logo

Katina Wahda
Dan l-ahhar qamet kontroversja gmielha dwar il-proposti li nghataw pubblicita` u li originaw mill-ghaqdiet ta` min ihaddem. Tajjeb forsi li nharsu lejn il-qafas li dwarhom tkellmu dawk li jirraprezentaw lis-sidien.

 


L-employers l-ewwelnett ghamluha cara li hadd mill-ghaqdiet ufficjali li jirrapprezentaw lis-sidien mhu kontra li ‘l haddiema jitkattrulhom il-kundizzjonijiet tax-xoghol u l-istandard of living taghhom u dan bhala process kontinwu. Il-bicca l-kbira tal-intraprizi Maltin iridu lkoll mis-suq lokali u zgur li ma jistghux jimmaginaw illi jkollhom anqas flus fil-but jew anqas ambizzjonijiet jew anqas hajra li jghollu l-istandard of living taghhom. L-ekonomija hi katina. Is-sid irid jirsisti u jrid jkun kompettitiv, inkella ma jimxix. Izda l-haddiem irid imexxi x-xoghol u eventwalment hu l-individwu li jrid isostni l-ekonomija. Jekk dan ic-cirku ma jahdimx, ekonomija moderna tistghagna. Dan li jfisser ekonomija tas-suq – rota li trid tibqa` ddur bla hadd ma jzommha – produzzjoni - qliegh ta` flus – bejgh – xiri – infiq – tfaddil – investiment – produzzjoni, u nergghu bl-istess ciklu.

Stharrig
L-ahhar stharrig li sar mill-European Foundation fuq il-kundizzjonijiet tax-xoghol fil-pajjizi kandidati ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea wera li l-kundizzjonijiet tal-haddiem Malti huma ahjar minn dawk tal-pajjizi applikanti l-ohra. Hafna minn dawn il-pajjizi hargu minn sistemi kommunisti fejn suppost il-haddiem kien jigi l-ewwel. F’Malta min ihaddem u t-Trade Unions ghandhom ihossuhom sodisfatti li, bin-nuqqasijiet kollha u l-limitazzjonijiet kollha taghna, pajjizna ghandu biex ikun sodisfatt. Min ihaddem jirraguna li l-qofol ta` aktar progress hija l-produttivita` tal-Maltin.

Il-Ligi l-Gdida tax-Xoghol
L-aktar li ssemmiet din il-ligi hi ghal fatt li l-Unions qed ihossuhom tnaqqsilhom id-dritt li jezercitaw il-waqfien mix-xoghol tal-haddiema meta dawn ikunu qed isegwu kwistjoni li tolqot l-ghixien jew il-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom. Il-Unions qed isostnu li dak li qed isir f’Malta mhux konformi ma dak li huwa accettat mill-Organizazzjoni Dinjija tax-Xoghol l-ILO.

Mill-banda l-ohra, min ihaddem aktar qed ihares lejn it-tieni parti tal-ligi. Il-ligi l-gdida tghaqqad flimkien dik li qabel kienet il-Ligi dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali ma` dik li kienet il-Ligi li tirregola l-Kundizzjonijet tax-Xoghol. Min ihaddem qed isostni li l-Ligi li tirregola l-Kundizzjonijiet tax-Xoghol qed tghabbi wisq pizijiet ohra fuq min ihaddem u li setghu gew evitati. Il-GRTU, li ghal fini tal-Ligi, kif inhi u kif ser tibqa`, ma tistax hlief tirregistra bhala ghaqda tas-sidien, issostni li n-negozji z-zghar qed jigu trattati daqs il-kbar u ghalhekk tghid li l-Ligi tax-Xoghol il-Gdida hija ahbar hazina ghall-intraprizi z-zghar Maltin.

Il-GRTU u l-Ligi l-Gdida tax-Xoghol
Il-GRTU ssostni li meta l-ligi titfa fl-istess keffa lil ST Microelectronics u lill-hanut zghir li fih jahdmu r-ragel, martu u bintu, mhix qed tkun gusta. Pajjizi ohra jiddistingwu b’mod car bejn intrapriza tal-familja, jew entrapriza zghira, u l-intrapriza l-kbira fejn hemm numru ta` haddiema suggetti ghal ftehim kollettiv. It-Taljani ghadhom kemm qablu li l-ligi tax-xoghol tibqa` tezenta lill-intraprizi z-zghar. Dan fid-dawl ukoll tac-Charter Ewropew tal-Intraprizi z-Zghar.

Izda mhux f’Malta. Il-GRTU ssostni li l-Ministru Gonzi injora ghal kollox il-proposti tal-GRTU qisu l-Kabinett li minnnu jaghmel parti hu mhux l-istess wiehed li rattifika d-dikjarazzjoni ta` l-Unjoni Ewropea ta` Feiera (2000) u dik ta` Maribor (2002) dwar in-negozji z-zghar. Dwar dan, il-GRTU, diga qed taghmel lobbying fi Brussell biex dak li ntrabat mieghu l-Gvern Malti, jwettqu u mhux jiffirma haga u jaghmel ohra.

Il-Proposti tas-Sidien
Il-pakkett tal-proposti li mieghu qablu l-ghaqdiet kollha li jirraprezentaw lis-sidien, kbar u zghar u minn kull settur, mhux xi babaw. Wiehed jifhem li l-Unions harsu lejn x’uhud minn dawn il-proposti bl-ikrah, izda ohrajn m’humiex ta` barra minn hawn. Forsi kien jaghmel aktar sens li kieku s-sidien u t-trade unions resqu ghand il-Gvern b’talba komuni biex filwaqt li jdahhal ir-riformi, johloq ukoll il-fondi u l-kotroproposti biex l-intrapriza ma titghabbiex b’pizijiet zejda li johonquha. F’pajjizna sfortunatament izda hekk ghadna, immorru ghas-superlattiv, fejn nistghu nghidu ma joghgobnix, nghidu, disastru. Flimkien, fi front wiehed naslu aktar biex insalvaw l-intraprizi Maltin. Bil-konfront ma zgur

Naraw ftit x’inhu jinghad.

Occupational Health & Safety
Min ihaddem jaqbel li l-istandards tas-sahha u s-sigurta` fuq il-post tax-xoghol ghandhom joghlew. Li ma jaqblux fuqu hu dwar min ser ihallas il-prezz. Min ihaddem, ma jridx li jhallas kollox hu. Is-sidien ighidu li hafna milli qed jigi propost m’hemmx bzonnnu u m’ghandniex f’pajjizna nikkupjaw dak kollu li jghodd ghal barra fejn ic-cirkustanzi huma ferm differenti.

Min ihaddem isostni wkoll li certi spejjez ikunu koperti meta intrapriza tista` tifrex il-kont fuq firxa wiesgha ta` klijenti. Izda f’Malta, f’hafna cirkostanzi, s-suq hu ckejken wisq u n-nefqa qed tkun proporzjonalment ghola milli hi fuq intrapriza barra minn Malta fejn is-suq hu ikbar. Ir-risposta li min ma jiflahx ghaz-zieda fl-ispejjez ghandu jaghlaq jew jaqbad linja ohra, mhix gusta la mas-sid ta` l-intrapriza li jkun investa flusu, li f’hafna kazi jkun l-uniku xoghol li l-familja tieghu dejjem ghamlu. Mhux facli li jaqbad u jaghlaq u jiftah xi negozju iehor, u lanqas mhi gusta mal-haddiema ta` l-intrapriza. Mhux facli ghall-haddiema, li f’hafna kazi jkun ilhom jahdmu ma` sidhom is-snin u jkun ukoll l-uniku xoghol li jafu jaghmlu, meta l-intrapriza taghhom tigi mgieghla taghlaq, li jsibu xoghol iehor, l-aktar meta jkunu haddiema ta` certa eta`. Wiehed ghalhekk jaghmel zball li dwar jghaggel u jasal malajr ghal konkluzjoni dwar is-sahha u s-sigurta’.

Jien rajt hafna postijiet tax-xoghol fejn l-affarijiet vera mhux qeghdin sewwa. Izda bi ftit ghajnuna dawn ikunu jistghu jitrangaw, minghajr ma jsiru l-investimenti godda li hafna drabi jkunu mposti milll-esperti, inkella l-intrapriza tigi mgieghlha taghlaq. Jien dejjem insostni li min jifhem kemm hu difficli li tohloq post tax-xoghol f’pajjizna m’ghandu qatt igieghel li jintilef anke post wiehed tax-xoghol.

Riforma fis-sigurta’ socjali
Min ihaddem jitkellem wkoll dwar ir-riformi fis-sigurta’ socjali li issa ilna nitkellmu dwarhom snin, izda li qatt ma sar xejn fuqhom. Waqt li mhu qed isir xejn, id-differenza bejn dak li jdahhal il-Gvern biex ikopri is-servizzi socjali u l-programmi tas-sigurta’ socjali u skemijiet ohra, u dak li johrog bhala hlasijiet, qieghed dejjem jikber. Il-ligi l-gdida tax-xoghol mhux talli ma tissugerixxi xejn kif din id-differenza tinghalaq, talli qed tkompli twessa` il-ferita.

Kontro-Proposti
L-ghaqdiet ta’ min ihaddem ghamlu numru ta` proposti kif in-nefqa li ser igorru s-sidien b’rizultat tal-Ligi l-Gdida tax-Xoghol tonqos. Is-sidien jitkellmu dwar il-kwistjoni tal-festi pubblici li jaqghu fil-weekends. Min ihaddem isostni li Malta tinsab fl-ghola livell fl-Ewropea, bi 38 gurnata btala, li jigbru fihom il-btajjel pubblici u l-l-granet l-ohra intitolati ghalihom il-haddiema skond il-ligi. L-unika pajjiz li jgawdi l-istess numru ta’ btajjel huwa l-Awstrija. Madanakollu, meta wiehed iqabbel iz-zewg pajjizi, zgur li Malta mhix sinjura daqs l-Awstrija. L-Olandizi ghandhom biss 28 gurnata. L-istess l-Inglizi. L-Irlanda ghandha 29 gurnata , il-Belgju 30, u ahna 38 jum.

Meta Jittiehed il-Leave
Min ihaddem joggezzjona li meta wiehed jiehu zmien fit-tul barra mix-xoghol, bhal fi kwistjonijiet ta’ studju, paternita’ jew maternita’, mard fit-tul u cirkostanzi bhal dawn, il-leave intitolat bil-ligi m’ghandux jibqa` fis-sehh. Min ihaddem isostni li l-leave hu biex wiehed jaqta` mir-rutina tax-xoghol u mhux biex izid mal-granet li jkun barra mix-xoghol. Dawn problemi jkissru lill-intraprizi, aktar u aktar, dawk zghar. Ghax meta haddiem ikun wiehed minn elf, il-post tax-xoghol ma tantx ihossu, izda meta haddiem ikun wiehed minn tnejn jew tlieta, l-intrapriza tissallab. Ghalhekk wiehed ried jara l-proposti xi jfissru u mhux issir generalizazzjoni b’daqqa ta` pinna.

Pizijiet Fuq l-Intraprizi
Port u Trasport: Min ihaddem isostni li l-Gvern kellu jkejjel il-piz li qed jaghbbu fuq l-intraprizi u jaghmel tajjeb ghal dawn l-ispejjez zejjieda billi jintroduci wkoll riformi ohra li ghandhom l-intraprizi. Fost il-pizijiet li jkiddu l-intraprizi hemm dawn; fil-kaz tan-negozji li jesportaw din in-inefqa jehluha darbtejn; meta jimpurtaw l-materja prima u meta jesportawha.

Dawl u Ilma: Il-kontijiet ta` l-intraprizi Maltin huma esagerati hdejn dawk ta’ kompetituri barranin.

It-Taxxi: Il-piz tat-taxxi fuq l-intraprizi u d-domandi kontinwi mill-awtoritajiet tat-taxxi ghal hlasijiet minn quddiem issa saru enormi. L-istatistka turi li l-piz fuq is-sidien qieghed dejjem joghla u dan meta l-profitti, settur b’settur, dejjem nezlin. Sar sew li l-evazjoni bdiet tigi miggielda ghax ma kienx sewwa li min ihallas u min jevadi. Pero r-rati gholjin li kellna qabel kienu hekk ghax il-Gvern kien jikkalkula li mhux ser idahhal kollox. Issa li l-compliance hu ta` livell gholi hafna, it-taxxi fuq l-intrapriza ghandhom jitnaqqsu.

Sidien Imdejqa
Is-Sidien illum ihossu li l-Gvern mhux qed jaghti kashom. Decizjonijiet ma jittiehdux u t-talbiet taghhom huma injorati. Pajjiz li ghandu l-ekonomija tieghu ghan-nizla ma jistax ikollu sidien ta` l-intraprizi mghaffgin u mdejqin. Il-prezz ta` dan ser inhallsuh ilkoll jekk min jikmanda ma jistenbahx.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent