewgu Maltin, li jkunu jistghu jabitaw u jahdmu f’pajjizna. Il-Gvern matul l-ahhar snin sar ukoll hafna aktar laxk fil-hrug tal-Working Permits lill-barranin. Jigifieri politika ta` immigarazzjoni, il-gvernijiet Maltin zviluppaw.

Limitazzjonijiet
Ir-raguni li xi tip ta` politika ta` immigrazzjoni bilfors irid ikollna gejja mill-fatt li pajjizna ghandu limitazzjonijiet ekonomici li malajr nilhquhom. Illum ghandna l-qaghad, jghaddi ftit zmien u nibdew ingergru li m’ghandniex nies bizzejjed. Ikollna wkoll, bhal ma ghandna bhalissa, sitwazzjoni fejn il-qaghad tiela u fl-istess waqt ghandna hafna jobs li jibqghu bla haddiema addattati. Ukoll kif jonqos il-qaghad, mal-ewwel tibda` l-pressjoni fuq zieda fil-pagi.

Ghax is-suq tax-xoghol jiffunzjona bhal kull suq iehor. Meta jkun hemm iz-zejjed il-pressjoni fuq il-prezzijiet tkun baxxa, meta jkun hemm in-nieqes il-prezzijiet joghlew. Hekk ukoll jghamlu l-pagi. Fil-Kaz taghna dan isir aktar malajr ghax it-Trade Unions Maltin huma b’sahhithom hafna.

Labour Paricipation
F’pajjizna l-labour participation rate ghadha baxxa meta wiehed iqabbilha ma` ta` pajjizi li huma zviluppati u ghandhom standard of living ghola minn taghna. Jigifieri jekk ahna nghollu r-rata tal-GDP ta` pajjizna lejn il-livelli ta` pajjizi ohra fl-Ewropa bilfors li il-gid nazzjonali rridu nkabbruh. Nistghu nkabbruh b’aktar investimenti kapitali, b’teknologiji aktar avvanzati u b’efficjenza u b’produttivita` nazzjonali hafna aktar gholja milli ghandna illum, izda la r-rizors ewlieni ta` pajjizna huma l-haddiema, bilfors ukoll li l-labour participation rate ta` pajjizna trid tghola u tghola fuq zmien qasir.

Ghal kull mitt haddiem disponibbli ghax-xoghol, nghidu ahna fl-Amerika, fl-Olanda, fl-Izvezja u fl-Ingilterra, hemm proporzjoni gholi ta` aktar minn sebghin fil-mija li fil-fatt jahdmu u jghinu aktar fit-tkattir tal-gid. F’Malta minn mitt ruh disponibbli, l-proporzjon ta` dawk li jahdmu hu inqas minn sittin fil-mija. Dan ifisser ukoll li fuq dahar kull persuna li tahdem hemm aktar piz ta` nies ma jahdmux milli hemm fil-pajjizi avvanzati. Dan hu hekk ghall-diversi ragunijiet. L-eta` tal-pensjoni taghna hi baxxa b’paragun ma` ta` haddiehor. Ghandna anqas nisa jahdmu u ghandna aktar nies ta` eta tax-xoghol li ghal raguni jew ohra ma jahdmux u dan mhux biss ghax hawn il-qaghad. Ifisser li waqt li qed jizdied in-numru ta` dawk li qed jiehdu l-penzjonijiet u l-beneficji, mhux qed jizdied b’rata akbar in-numru ta` nies li jahdmu w ihallsu l-kontribuzzjonijiet socjali. Din hi sitwazzjoni serja hafna.

Haddiema vs haddiema
F’Malta wkoll ghandna sitwazzjoni stramba hafna. F’Malta ghandna zewg klassijiet ta’ haddiema. Hemm dawk li jahdmu fis-settur privat li m’ghandhom l-ebda garanzija tal-impjieg.

Mhux hekk izda ghall-klassi kbira ta’ Maltin f’pajjizna, dawk li jahdmu fis-settur pubbliku. Dawn huma bhal speci ta’ klassi oghla mill-haddiema l-ohra. Meta l-affarijiet imorru hazin fis-settur pubbliku ma jkunx hemm friza fuq zidiet fil-pagi, ma jkunx hemm four-day weeks u redundancies. Meta l-affarijiet jihzienu l-post tax-xoghol ma jaghlaqx u n-nies jispiccaw barra. Jekk jinaghalaq tinstab alternattiva.


Suq Maghluq
X’inhu l-effett ta’ dan kollu? L-effett hu li s-suq tax-xoghol f’Malta mhu hieles xejn. Hu suq li effettivament hu maghluq ghax eluf kbar ta` Maltin mhumiex disponibbli ghax-xoghol ghax impjegati ghal ghomorhom. Is-suq hu hieles ghal nofs il-haddiema. Il-moviment mis-settur pubbliku ghal privat hu ftit li xejn. M’hemm l-ebda motivazzjoni u ncentiva biex in-nies jibqghu jitharrgu anke ta’ eta kbira biex jibqghu dejjem disponibbli ghax xoghol li jinqala. La m’hemmx theddida why bother. Kieku nsibu soluzzjoni ta` din il-problema, il-htiega ta` l-immigrazzjoni tkun bil-bosta anqas.

Nuqqas ta’ Haddiema
Il-verita` izda hi, li llum u fis-snin li gejjin, li f’pajjizna ghandna hafna jobs li l-Maltin mhux interessati li jaghmluhom aktar. Ghalhekk ghandna setturi shah fejn mhux qed isibu nies bizzejjed: certu xoghol fil-lukandi, fir-restaurants, fix-xoghol tat-toroq, fil-barrieri u fil-kostruzzjoni, f’certi fabbriki, fl-ifran, fit-trasport, fil-hwienet, fil-biedja u fis-sajd. Hemm xoghol iehor bhal ma huwa fil-qasam ta` l-elettronika u f’certi oqsma teknici u specjalizzati, u f’oqsma ohra ta` lingwi u servizzi godda f’oqsma relatati mal-leisure li ukoll m’ghandniex Maltin disponibbli ghalihom. Din il-problema dejjem tikber. X’ser naghmlu? Innaqsu r-rata ta` l-izvilupp? Noqoghdu minghajr certa servizzi? Nibqghu nghidu kif qal xi hadd dan l-ahhar li ghandna problema ta` over-trading? Sa` llum kulhadd jitfaghha din il-problema taht it-tapit.

L-Isfida
Ghandna imbaghad il-problema kbira li ghax is-suq limitat, mela ghandna oqsma fejn il-hlas ta` pagi ghola wisq u dan qed inaqqar il-kompetittivita` ta` Malta b’zewg modi: il-hlas dejjem jghola u l-produttivita` dejjem niezla. Ghax m’hemmx sfida.

Jien nara hafna postijiet tax-xoghol. Qed tinkwitani bil-kbir li nisma’ kwazi kuljum l-istess diska: ma jridux jahdmu; dahhalt il-barranin, irrangajt biex sibt gang minn Sqallija; r-ristorant hallejtu f’idejn koppja barranija, u issa x-xoghol miexi. Mhux il-ligijiet izommu l-immigrazzjoni l’barra minn Malta, izda l-hila, il-produttivita` u r-rieda tal-haddiema Maltin li jahdmu.


Il-Problema
Pajjiz ma jaqdifx ‘il quddiem meta jaqa’ lura fil-produttivita’. Hafna Maltin, fil-fatt, qed jibzghu mill-immigrazzjoni, ghax qed jibzghu mill-kompetizzjoni. Din tghodd xorta wahda kemm ghas-sidien tal-hwienet u ghas-self-employed, kif ukoll ghall-haddiema. Ir-risposta izda mhix li nibzghu mill-barranin. Ir-risposta rridu naghtuha billi nsiru aktar produttivi u nsiru aktar kompetittivi. Min ibezza` bil-kompetizzjoni, ikun biss negattiv u ma jkunx verament qed jahseb fil-futur ta` pajjizna fejn il-popolazzjoni trid tkattar aktar il-prosperita` meta diga ghandna problemi kbar ta` djun nazzjonali u ta` tmermir tal-gid nazzjonali.

Illum nibza’ li kif jinfetah il-bieb ghall-barrani, hafna Maltin jaqalghuha. Mhux dawk li hobzhom mahbuz, dawk li hemm il-kaxxa ta’ Malta taghmel tajjeb ghalihom, imma dawk li dejjem bla garanzija, dawk li jiddependu fuq is-suq li ma jahfirha lil hadd.

X’ser naghmlu?
Ser nibqghu nharsu? Irridu u ma rridux ser ikollna nibdew nitkellmu bis-serjeta’ dwar l-immigrazzjoni f’qasam ta` politika dwar ix-xoghol u l-entrapriza li taghmel s-sens ghall-pajjizna. L-Unjoni Ewropea ghandha l-istess problemi. Qed jahsbu l-ewwel biex jizdied il-proporzjon ta’ zghazagh fil-kamp tax-xoghol billi jiddahhlu fl-Unjoni pajjizi bhal Polonja, Bulgarija, r-Rumanija u ohrajn li ghandhom popolazzjoni bi proporzjon gholi ta’ zghazagh li lesti jfittxu x-xoghol band’ohra. Izda qed jahsbu wkoll fl-immigrazzjoni. Fil-Germanja biss ser ikollhom bzonn 3.6 miljun haddiem iehor fis-sena min issa sas sena 2050. Franza tkun trid 1.8 miljun immigrant fis-sena. L-Amerika diga ghaddiet u ghadha ghaddejja minn din il-bidla.

Tfisser li jekk ikollna politika intelligenti u miftehma dwar l-immigrazzjoni ser jinvaduna? Jew ifisser li mmorru ahjar b’politika ragjonata. Li ma nifilhux zgur hu li din il-kwistjoni issir ballum politiku iehor bejn iz-zewg partiti. Il-poplu Malti ma jixraqlux aktar din l-attitudni. L-aghar zgur ikun jekk din il-kwistjoni tissarraf fl-lingwagg b’doza qawwijja ta` razzizmu.

Pajjizna jrid jiffacja r-realta` b’logika u b’intelligenza. Illum qabel ghada!

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent