logo

Settembru 11
It-Turizmu mhux sejjer tajjeb. Li nwahhlu kollox f’Settembru 11 hu zball kbir. Illum hu stabbilit ufficjalment mill-Istatistika Mondjali ppublikata (Official Airline Guide Figures) dwar in-numru ta` vjaggi bl-ajru li din is-sena hemm 4% biss anqas nies li vjaggaw bl-ajru mis-sena l-ohra s’issa jigifieri li meta tqis li certa pajjizi ewlenin ghandhom l-ekonomija f’ricessjoni, li d-dinja ta` l-ivvjaggar giet ghan-normal. Ghalina dawn huma cifri mportanti ghaliex it-Turizmu ta` pajjizna jiddependi fuq l-immaniggjar bl-ajru. Aktar importanti ghalina izda l-figura li harget mill-Awtoritajiet ta` l-Ajru Ingliz li turi li s-suq Ingliz ta` l-ivvjaggar huwa biss 2% anqas.


Ghalhekk f’Malta rridu niefqu nitkellmu fuq dak li gara f’Settembru 11 u nibdew nitkellmu bis-serjeta` fuq il-problemi tat-Turizmu f’pajjizna. Il-problemi tat-turizmu ta` Malta ilhom gejjin u dan jafu kull min josserva sewwa. Malta m’hiex tikkompeti. Il-prodott taghha mhux jizviluppa bizzejjed. It-Turist m’ghadux jiehu good value for money. Ghandna problemi serji u jekk ma nfasslux l-istrategiji taghna sewwa u niffukawhom biex insolvu l-problemi identifikati, mhux ser nalsu.

Il-Pjan tal-MTA
Fl-ahhar Pjan Strategiku tal-Malta Tourism Authority wiehed kien jistenna li jsib l-ewwel u qabel kollox analisi xjentifika ta` dak li mar tajjeb u mar hazin fil-Pjan Strategiku ta` qabel. Hekk naghmlu fil-settur privat. L-ewwel nanalizzaw sewwa dak li ghamilna u mbaghad nipproponu strategiji skond il-performance u skond il-htigijiet u l-izviluppi godda fis-suq. Il-Pjan Strategiku l-gdid tal-MTA hu fl-opinjoni tieghi xott wisq f’dik li hi analisi u ghalhekk l-istrategiji mweghda mhux zgur li jorbtu.

Id-diskussjoni dwar x’irid isir hi wkoll imtappna ghaliex ghad hawn wisq min jipprova jipproponi strategiji li jaqblu lilu u lis-settur li l-aktar li hu qrib tieghu, milli lill-Malta kollha. It-Turizmu u ta` Malta hu l-magna li trid tigbed warajha l-kumplament. Tnehhi l-industrija ta` l-esportazzjoni , ftit ghanda aktar. Ghalhekk ma nistghux niehdu xi falza stikka kbira fejn jidhol it-Turizmu.


Falza Stikka
It-tnehhija tat-TOSS fl-opinjoni tieghi kienet falza stikka kbira. Hekk kif ma nibqghux inwahhlu kollox fuq il-mewga hazina ta` wara Settembru 11, u l-figuri nibdew nifluhom sewwa, nibdew naraw b’aktar carezza xi prezz qed inhallsu ta` dan l-izball. Il-logika tat-TOSS u ta` l-iskema ta` qabel, il-Forward Buying Rate kienet cara. Malta mhux tikkompeti. Ghalhekk sa ma nirbhu lura l-kompetittivita` fis-swieq taghna, it-Tour Operator kien ser ikun mghejjun biex Malta ma titlifx is-suq. L-iskema kollha titnehha meta l-istrategiji l-ohra immirati biex jaghmlu lil Malta aktar kompetittiva jirnexxu. Izda fejnhom dawn l-istrategiji u liema minnhom irnexxew tant li jgeghluhom li ma nzommux aktar skemi bhal Tour Operator Support Scheme. M’hemm l-ebda dubju li Malta illum hi anqas u mhux aktar kompetittiva fis-swieq.

Jekk niehdu s-swieq tal-Mediterran biss insibu li Malta tnaqqritilha aktar il-kompetittivita` kwazi f’kull qasam. Jien kont nistenna li qabel ma titnehha t-TOSS, l-MTA kellha taghmel u tippublika ghad-disskussjoni analizi dettaljata. Il-fatt li din l-analizi ma saritx, jew hekk saret ma gietx ippublikata, turi wahda minn zewg affarijiet: jew it-tnehhija tat-TOSS saret b’mod azzardat jew inkella saret meta l-figuri kienu juru li kienet decizjoni hazina izda li giet imposta fuq is-settur. Ghaliex nghid dan? Ghaliex l-ewwel nett it-TOSS ma kienetx ghajr support lill-Hotels Maltin. Aktar milli Tour Operator Support Scheme, hi kienet Local Hoteliers Support Scheme. Hotelier li ma kienx jista` u ma kienx jaqbillu jnaqqas l-prezzijiet ghax ma kienx kompetittiv wicc’mb’wicc ma kompetizzjoni minn hotelier f’Cipru jew fi Spanja, kien fil-fatt jinghata fondi mill-Gvern biex lit-Tour Operator itieh prezz ahjar u s-suq ma jintilifx.

Ghajnuna Lil Hotels
It-TOSS kienet skema intelligenti li biha Malta ma setghet titlef qatt: konna nzommu l-Hotels mimlijin ghax izzomm kontinwament bi prezzijiet ahjar minn ta` haddiehor. It-TOSS ma setghet qatt tkun mibdula ma sempliciment advertising budget, ikbar ghaliex ir-rikklamar u l-FBR/TOSS huma ghodod differenti immirati biex isovu problemi differenti. Il-wahda mhix sostut ghal ohra. Flimkien iva. Wahda minghajr l-ohra le. Talanqas sakemm nibqghu mhux kompetittivi.

Il-Lira Maltija
U mhu vera xejn li l-kaxxa ta` Malta kienet qed taghmel tajjeb ghal dan. L-ewwelnett it-TOSS u l-iskema li wellditha, l-FBR, iddahhlu bhala kontro-partita ghal politika monetarja tal-awtoritajiet Maltin li fl-interess nazzjonali jzommu l-valur tal-Lira Maltija gholi. Dan isir ghax Malta timporta kollox energijia ikel, materja prima ghal industriji, materjali ohra ghal biedja, konsum generali w industrija. Meta l-Lira tkun gholja jfisser li nixtru b’irhas. Jekk per ezempju issir devaluation jghola kollox. Tghola zgur l-energija u l-prodotti tal-ikel u Malta taqla daqqa kbira f’dik li hi kompetittivita` ghax malajr jghola kollox. Mela biex Malta tgawdi minn Lira Maltija iebsa, l-Gvern Malti kien dahhal l-iskema tal-FBR ghat-Turizmu u anke Exports Support Scheme biex l-esportatur ma jbaghtix minn Lira Maltija iebsa. Meta nehhejna tal-esportaturi batejna u Malta bhala post attraenti ghall-investiment fil-manifattura ghal-esportazzjoni, tilfet hafna u hafna. L-ebda sforz tal-MDC u tal-METCO ma rnexxielu jaghmel tajjeb ghal din it-telfa.

Il-KAZ TAT-TURIZMU KIEN U GHADU AKTAR SERJU. It-turist jixtri l-pakkett turistiku Malti f’kompetizzjoni diretta ma pakketti f’pajjizi ohra bhal Spanja, Italja, Tunizija, Cipru, Rodi, Egittu, il-Gzejjer Balerici, Grecja u Portugal. Min jahseb li l-prezz mhux importanti ghandu, fl-opinjoni tieghi, zball kbir. Hi x’inhi l-klassi tat-Turizmu, l-prezz jibqgha importanti. Importanti wkoll l-kwalita tal-prodott, izda l-kwistjoni tal-kwalita` tiggrava u mhux tnaqqas l-impatt tal-prezz. Jigifieri jekk ikollna prodott gwapp, pajjiz mizmum tajjeb, monumenti, muzewijiet, hwienet, divertiment, pajsagg u fuq kollox xtajtiet u bahar mill-aqwa, inkunu nistghu nzommu prezzijiet iebsin ghax il-value for money ikun b’sahhtu, izda meta l-prodott ma nibzghux ghalih u l-value for money jonqos, imbaghtu ferm biex inbieghuh bi prezzijiet gholjin. Din xi haga li llum nistghu nistudjawha bil-figuri:

Analizi
Dawn il-Gvern irid jipprovdihom biex nifhmu ahjar x’inhu jigri:
 Kemm qed jigu turisti f’Malta b’paragun ma destinazzjonijiet ohra
 Kemm qed jonqos l-proporzjon ta` turisti inglizi li jigu Malta b’paragun mal-porzjon tas-suq, ingliz li jmur f’pajjizi ohra fil-Mediterran
 Kif tnaqqar is-suq ingliz ghal Malta mill-1994 ‘l hawn
 Kif jikkompara l-Cost Price Index ta` Malta, sena wara sena, b’paragun mal-kompetituri taghna
 Kif jikkomparjaw ir-ratios tal-infieq tal-Hoteliers f’Malta b’paragun mal-Hotels f’pajjizi kompetituri perezempju Cost of Labour u l-Cost of Materials
 Kif sejrin bhala return fuq l-investment u profitabilita tal-lukandi f’Malta b’paragun ma haddiehor
 Fuq kollox kif nikkumparaw fil-prezzijiet taghna ma` ta` pajjjizi ohra jekk nibbazaw fuq perezempju l-prezzijiet ta` Thomson.

Il-Kompetituri hi xi h aga li titkejjel u l-Gvern jaghmel tajjeb li jzomm lis-settur, investituri u haddiema, konxji ta` kif qed nikkumparaw ma` haddiehor. Trid titnehha l-mentalita` li ahna special u nghollu kemm nghollu u nnaqsu kemm nnaqsu l-efficjenza, it-turist jibqa jigi xorta.

Responsabbilta`
Din l-analizi trid issir wkoll ghas-suq Germaniz. Kont forsi inkun konvint li t-Tnehhija tat-TOSS m’hiex gennata kieku l-figuri juruni li Malta imxiet ‘il quddiem sew fil-kompetittivita` taghha fis-suq. Li Malta m’ghadx ghandha bzonn tas-support. Izda fejnhom dawn il-figuri? Nerga nghid: fuq liema bazi xjentifika tnehhiet it-TOSS? Min hu l-espert ekonomiku li ha responsabbilta ta` din ir-rakkomandazzjoni? U min hada d-decizjoni?

Wiehed ukoll irid izomm quddiem ghajnejh u din ma tohrogx tant cara mill-Accounts tal-MTA, li llum it-thaddim ta` Skema ta` Forward Buying ta` munita barranija saret xjenza. L-MTA jigifieri seghtet hadmet b’aktar ghaqal u mhux tnehhi l-iskema tat-TOSS messha, izda thaddem b’mod li fil-waqt li tnaqqas l-hrug ta` flus fuq l-iskema, taqla` bizzejjed biex issostni l-Budget tar-Reklamar. Ghax li jkollok aktar flus ghar-reklamar hu tajjeb. Izda aktar reklamar bi prezzijiet mhux kompetittivi hu biss traqqiegh. Iz-zieda fir-reklamar riedet issir izda mhux ghas-spejjez tat-TOSS izda bi thaddim dejjem aktar efficjenti u xjentifiku tat-TOSS.

Jien nippretendi li dwar dan wara dan is-sajf ghandu jkun hawn dibattitu shih u bil-figuri kollha ippublikati. Irridu nkejlu l-hsara, naraw fejn sejrin hazin, nissuggerixxi skemi biex infejqu l-hazin u fl-istess waqt, inhaddmu skemi biex ma nibqghux nitkaxkru. U d-diskussjoni trid issir b’oggettivita` u fl-interess nazzjonali u mhux ta` dan jew ta` l-iehor.

Jekk ma nghamlux hekk sena ohra tkun aghar.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent