logo


 

Wara l-Indipendenza
Bhalissa r-relazzjonijiet ta` Malta ma’ l-Amerikani huma probabilment fl-aghar livell li qatt kienu fi tletin sena. Verament l-uniku perjodu li r-relazzjonijiet kienu ta` l-ghola livell kien fi zmien Dr George Borg Olivier fl-ewwel snin ta` wara l-Indipendenza. F’dak iz-zmien Malta, ghalkemm indipendenti, kienet ghadha bazi ta` l-Inglizi u tan-NATO, bin-NATO jokkupaw l-Ewropa Center il-Furjana u jmexxu l-operazzjonijiet militari fil-Mediterran minn Malta. L-Amerikani effettivament kellhom l-uzu tal-facilitajiet ta` Malta fic-centru tal-Mediterran b’xejn. Il-vapuri navali Amerikani kienu jnizzlu l-bahrin l-art bl-uniformi u ghalihom Malta kienet qisha bazi taghhom. Mhux ta` b’xejn li kienu ferhanin. Illum l-istampa hi hafna u hafna differenti. L-Amerikani qeghdin kwazi jhossu li Malta saret ostili ghalihom. Dan meta Malta ghandha fil-gvern politici ferm u ferm differenti minn dawk ta` tletin sena ilu.




Zmien Mintoff
Ma jfissirx li illum qeghdin aghar minn zmien l-ewwel snin ta` Dom Mintoff. Dakinhar zgur konna hazin f’ghajn l-Amerikani. Mintoff kien baghat ‘il barra minn Malta lill-General Birindelli, kap tan-NATO f’Malta, kecca lill-Gvernatur Generali Ingliz li kien il-kustodju tal-ftehim bejn Malta u l-Ingilterra li kien jaghti d-drittijiet lill-Inglizi u lin-NATO li juzaw il-facilitajiet kollha ta` Malta. Waqqaf wkoll il-kuntratt li d-ditta Amerikana Westinghouse kellha mal-Gvern Malti ghal fornitura ta` mpjanti ta` disalinazzjoni ta’ l-ilma bahar. Kien hawn ukoll problemi li wasslu ghall-gheluq tal-kumpanija b’investiment Amerikan Phoenix li kienet topera barra l-Mosta. L-Amerikani ma dahhlux aktar bastimenti f’Malta matul il-perjodu kollu li dam il-partit Laburista fil-Gvern, ghaliex l-uzu tal-bazi militari f’Malta u l-facilitajiet Maltin kienu ristretti biss ghall-Inglizi. Wara l-1979, imbaghad, il-bazi inghalqet u d-dhul tal-militari, twaqqaf.

Investiment Amerikani
L-attivita` Amerikana ta` natura kummercjali li ngieghbet f’Malta fi zmien Dr. Borg Olivier kienet tikkonsisti fil-licenzji tal-Hilton Hotel u tax-Sheraton Hotel, li dak iz-zmien kienu pilastri ewlenin fil-qasam tal-lukandi. Dawn taw lil Malta hafna prestigju fil-qasam tat-Turizmu. Mill-industrija tal-jeans giet id-ditta tar-Wrangler. Wara infethet f’Malta l-Iskola Amerikana li ghal bidu kienet l-American University of Cairo. Sar arrangament interessanti li bih kienu jingiebu l-Amerikani li jahdmu fil-kumpaniji taz-zejt fl-Iran li kienu jigu hawn fejn kienu jghixu l-familji taghhom waqt li l-irgiel kienu l-Iran jew fuq ir-rigs ta` thaffir ghaz-zejt.

Matul il-perjodu tal-Gvern Laburista saru hafna sforzi biex jingieb investiment Amerikan f’Malta u kienu hafna l-Amerikani ta` origini Maltija li rritornaw f’Malta u nvestew f’pajjizna. Izda investiment barrani dirett mill-Amerika ma giex. Fethet fabbrika ta` sidien Amerikani izda ghaddew minn band’ohra. Probabbli li kieku gew bhala investiment dirett amerikan kienu jkunu skoraggati. Kellna wkoll il-miljuni li nefqu f’Malta mill-kumpaniji kbar bhal Texaco li hadu licenzja ghat-thaffir taz-zejt u hafna xoghol kummercjali importanti ta` tiswijiet fit-tarzna. Intrebhu kuntratti kbar u fit-tul ghal industrija tal-esportazzjoni li gawdew mill-pakket specjali ta` helsien mid-dazji fis-swieq Amerikani.

Accettazjoni
Hekk kif beda ghaddej iz-zmien, l-Amerikani accettaw ir-rwol ta` Malta bhala pajjiz newtrali fil-Mediterran li nehha l-entuzjazmu lejn in-Nato, l-Amerikani u Izrael li kienu jezistu fiz-zmien ta` Dr Borg Olivier. Dahal minflok realizmu gdid li kien accettat mill-Amerikani, izda mhux b’entuzjazmu. Ghall-Amerikani Malta effettivament kienet mitlufa. In-nuqqas ta` entuzjazmu mill-Amerikani lejn Malta deher kontinwament, kien min kien fil-Gvern. Kien hemm arrangament dwar ghajnuna teknika u provediment ta` apparat lill-forzi armati u lill-Ministeru tal-Kostruzzjoni. F’certu zmien kien hemm anke assisstenza ta` ikel. Izda verament, jekk tiehu l-perjodu kollu minn Mintoff sa Dr Fenech Adami, l-Amerikani ftit ghamlu f’Malta aktar mill-minimu necessarju. Il-Gvern ta` Dr Fenech Adami biddel ftit l-orjentament u dan kien apprezzat. Izda, rizultati ftit rajna. Regghu bdew jigu l-vapuri Amerikani, saru xi nvestimenti zghar, bdew dehlin aktar cruiseliners, zdiedu bi ftit it-turisti, izda bidla verament kbira li wiehed seta` jiftahar biha, xejn. Ghall-Amerikani, Malta newtrali ma kinitx ta` interess.

Il-Vapuri Amerikani
F’dawn l-ahhar snin l-Amerikani qishom ippruvaw jaghmlu aktar. Il-wasla tal-vapuri navali Amerikani ghat-tiswija fit-tarzna kien pass importanti. L-Amerikani izda qishom hassew li wara li l-Gvern Malti intefa` b’ruhu u b’ gismu biex jirbah is-shubija fl-Unjoni Ewropeja billi joghgob lill-Unjoni Ewropeja f’kollox, lill-Amerikani il-Gvern Malti tilef l-interessi fihom u ma tantx tahom importanza. Wara l-hafna storbju u daqq tat-trombi meta dahal il-vapur navali USS La Salle ghat-tiswija fit-tarzna, dahal it-tieni wiehed. Izda dan zammewh tista tghid sotto-voce. Din ma tantx nizlet tajjeb ma` l-Amerikani ghax qisu ta` haddiehor ifuh u taghhom le. Fuq kollox izda l-Amerikani wkoll inhassdu mhux ftit meta nbiegh il-Mid Med Bank. Kien bank Amerikan ewlieni c-Chase Manhattan Bank li fassal l-istrategija ghal Malta ghal liberalizazzjoni finanzjarja f’Malta u ghat-twaqqif tac-Centru Finanzjarju. Izda meta l-Gvern Malti gie biex jipprivatizza l-akbar bank kummercjali f’Malta, l-Amerikani thallew barra. Il-bejgh lill-HSBC sar baxx baxx u minn wara dahar kullhadd qisu li ma jmurx johrog xi bank Amerikan joffri aktar u jehodulhom. Din halliet toghma qarsa hafna fic-Centri Finanzjarji Amerikani ghax hi mgieba li tixbah aktar lil dik ta` gvern tat-tielet dinja milli ta` pajjiz b’reputazzjoni bankarja gholja bhal ma hi dik ta` Malta.

L-Amerikani illum jibzghu li l-Bank of Valletta jispicca l-istess. Jinbiegh jigifieri baxx baxx u mhux lill-Amerikani. Il-kustjoni tal-Posta taghthom gewwa wkoll . X’jigifieri l-Posta Nazzjonali ta` Malta tinbieh bla avviz internazzjonali? L-Amerikani qed jithassbu wkoll dwar il-Free Port. Qed jinghad hafna dwar il-Free Port izda jidher li l-Amerikani m’humiex ippreferuti. Jidher l-istess ghal Maltacom u ghall-Go Mobile. Ta` l-ahhar ma tistghax tkampa bla strategic partner izda l-ghazla m’hiex immirata lejn l-USA.

L-aktar li taghthom gewwa izda kienet l-kwistjoni tal-Malta International Airport. F’dan il-kaz mhux biss sar diskors ma ditti Amerikani; izda saru n-negozzjati u l-Amerikani intaghzlu. Wara sabu li tintghazel f’Malta ma jfisser xejn. Xorta wahda l-Gvern Malti jista jaqlibilek. Titkellem ma min titkellem mill-Amerika u li gej mill-qasam tan-negozju jew tal-finanzi, kollha jghidulek li r-reputazzjoni ta` malta hadet diskata nobis. Isemmu wkoll lin-nies li f’Malta jikkmandaw u jqisuhom responsabbli ta` dan kollu.

Ciao Boeing
Izda dak li jitfa` r-relazzjonijiet ta` Malta fil-friza hu dak li gara fl-Air Malta. L-Air Malta sa mill-bidu nett kienet meqjusa bhala Boeing Company. Air Malta speccjalizzat fil-Boeing sa mill-bidu tat-twaqqif taghha u kienet storja ta` success. Il-Gvern Malti beda jdawwar ir-rotta izda hekk kif in-namur ma` Brussels kien qed jizdied. Kien jidher car it-thaddim ta` pjan li jizloga l-Air Malta b’xiri ta` ajruplani Ewropej meta kull parir li kellha kien jghid li strategikament ma kienx jaghmel sens li kumpanija zghira bhall-Air Malta jkollha tahlita ta` ajruplani ghax l-ispejjez jitilghu mmens.

L-istrategija kienet cara izda li l-ewwel inaqqru ftit ftit u fl-ahhar jaqilbu mill-Amerikani ghal Ewropej. L-Amerikani hassewha gejja din.

Ghall-Amerikani specjalment ghall-Gvern tal-President George W Bush, l-Boeing mhux sempliciment kumpanija ohra Amerikana, izda qisha bicca mill-patrimonju nazzjonali Amerikan. Kienet miktuba u grat. Wara li l-Gvern Malti inkiena quddiem Brussels u xtara numru ta` ajruplani mill-Ewropa u pprefera li jghati l-Ajruport Internazzjonali lill-Ewropej kien jidher car li issa kien imiss li tinqala ‘l barra d-ditta Boeing. Dan meta mill-Unjoni Ewropeja ghadna ma hadna xejn. L-Air malta issa habbret li ser tabbanduna lil Boeing. Din bla dubju hi l-akbar daqqa li l-USA laqtet f’Malta minn Mintoff ‘l hawn.

Reazzjoni
Il-mistoqsija hi meta qed jitkellmu fuq globalizazzjoni, investiment dirett barrani u rwol internazzjonali ghal pajjizna, nistghu minn issa nibdew nisfnu b’mod daqshekk car ghad-daqq ta` Brussels? Jezistu l-argumenti sodi ekonomici u politici li jiggustifikaw il-mod kif pajjizna qed jitratta lill Amerikani? Il-Gvern Malti hu zgur li l-gvern tal-President George W Bush ma jirritaljax bhal ma ghamel kullimkien kull fejn l-interessi tad-ditti l-kbar Amerikani intrifsu.

Jew jezisti disinn iehor, ndahhlu lil Malta fl-Unjoni Ewropeja l-ewwel u mbaghad lura ghal zmien Borg Olivier? U l-Amerikani jitilfu llum u jgawdu ghada?

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent